Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 12 of 35

13 Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet il-bżonn jew le li tkun magħrufa Hemm numru kbir ta' 'whistleblowers' oħra apparti Edward Snowden, li kixef ix-xibka ta' spjunaġġ tal-NSA Amerika- na fuq iċ-ċittadini fl-Istati Uniti kif ukoll f 'pajjiżi Ewropej u Ju-lian Assange li kien il-fundatur tas-sit Wikileaks. Dawn it-tlieta huma fost l-aktar famużi: Fost l-aktar 'whistleblowers' magħrufa ta' dawn l-aħħar snin Daniel Ellsberg Daniel Ellsberg kien eksanalista tal-armata tal-Istati Uniti li rnexxielu jakkwista studji sigrieti tal-Pentagon dwar il-ġlied fil- Vjetnam. Dawn id-dokumenti, li aktar tard saru magħrufa bħala The Pentagon Papers kienu ġew ippubblikati fuq il-gazzetti New York Times u The Washington Post. Mill-informazzoni li żvela Ellsberg irriżulta ndħil mhux f 'loku tal-Amerikani fil-ġlied fil- Vjetnam. Skont Ellsberg, il-'whistleblower' Edward Snowden żvela l-akbar sigriet mistur fl-istorja moderna. Bradley Manning Meta kien qed iservi fl-Iraq, is-suldat Bradley Manning kien niżżel informazzjoni u filmati militari u diplomatiċi sensittivi, liema informazzjoni kienet tinkludi aktar minn nofs miljun rapport fuq proċeduri militari. Din l-informazzjoni kienet spiċċat fuq Wikileaks. Wieħed mill-filmati kien juri attakk minn ħelikopters tal-Istati Uniti fuq persuni ċivili f 'Bagdad. Dan il-filmat kienu rawh aktar minn 13- il miljun persuna fuq Youtube. Aaron Swartz Aaron Swartz, li kien 'hacker' u ż-żagħżugħ li beda s-sit elettroniku Reddit. Huwa kien ir-nexxilu jidħol f 'database bl-isem ta' JSTOR u niżżel aktar minn erba' miljun artiklu. Swartz kien arrestat mill- gwardjani fuq il-kampus tal-Istitut tat-Teknoloġija f 'Massachusetts u kien se jiġu mmultat aktar minn $1 miljun u sa 50 sena priġunerija. Aaron Swartz kien instab mejjet f 'appartament fi Brooklyn wara li wettaq suwiċidju. Ġimgħa qabel ma nstab mejjet, kien ġie rrappurtat li Swartz kien f 'kuntatt dirett mal-fundatur tal-Wikileaks, Julian Assange. atti llegali u li twassal għall-ħolqien ta' aġenzija Ewropea li toffri għajnuna u gwida lill-pajjiżi membri tal- Unjoni Ewropea. Din il-pożizzjoni li l-identità tal-'whistleblowers' mhux neċessarjament tibqa' mistura ttieħdet f 'numru ta' pajjiżi wħud minnhom Ewropej. Kjass simili qam fir-Renju Unit meta l-Kummissjoni tal-Liġijiet intalbet tirrevedi u twassal riforma fuq il-protezzjoni ta' data uffiċjali. Fil- proċess ta' konsultazzjoni, il-kummissjoni ma kinitx inkludiet ġurnalisti u lanqas persuni li kienu uffiċjalment meqjusa bħala 'whistle-blowers'. Pajjiżi Ewropej oħra bħal Spanja lanqas biss għandhom liġijiet dwar il-'whistleblowers'. Jidher li fil-Qrati idealment li l-identità 'whistleblower' tkun magħrufa Fil-qasam legali, l-oġġezzjonijiet li qed isiru biex l-identità ta' 'whistleblower' tkun mistura huma ta' natura prattika għaliex huwa aktar diffiċli li jiġi investigat rapport jekk ma jkunx hemm id-dettalji kollha possibbli. Avukati oħra sostnew li meta jsiru rapport mingħand 'whistleblowers' li jkunu jridu jibqgħu anonimi, jonqos is-sens ta' kontabbilità u b'hekk jiġu inkoraġġiti rapporti foloz, li jagħmluha aktar diffiċli jekk mhux impossibbli li jinstab min ikun ikkommetta l-illegalità. Mil-lat legali, l-anonimità jidher li tista' toħloq ukoll problemi fil-protezzjoni tad-data fi żmien l-era diġitali. Bosta konsulenti legali f 'pajjiżi Ewropej minflok qed jargumentaw favur il-kunfidenzjalità tal-identità tal- 'whistleblowers' f 'kuntest simili għall-emendi li approva l-MEPs fir- rapport ta' Roziére. Dan biex ma jkunx hemm lok li jonqsu rapporti ta' illegalitajiet minħabba l-biża' ta' inqas sigurtà lejn min ikun 'whistleblo- wer' u minflok dawn jiġu indirizzati lejn qafas, li ġeneralment ikun legali, li jkun jista' jas-sigura l-protezzjoni tas-sors.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017