Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142
Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 | illum Sports 31 ILLUM, il-Ħadd 5 ta' Novembru 2017 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tiftaħ Kampjonat ieħor tal- istaġun ASMK Pasta Poiatti 2017/2018. Is-Sezzjoni Karozzi Autocross għal darb'oħra ser ikollha żewġ klassijiet dik Modified u l-oħra Standard. Matul dan l-istaġun ser ikollna Sistema ġdid kif ser tkun imqassma trakka tal- kull tiġrija, dik bis-sistema imsejħa Joker Lap li ser tkun introdotta għal l-ewwel darba f 'dan l-istaġun. Permezz ta din is-sistema ta' tiġrija wieħed se jkollu iktar ċans javanzza fil-pożizzjoni tiegħu waqt kull tiġrija li jieħu sehem fija. B'din is-sistema Joker Lap ser nagħtu iktar ċans lil dawk is-sewwieqa li jkunu xi ftit lura mill-oħrajn biex dawn jieħu ċ-ċans li jtejbu il-pozizjoni taħhom. Il-Programm tal-lum jibda f '12pm. Intant, matul tmiem il- ġimgħa li għaddiet saru zewġ attivitajiet mill-ASMK. Is-Sibt li għadda fil-barriera tal-Ballut Ltd limiti ta San Pawl tat-Tarġa infetaħ il- Kampjonat Nazzjonali Trails 2017/2018 fil-waqt li nhar il- Ħadd li għadda 29 t'Ottubru 2017 infetaħ il-Kampjonat Nazzjonali Motocross 2017/2018 ġewwa l-korsa ASMK f 'Ta'Qali. Mill-Ġurnata tal-Muturi Motocross kellna 30 mutur li rreġistraw f 'din il-ġurnata li kienet maqsuma f 'erba' klassijiet. Fil-Klassi A rajna lil Kyle Camilleri fuq KTM 250 jiddomina il-ġurnata. Camilleri irnexxielu jirbaħ il-kwalifikazzjoni kif ukoll il-heats kollha tal-ġurnata. Fil-Klassifika Finali Camilleri kien segwit minn Stefan Dimech fuq Honda 250 u David Dimech fuq Honda 450. Fi Klassi B rajna lil James Zahra fuq Sherco 300 jiddomina l-ġurnata kollha fejn spicca rebbieħ segwit minn Brandon Slowe fuq Honda 250 u Bernard Sammut fuq Beta 250. Slowe u Sammut għalqu l-ġurnata fit-tieni u fit-tielet post rispettivament. Fi Klassi C rajna lill Christohper Hartman fuq KTM 150 flimkien ma Daniel Inguanez fuq Honda 250 jiddominaw din il-klassi b'Hartman jirbaħ din il-klassi wara li Inguanez tilef l-ewwel Heat tal-ġurnata u kellu jikkuntenta bit-tieni post. Fi Klassi Veterans rajna taqtija bejn Paul Deguara fuq KTM 250 u William Sant fuq Honda 250. Matul il-ġurnata Deguara u Sant rebħu Heat kull wiehed b'Deguara jispicca jirbaħ il-gurnata segwit minn Sant. Fit-tielet post spiċċa Jethro Sant fuq Yamaha 250. Mill-ġurnata tal-Muturi Trials Klassi A fetħet l-istaġun b'seba kompetituri fejn rajna lill kuġini Damon Bonello fuq mutur Gas Gas u Rowen Bonello fuq mutur Beta f 'taqtitja ma Antonio Leonardi fuq mutur Gas Gas. Matul il-ġurnata, rajna lill Leonardi jiddomina flimkien ma' Damon Bonello sakemm fil-ħames sezzjoni Antonio tilef xi ftit punti bil- konsegwenza li Damon ġie ddikjarat rebbieħ tal-ġurnata segwit min Antonio u Rowen Bonello rispettivament. Fir-raba' post spiċċa Joseph Scicluna fuq mutur Gas Gas. Intant, attività oħra tat- Trials mistennija ssir nhar il-Ħadd 19 ta' Novembru filwaqt li attività oħra Motocross ħa ssir fis-26 ta' Novembru 2017. Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal- Assoċjazzjoni www.asmk.org. mt jew fil-paġni Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email info@asmk. org.mt. Illum jibda l-istaġun Autocross bil-Joker Lap Tliet wirjiet qalbiena mhux biżżejjed għat-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena IT-TIM nazzjonali Malti ta' taħt is-17-il sena temm l-impenji tiegħu fi Grupp 1 ta' kwalifikazzjoni għall- Kampjonati Ewropej ta' taħt is-17-il sena mingħajr ebda punt wara tliet telfiet kontra l-Belġju, l-Iżvizzera u l-Irlanda ta' Fuq rispettivament. Fl-ewwwel partita, it-tim nazzjonali ta' taħt is-17-il sena kellu jbaxxi rasu għall- qawwa tat-tim nazzjonali Belġjan tal-istess kategorija meta safa megħlub bl-iskor ta' 3-1. Kienu l-Belġjani li ħarġu fuq l-offensiva fit-tentattiv li jsibu gowl kmueni. U dan il-gowl kellu jasal propju fit- 22 minuta meta Sekou Sidbe indirizza cross pinġut lejn il-player ta' PSV Eindhoven, Yorbe Vertessen li permezz ta' daqqa ta' ras preċiża tefa' l-ballun fix-xibka. L-istess Sekou Sidube kellu sehem ewlieni fit-tieni gowl Belġjan 10 minuti wara, meta indirizza through ball mill-isbaħ lejn l-attakkant ta' Club Brugge, Gabriel Lemoine, li min-naħa tiegħu tefa' l-ballun wara l-goalkeeper Malti, Amara Sylla, biex b'hekk irdoppja l-iskor għall-Belġju. Ftit sekondi wara l-ftuħ tat-tieni taqsima, il- Belġju ssiġillaw ir-rebħa permezz tat-tielet goal li wasal għal darb'oħra minn Gabriel Lemoine, biex b'hekk irreġistra doppjetta personali. Però, għalkemm kienu 3-0 minn taħt, iI-Maltin ma rmewx ix- xugaman u wettqu reazzjoni tajba u resqu viċin li jnaqqsu l-marġni tal-iskor permezz ta' Alexander Satariano li minn pożizzjoni ideali ra d-daqqa ta' ras tiegħu tintemm barra. Madankollu, fit-68 minuta, wara li rċieva minn through pass ta' Paul Mbong, Alexander Satariano, patta bis-sħiħ għall-iżball li kien wettaq ftit qabel meta għeleb lill-goalkeeper Belġjan, Maxime Delanghe, biex b'hekk għamel l-iskor iktar rispettabli għall-Maltin. Fit-tieni partita, il-Maltin sofrew telfa minima ta' 1-0, kontra l-Iżvizzera. Kienu l-Iżvizzeri li ħolqu l-ewwel periklu wara 14-il minuta permezz ta' xutt mill-ewwel ta' Orges Bunjaku li ġie mblukkat mid-difiża Maltija li lbieraħ kienet frem kumpatta u organizzata. Il-Maltin wieġbu sitt minuti wara permezz tal-attakkant ta' St Andrews u awtur tal- goal uniku Malti fil-partita preċedenti kontra l-Belġju, Alexander Satariano li minn qagħda ideali, dar ma' difensur avversarju qabel ra lill-goalkeeper Żvizzeru Niklas Steffen isalva tajjeb. L-Iżvizzera reġgħu ħolqu l-periklu fit-23 minuta permezz ta' freekcik ta' Oges Bunjaku li għadda ftit barra mil-lasti tal-goalkeeper żagħżugħ Malti, Amara Sylla. It-tim nazzjonali Malti ta' taħt is-17-il sena. Ritratt - Domenic Aquilina / MFA