Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142
illum | Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 Aħbarijiet Il-familja Caruana Galizia fuq iz-zuntier tal-Knisja Arċipretali ta' Santa Marija tal-Mosta għall-aħħar tislima lil Daphne. Il-funeral ta' Daphne Caruana Galizia sar il-Ġimgħa li għadda f 'jum ta' luttu nazzjonali, b'quddiesa funebri li tmexxiet mill-Arċisqof Charles Sci- cluna. Daphne Caruana Galizia nqatlet b'karozza bomba s-16 ta' Ottubru li għadda. Ritratt: James Bianchi Ritratt tal-ġimgħa ILKAP tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal- Oppożizzjoni Adrian Delia ammetta li fil-preżent hemm ċertu tħassib fil-partit u sostna li hemm mument, passaġġ li l-partit għaddej minnu. Adrian Delia qal dan meta kien qed jiġi intervistat mill-ġurnalista Andrew Azzopardi waqt il-programm 'Għandi xi Ngħid' li xxandar fuq Radju Malta. Huwa saħaq li dan il-mument, il-Partit Nazzjonalista jrid jgħaddi minnu speċjalment wara telfiet kbar elettorali li ġarrab. Iddeskrivieh bħala proċess li jrid isir biex il- partit jerġa' jissaħħaħ. Adrian Delia tkellem dwar il-mozzjoni tad-Deputat Chris Said u sostna li ma hemmx referenzi għalih personali f 'din il-mozzjoni. Qal li filwaqt li hemm il-Grupp Parlamentari, Said għażel minflok li jitlaq għal rasu u ħa inizjattiva personali b'mod pubbliku. Delia qal li l-istedina tiegħu lil Chris Said hija biex jaħdmu flimkien għall-ġid tal-partit bħalma fi kliemu diġà wera li lest li jagħmel ma' kull min telaq mill-partit. Adrian Delia qal li għażel li ma jmurx fil-protesti li ġew organizzati mis-Soċjetà Ċivili wara l-qtil brutali tal- ġurnalista Daphne Caruana Galizia għaliex deherlu li ma kienx ikun postu hemmhekk. Qal li din kienet deċiżjoni personali wara li rċieva messaġġ fejn ġie mgħarraf li l-familja ta' Daphne ma xtaqux li huwa jkun preżenti. Delia qal li mhux aċċettabbli li ġurnalist jinqatel b'karozza bomba għaliex jagħmel użu mil-libertà tal-espressjoni u sostna li jekk persuna tqis li ċertu allegazzjonijiet ma jkunux ġusti hemm passi legali li jistgħu jittieħdu. Dwar rimarki li kien għadda hu fuq Daphne Caruana Galizia, Adrian Delia qal li jkun hemm weġgħat meta ġurnalista, liberament kif għandha dritt, tagħmel akkużi estremi li kull min huwa qrib tiegħu jaf li huwa distint minnhom. Saħaq li bl-istess mod li ġurnalist għandu l-libertà li jitħadded kif jixtieq, l-persuna li fuqu jsiru l-allegazzjonijiet għandha d-dritt li tweġġa' u li tirrabbja għaliex hija umana. Adrian Delia qal li dispjaċut tar-rimarki li kien għamel u kien għalhekk li għamel apoloġija u b'sinjal ta' rispett mar iwaqqa' il-libelli li kien fetaħ fil-konfront ta' Caruana Galizia. Qal li jinsab lest li jekk ikun hemm xi ħaġa li l-Pulizija jidrilhom li għandhom jinvestigaw, se jgħin bl-aktar mod assolut. Adrian Delia saħaq li sal- aħħar tas-sena se jħallas lura t-taxxa dovuta li għandu jagħti, li enfasizza li kienu b'lura bħala persuna privata u mhux pubblika. Saħaq li hu qatt ma għamel evażjoni ta' taxxa bħalma kien hawn min allega kontrih. Delia sostna li jrid li jkun hawn strutturi fejn min jiddeċiedi li jservi fil-politika jrid jiddikjara l-finanzi u l-propjetajiet tiegħu minn qabel u meta jkun se jirtira jsir awditjar fuq il-valur li bih ikun ħareġ mill- politika. 'Hemm mument, passaġġ li rridu ngħaddu minnu' jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino • Adrian Delia dwar l-istat tal-Partit Nazzjonalista bħalissa