Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142
Aħbarijiet 12 illum | Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 FL-EWROPA qed iddur il- mistoqsija jekk l-identità ta' 'whistleblower' għandhiex tibqa' anonima jew le. Fil-każ li persuna tibqa' anonima hemm il-possibilità li l-informazzjoni tiġi skreditata imma l-identità tibqa' salvagwardjata li tfisser ukoll aktar protezzjoni għall- 'whistleblower'. Mill-banda l-oħra, jekk l-identità tal- 'whistleblower' tkun magħrufa, l-informazzjoni li din il-persuna tkun għaddiet tista' tiġi kkonfermata u għalhekk ukoll tista' tingħata aktar kredibbilità lill- informazzjoni li tkun inkixfet. Dan iżda jġib miegħu l-biża' li ma jkunx hemm protezzjoni biżżejjed f 'sigurtà għall- 'whistleblower'. F'dan il-kuntest l-aħjar ikun li nieħdu eżempju, immaġina li kieku l-identità tal-aktar 'whistleblower' famuż, Edward Snowden baqgħet mistura lill-midja, kieku l-informazzjoni li għadda kienet tkun kredibbli, kienet tispiċċa ddur l-erbat irjieħ tad-dinja? Li nafu li kien impjegat governattiv u allura fiċ- ċentru tal-informazzjoni li żvela tagħmlu aktar kredibbli u l-istorja ngħatat il-piż. Edward Snowden bħal Julian As-sange li ħoloq il-Wikileaks jinsabu maħrubin mil-liġi ta' pajjiżhom minħabba l-informazzjoni sensittiva li għaddew u li l-'establishment' f 'pajjiżhom rawha ta' theddida għall-poter. Mark Felt, li ftit huma n-nies li jafu bih b'ismu, mill-banda l-oħra kien il- persuna li kixef l-iskandlu famuż tal-Watergate u kien magħrufa bil- laqam Deep Throat meta għadda l-informazzjoni lill-midja. Mark Felt kien wieħed mid-diretturi tal-FBI u ismu bħala l-'whistleblower' tal- Watergate dam mistur sal-2005. Differenza bejn il-Kummissjoni u l-Parlament fl-Ewropa Id-diskussjoni f 'livell Ewropej waslet b'rapport tal-MEP Franċiża mis- Soċjalisti u Demokratiċi Virginie Roziére li ġie approvat waqt l-aħħar sessjoni plenarja tal- Parlament Ewropew fi Strasburgu. Dan ir-rapport kien dwar miżuri li għandhom jit- tieħdu biex jiġu protetti l-'whistleblowers' li jkunu ħaddmu fl-interess pubbliku meta jkunu għaddew informazzjoni kunfidenzjali fuq kumpaniji, entitajiet u persuni pubbliċi. Fl-abbozz tar-rapport tagħha, Roziére kienet irrakkomandat li l-identità tal-persuna li tkun 'whistleblower' għandha tibqa' mistura b'anonimità. Fl-emendi mressqa iżda, l-MEPs biddlu l-kuntest biex flok anonimità, l-isem tal-'whistleblower' jiġi trattat b'kunfidenzjalità kbira. L-emendi jitolbu wkoll li l-'whistleblower' għandu l-ewwel jgħaddi mill-proċeduri interni ta' kumpanija qabel jispiċċa jmur għand il- midja. L-emendi fihom infushom ġabu magħhom dibattitu fuq l-interessi tal-'whistleblower', il- protezzjoni u s-sigurtà tal-persuna li tkun tkellmet għaliex rat inġustizzji, tixħim jew korruzzjoni. Ir-rapport proviżorju kif mgħoddi se jħalli l-mistoqsija dwar il-bżonn jew le tal-anonimità tal- 'whistleblower'. Hija wkoll pożizzjoni meħuda minn dawk li ressqu u ap-provaw l-emendi li tmur kontra l-pożizzjoni meħuda minn istituzzjoni oħra Ewropea, li hija l-Kummissjoni Ewropea. F'dal-każ dwar il-'whistleblowers', il- Kummissjoni għażlet li tipprovdi mezz kif l-identità ta' persuna li tkun 'whistleblower' tibqa' mistu-ra. Dan meta jipprovdi informazzjoni fuq 'cartels' u komplitti oħra li jistgħu jkunu għaddejjin kummerċjalment fi swieq ekonomiċi Ewropej. F'din il-miżura li kienet tħabbret mill-Kummissarju Margrethe Vestager, huwa l-'whistleblower' li jiddeċiedi jekk iridux li jxandar l-identità tiegħu jew le. Ma naqasx għalhekk id-dibattitu fuq miżuri differenti bejn żewġ entitajiet ewlenin fil-Parlament Ewropew. Interessanti kif il-Kummissjoni għażlet li toħloq ukoll sistema apposta minn fejn l-informazzjoni li tingħata tkun 'encrypted' u allura diffiċli ħafna li tkun aċċessibbli. Sa mill- 1 ta' Jannar tal-2014, l-Istituzzjonijiet kollha tal-Unjoni Ewropea ġew obbligati li jintroduċu rego- lamenti interni biex jiġu protetti l-'whistleblowers' li jkunu jaħdmu f 'xi waħda mill-istituzzjonijiet tal- Unjoni. Il-Parlament Ewropew ukoll addotta regolamenti simili f 'Jannar tal-2016. Ir-rapport ta' Roziére kien approvat bi 399 vot favur, 101 vot kontra u 166 astensjoni. Eżattament dan qed jitlob lill-Kummissjoni Ewropea biex tressaq proposti għal liġijiet ġodda li jagħtu aktar protezzjoni b'mod effettiv lill- 'whistleblowers' madwar l-Unjoni Ewropea kollha. Ir-rapport kien approvat mill-Kumitat Legali tal-Parlament Ewropew (JURI) fit-2 ta' Ottubru li għadda. Ir-rapport fost l-oħrajn jitkellem fuq leġiżlazzjoni Ew-ropea li tkun ibbażata fuq standards internazzjonali għall-ħarsien tal- 'whistleblowers' u jressaq punti ta' riferiment. Dawn jikkonsistu f 'definizzjoni ta' 'whistleblower' li tkun vasta biżżejjed li tinkorpora xenarji differenti, li tipproteġi mhux biss rapporti ta' L-Ewropa f 'diskussjoni fuq il-bżonn l-identità ta' 'whistleblower ' jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Matul is-snin daħlu fis-seħħ bosta liġijiet għall-protezzjoni tal-'whistleblowers' • Imressqa emendi f'rapport li jitolbu l-kunfidenzjalità tal-identità • Il-KE u l-PE b'modi differenti kif se jitrattaw persuni li jikxfu