Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 28 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 | illum Sports 29 minn Cristian Antony Muscat Hamrun S ................. 2 Naxxar L .................. 0 HAMRUN Spartans ikkonvinċew bis-sħiħ u għelbu lil Naxxar Lions bl-iskor ta' 2-0. Kienu l-Lions li ħolqu l-ewwel periklu wara 10 minuti meta kien Yuri De Messias li mpenja lill- goalkeeper żagħżugħ ta' Hamrun Spartans, Jake Galea, li kien attent u dawwar tajjeb il-ballun f 'corner. Sitt minuti biss wara reġa' kein Yuri De Messias li ħoloq il-periklu meta x-xutt tiegħu għadda jħakkek mal-wieqfa. Fis-26 minuta, xutt ta' Daniel Mateo Bustos għadda ftit għoli minn fuq il-lasti tal- goalkeeper Awstrijakk ta' Naxxar Lions, Christoph Nicht. Hamrun Spartans ħolqu l-ewwel azzjoni denja ta' nota fit-38 minuta meta Dale Camilleri għadda tajjeb lejn il-captain Triston Caruana li permezz ta' xutt bid-dawra ra t-tentativ tiegħu jintemm barra. U sekondi biss wara, huma fetħu l-iskor meta l-ex player internazzjonali Taljan Cristian Zaccardo ipprovda assist lejn Francisco ManoelClavero li minn ġol-kaxxa tefa' l-ballun fix-xibka. Naxxar Lions ħarġu tajjeb fit-tieni taqsima u fis-60 minuta, xutt ta' Eljhadji Ousseynou Ndoye għadda għoli minn fuq il-lasti tal-goalkeeper ta' Hamrun Spartans, Jake Gakea. Hamrun Spartans irdoppjaw l-iskor fl-64 minuta meta Terence Agius għadda tajjeb lejn Thiago Espindola De Paula li permezz ta' xutt sabiħ minn ġol-kaxxa tefa' l-ballun wara l-goalkeeper ta' Naxxar Lions, Christph Nicht. Fit-83 minuta Thiago Espindola De Paula avvanza tajjeb għall-Ispartans, iżda ra lill-goalkeeper Naxxari, Christoph Nicht isalva tajjeb b'wiċċu. Hamrun S. Galea, Marinho (Chircop 74'), Zerafa, Agius, Caruana, Zaccardo, Micallef (Micallef 21'), Espindola De Paula, Marino Clavero (Sciberras 67'), Camilleri, Cortes Olivera Gois Naxxar L. Nicht, Fenwick, Grech (Debono 86'), Bonnici, Cassar, Bustos, Fenech (Falzon 67'), Ousseynou Ndoye, Cascaval, Mendy, De Jesus Messias Referi Trustin Farrugia Cann FRANCISCO MANOEL MARINO CLAVERO Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Skorja l-ewwel gowl mit-tnejn tal-ispartans f'din il-partita. Ingħaqad ma' Hamrun Spartans matul is-sajf li għadda. Hamrun Spartans jikkonvinċu u jegħlbu lil Naxxar Lions Ritratt: Christine Borg minn Cristian Antony Muscat Birkirkara ................. 1 Balzan ...................... 2 Kellhom ikunu żewġ gowls tardivi fil-logħba li taw rebħa ta' 2-1 lil Balzan fuq Birkirkara. Kienu Birkirkara li fetħu l-iskor fit-42 minuta meta Carlos Alberto Da Silva Goncalves għadda tajjeb lejn Leighto Grech li min-naħa tiegħu serva lil Matthew Guillaumier li mill-viċin tefa' l-ballun fi-xibka. Balzan ġabu l-iskor indaqs fit-83 minuta meta wara through pass fil-kaxxa, Bojan Kaljevic antiċipa lil Christian Cassar u tefa' l-ballun fix-xibka permezz ta' daqqa ta' ras preċiża. U Balzan skorjaw il-gowl tar-rebħa fis-87 minuta meta De Fiori Mendes kellu xutt minn freekick b'saħħtu li ntemm wara Christian Cassar. Birkirkara rrispondew minuta biss wara permezz ta' Carlos Alberto Da Silva Concalves li ra x-xutt insidjuż tiegħu permezz ta' freekick jintemm għoli. Birkirkara Cassar, Attard, Zammit, Verone Maia, Vukanac, Guillaumier (Cremona 63'), Andelkovic, Scicluna, Grech (Camenzuli 65'), Da Silva Concalves Alves, Montero De Oliveira (Montebello 80') Balzan Janjusevic, Grioli (Lepovic 75'), Serrano Valero, Effiong, Ljubomirac, R. Fenech (Johnson 90'), Kaljevic, Gilio de Oliveira, P. Fenech, De Fiori Mendes, Arab (Bezzina 44') Referi: Glen Tonna RYAN SCICLUNA Ġie vvutat bħala l-BOV Plejer tal-Logħba mill-ġurnalisti preżenti. Għalekemm ma skorjax u kien fuq in-naħa telliefa, kien l-aħjar plejer fil-grawnd. Ilu jimmilita ma' Birkirkara għal dawn l-aħħar snin. Żewġ gowls tardivi jagħtu r-rebħa lil Balzan Ritratt: Dominic Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017