Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 35

illum Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 Sports 28 minn Cristian Antony Muscat Tarxien R ................... 2 Lija A ......................... 3 LIJA Athletic kisbu l-ewwel rebħa tal- istaġun meta għelbu lil Tar¬xien Rainbows b'mod drammatiku bl-iskor ta' 3-2. KIEN biss fl-20 minuta li waslet l-ewwel azzjoni denja ta' nota minn Lija meta korner mogħti minn Schembri ġie mdawwar f 'corner ieħor mill- goalkeeper Cassar. Fit-22 minuta, Tarxien fetħu l-iskor meta l-goalkeeper Bonnici mblokka x-xutt angolat ta' Benes bid-difiża tonqos li tikklerja l-ballun biex daħal Ryan Darmanin u mill-qrib tefa' l-ballun fix-xibka. Minuta biss wara, Lija sfaw jilagħbu bi plejer inqas meta Erjon Beu ntwera t-tieni karta safra għal daħla kerha fuq Calin. Tarxien Rainbows irduppjaw l-iskor fl-34 minuta minn azzjoni ta' corner mogħti minn Brincat li ħoloq taħwida fil-kaxxa biex approfitta Godwin McKay li skorja mill-qrib. Lija kienu għoddhom naqqsu l-margni ftit wara iżda mill-freekick ta' Babic, id-daqqa ta' ras ta' Osagie ħabtet mal-mimduda. Lija, peró rnexxielhom inaqqsu l-marġni fl-ewwel azzjoni tat-tieni taqsima, eżattament fid-49 minuta, meta minn corner ta' Schembri kien Patrick Borg li bir-ras ma falliex. Imqawwija minn dan il-gowl, Lija żiedu fl-isforzi tagħhom u fis-66 minuta kisbu l-goal tad-draw meta Raphael Alain Kooh Sona kellu l-ewwel xutt jaħbat ma' sieq il-lasta iżda mir- rebound għeleb lil Cassar. Fl-74 minuta, Tarxien kellhom lil Sean Cip¬riott jintwera t-tieni karta saf¬ra biex safa mkeċċi u għaldaqstant iż-żewġ naħat spiċċaw jilagħbu t-tnejn b'10 players. Kollox kien jindika li l-logħba kienet se tintemm fi draw iżda fit-92 minuta Lija skorjaw il-gowl tar- rebħa fejn reġa' kien Raphael Alain Kooh Sona li skorja bir-ras minn kross ta' Schembri. Tarxien R.: Cassar, Baker, McKay, Calin (Traore 79') , Azzopardi (Spiteri 62'), Brincat, Scicluna, Benes, Darmanin (Desira Buttigieg 82'), Silva Faria, Cipriott Lija A.: Bonnici, Babic, Borg (Muscat 83'), Scerri, Beu, Schembri, Kooh Sohna, Bello-Osagie (Galea 72'), Cassar (Clinch 89'), Sidibe, Leeflang Referi: Eman Grech LEE JOE SCHEMBRI Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Kien l-aħjar plejer fil- grawnd. M'hemmx dubju li għandu futur mill-isbaħ quddiemu. Tasal l-ewwel rebħa għal Lija Athletic Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017