Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 35

14 illum | Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 Aħbarijiet ...tkompli minn paġna 1 FOST l-affarijiet illi t-tliet persuni allegaw hemm illi huma kellhom l-kwalifiki kollha neċessarji u meħtieġa, flimkien ma' snin ta' esperjenza bħala voluntiera mas-Civil Protection Department (CPD), u xorta ma ngħatawx l-impjieg. Dan filwaqt li nies li kellhom kwalifiċi inqas minnhom ġew mogħtija l-istess impjieg bħala Assistant and Rescue Officer. Fil-fatt dawn it-tliet ħaddiema sostnew li huma kienu segwew il-korsijiet ta taħriġ kollha meħtieġa u kienu kompetenti daqs il-membri regolari tas-CPD. Madankollu, insistew, huma ma ntagħżlux filwaqt li ntagħżlu dawk li ma kinux għamlu dawn il-korsijiet li jdumu bejn 13 u 15-il ġimgħa. L-Ombudsman ikkonkluda li kien hemm nuqqas serju ta' kif ġew proċessati l-petizzjonijiet tagħhom mal-istess Kummissjoni minħabba li fost oħrajn il-Kummissjoni kienet 'pronta taċċetta l-istqarrijiet tal-Bord tal-Għażla u ma talbitx għall-ismijiet ta' dawk il-persuni li ngħataw l-impjieg u li dawk li ressqu l-ilment qed jallegaw li qabżuhom anke jekk kwalifikati daqshom. Mill- investigazzjoni li għamel l-uffiċċju tal-Ombudsman dwar dan il-punt partikolari rriżulta li l-metodu li bih ingħataw il-marki u allura ngħataw l-impjiegi in kwistjoni 'kien wieħed inkomprensibbli. Prima facie jidher li l-Bord tal- Għażla kien ġeneruż iżżejjed ma wħud mill-kandidati u ħafna inqas ġeneruż ma' dawn it-tliet ħaddiema partikolari. Fid-dawl ta' dan u nuqqasijiet oħra li elenka l-Ombudsman fir-rapport tiegħu tal-każijiet li ġew quddiemu fl-2016, l-uffiċċju tiegħu talab spjegazzjoni għal diversi nuqqasijiet. L-Ombudsman staqsa għaliex il-proċess tal-għażla ġie trattat mill-Ministeru u mhux mid-Dipartiment, staqsa wkoll jekk fil- Bord tal-Għażla kienx hemm persuna li tokkupa pożizzjoni ta' 'person of trust'. L-Uffiċċju sostna li mistoqsijiet dwar għalfejn l-għażla saret mill-Ministeru baqgħu qatt ma kienu mweġbin b'mod sodisfaċenti. L-Ombudsman ikkonkluda li l-Bord tal-Għażla kien iddiskrimina mat-tliet persuni li għamlu l-ilment, diskriminiazzjoni li reġgħet seħħet għal darb'oħra fir- rigward tal-marki mogħtija għall-esperjenza. "Dan in-nuqqas sfaċċat, li seta' sa ċertu punt jitqies bħala diskriminazzjoni mhux f 'waqtha, wassal sabiex min fetaħ l-ilment waqa' lura fl-ordni tal-mertu u allura ma ngħatax il-ħatra. Barra minn hekk wieħed minn dawk li għamel ilment ġie inġustament imċaħħad l-għoti tal-marki għal numru ta' kwalifiki li hu ressaq flimkien mal- applikazzjoni tiegħu... li kieku ngħata l-marki għaċ- ċertifikati, li kienu prova oġġettiva fihom infushom, kienu jkunu biżżejjed biex jingħata l-ħatra. Il-Bord, f 'reazzjoni sostna li l-istqarrija oriġinali tiegħu ma kellhiex tkun 'mgħawġa b'mod li tingħata l-impressjoni li l-esperjenza ta' min għamel l-ilment ma kinitx ikkunsidrata. Żied jgħid li kull min applika kellu l-istess opprtunità li jelaboraw u jespandu fuq il-mistoqsijiet li sarulhom u li ċ-ċertifikati kollha ġew trattati bl-istess mod. Il-Kummissjoni baqgħet bl-aktar mod riġidu tirrifjuta li taċċetta li sar xi nuqqas min-naħa tagħha u l-Ombudsman iddeċieda li jressaq din il-kwistjoni quddiem il-Prim Ministru skont ma jipprovdi l-Att dwar l-Ombudsman. Sussegwentement waqt laqgħa li saret maċ- Chairman tal-Kummissjoni dwar is-Servizz Pubbliku, l-Ombudsman ġie informat li kien hemm possibilità li tinstab soluzzjoni, iżda din baqgħet qatt ma immaterjalizzat. Wara li saret aktar analiżi tal-provi li rriżultaw mill-istħarriġ u tal-kunsiderazzjoni tal- konklużjonijiet li saru mill- Kummissjoni u l-mod kif din approvat l-aġir tal-Bord tal-Għażla, l-Ombudsman ħejja opinjoni ulterjuri li essenzjalment kienet tikkonferma l-fatti elenkati, il-konklużjonijiet u r-rakkomandazzjoni li saret fl-ewwel rapport tiegħu. Jallegaw li kellhom il-kwalifiki kollha u ma ngħatalhomx l-impieg Pandora's Box IL-KAXXA ta' Pandora (Pandora's Box) minn dejjem kienet sinonima ma' xi ħaġa li żżomm ġo fiha d-dnubiet il- mejta. Pandora kienet ġiet imwissija biex ma tiftaħha qatt, imma l-kurżità għelbitha u, ladarba nfetħet, mill-kaxxa joħorġu dnubiet mejta li qatt ma jistgħu jinġabru lura. Fil-verżjoni ta' Moveo, il-kaxxa ta' Pandora fiha s-sigrieti l-aktar profondi tan-nies kif ukoll l-għajdut dwarhom, sitwazzjoni li tixbah ħafna l-fenomenu tas-social media tal- lum. Ladarba l-għatu jinkixef, is-sigrieti kollha ta' dak li jkun u l-għajdut dwaru jixterrdu bla ma ħadd jista' jikkontrollahom. Dawn is-sigrieti u l-għajdut jinkludu wkoll kwistjonijiet familjari, l-identità, l-immaġni li wieħed ikollu tiegħu nnifsu u affarijiet oħra. Darba dawn isiru pubbliċi, in-nies imbagħad jirreaġixxu b'mod differenti: xi wħud jikkonformaw man- normi soċjali filwaqt li oħrajn jippruvaw jikkontrollaw is-sitwazzjoni. Madankollu, bħalma ġara fil-ħrafa oriġinali, element ewlieni wieħed jibqa' fil-kaxxa: it-tama. Hi propju dak li l-protagonisti fl-aħħar ma jħallux li jitlaq minn idejhom. "Pandora's Box" hi attiva wkoll kemm qabel kif ukoll wara l-wirja għax tinkludi installazzjoni interattiva li tkun tista' tintuża mill-udjenza. Din hija produzzjoni Maltija u se ssir fil- Pjazza ta' Kastija mill- Ġimgħa 17, sal-Ħadd sas-26 ta' Novembru.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017