Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 26 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 | illum Sports 27 SPORTSillum minn Cristian Antony Muscat Gżira U .........................2 Mosta ..........................2 Permezz ta' gowl drammatiku ta' Tyron Farrugia fid-90 minuta Mosta żammew lil Gzira United fi draw ta'2-2 biex b'hekk tellfu żewġ punti prezzjużi lill-istess Maroons. Kienu Mosta li fetħu l-iskor wara 10 minuti meta Thomas Veronese indirizza cross li ġie mxellef għal ġewwa minn Sem Kamana, u b'hekk irriżulta awto-gowl. Il-Blues komplew jattakkaw u fit-18-il minuta Leonardo Henrique Ferreira kkonkluda azzjoni personli permezz ta' xutt b'saħħtu li iżda għadda għoli. Tliet minuti biss wara David Ifeanyi Nworah għadda tajjeb lejn Jonas Rodriguez Ekani li min-naħa tiegħu serva lil Dexter Xuereb li iżda minn pożizzjoni ideali ra lill- goalkeeper tal-Maroons, Justin Haber isalva tajjeb. Fil-31 minuta, Gzira United rebħu penalty meta Jonas Rodriguez Ekani waqqa' lil Ndubisi Emanuel Okoye fil-kaxxa biex mill-11-il metru nkariga ruħu Andrew Cohen li ra lil Andreas Vella isalva tajjeb b'siequ. Iżda l-Maroons pattew bis- sħiħ għal dan l-iżball ħames minuti wara meta Roderick Briffa għadda tajjeb lejn Andrew Cohen li għadda l-ballun lura lejn Moises Avila Perez li permezz ta' xutt sabiħ minn ġol-kaxxa venven il-ballun ġox-xibka biex ġab l-iskor indaqs. Gzira United ħarġu aggressivi fil-ftuħ tat-tieni taqsima u fit-52 minuta, xutt bid-dawra tal-Ispanjol, u awtur tal-goal Gżirjan Moises Avila Perez minn ġol-kaxxa għadda barra. Il-Maroons komplew jattakkaw u fit-58 minuta rebħu penalty ieħor meta l-istess awtur tal-ewwel penalty Jonas Rodriguez Ekani waqqa' lil Andrew Cohen fl-kaxxa, biex ir- referi Alan Mario Sant, kien pront u ordna penalty. Mill-11-il metru, inkariga ruħu Samba Tounkara li ma żbaljax hekk kif spara l-ballun fis-saqaf tax-xibka. Madankollu, Mosta ġabu l-iskor indaqs b'mod drammatiku fid-90 minuta permezz ta' Tyrone Farrugia li wara li rċieva l-ballun mingħand Leonardo Henrique Ferreira, mill-viċin tefa' l-ballun fix-xibka. Gżira U. Haber, Muir, Diamoutene, Kamana, Borg, Avila Perez, Briffa, Cohen (Scerri 62'), Corbolan, Okoye, Tounkara (Muscat 81') Mosta Vella, Ferreira, Brincat (Bekyiri 46'), Veronese, Magro, Ifeanyi Nworah (Camilleri 70'), Farrugia, Xuereb, Bilbao Zarate (Farrugia 83'), Maric, Ekani Referi Alan Mario Sant MOISES AVILA PEREZ Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill- ġurnalisti preżenti. Skorja wieħed miż-żewġ gowls ta' Gzira United f'din il-partita. Fil-passat riċenti lagħab ukoll ma' Birkirkara. Mosta jtellfu żewġ punti prezzjużi lil Gżira United Ritratt - Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017