Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 16 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 | illum 17 Opinjoni M eta tħoss sejħa, li trid tagħmel xi ħaġa għall- oħrajn hija rigal. Speċjalment jekk din is-sejħa, tirrispondi għaliha bla ma tistenna xejn lura. Kull sejħa hija rigal, sew jekk għal ġid ta' soċjetà aħjar, jew dik reliġjuża jew kwalunkwe triq oħra. Jiġuni f 'moħħi bnedmin bħal Charles Miceli, li flimkien ma' oħrajn dejjem sejrin bil-ħidma tagħhom favur il-fqar. Miceli, flimkien ma' sieħbu Bartolo u oħrajn, wieġbu għas-sejħa li ħassew u ħaduha bħala stedina biex iwettqu missjoni. Bħal dawn li semmejt hemm oħrajn. Is-sehem tiegħi hi, li jekk ikolli stedina, u jekk inħossni komdu f ' din l-istedina, irrid inwieġeb għaliha b'mod ħieles. Xejn ma jibqa' fid-dlam, u jekk nidħol għall-kariga, bl- intenzjonijiet li ngħaffeġ fuq l-oħrajn, jew għal xi gwadann personali, ma jdumx ma jgħaddili l-qamar il-għasel. Il-maskla ma ddumx ma taqa u dawk li tawk l-appoġġ ikunu minn tal-ewwel li jindunaw bil-qerq tiegħek u li int ħabib tal-gideb. Il-gideb biss jipproteġihom lil dawn u jżommhom 'il bogħod mill- verità. Żgur li min tela' f ' ambjent tas-sewwa, ma jistax iħares lejn dawn it-talin b'mod tajjeb, aktar u aktar jekk qegħdin fil-pożizzjoni ta' role models għas-soċjetà. F' did- dinja makabra, role models ħżiena għandna kemm trid, m' għandniex bżonn aktar. Meta politiku jimxi 'l quddiem b'idu ma' qalbu jkollu mumenti uniċi li hu biss jista' jiddeskrivihom. Dawn huma mumenti indimentikabbli u nspjegabbli fl-istess ħin. Jibda jħoss ferħ kbir meta jaħseb fuqu nniffsu, mhux għax wasal s' hawn, imma għax kapaċi jilbes il- fardal biex iservi lill-oħrajn. Ferħ kbir li jkun ħieles jaqdi lil kulħadd, inkluż lil bnedmin li għamlulu l-ħsara jew li ġejjin minn kamp differenti. Dan il-politiku għandu jħossu diżulluż u mdejjaq, meta jimmaġina lilu nniffsu jieħu għażliet differenti, jew aktar minn hekk meta jqarraq bl-elettorat, għax ikun taha verżjoni differenti tiegħu innifsu. Il-Malti jħobb jgħid fuq ċerti kandidati, li deher twajjeb sakemm ħa dak li ried. Għax ulied id-dlam, għaqlin ħafna aktar minn ulied id-dawl, u kliemhom u l-atteġġjament sabiħ kapaċi jkun qoxra biss. Il-politiku tal-fardal jingħaraf minn kwalitajiet li mhux dejjem tarahom b'għajnejk, fosthom li jkollu mħabba speċjali għal bnedmin. Din tinħass minn seba' mili 'l bogħod. M'hemmx għalfejn tiltaqa' miegħu wiċċ imb wiċċ ma' dak li jkun, imma n-nies titħaddet fit-toroq u l-pjazez tagħna. Meta tibda tisma' kliem sabiħ fuq dak li jkun u kemm għajnuna sabu minnu, ġa hu sinjal pożittiv ta' tama fil-politiċi tagħna. Għax dawn għarfu jwettqu l-politika tal-fardal. Daqshekk ieħor meta tisma' kliem negattiv u dispreġattiv fuq dawk li qegħdin hemm għal gwadann personali. Kif jgħidu l-qasba ma ċċaqċaqx għalxejn. Politiku ta' veru jinħass li hu ġenwin minn xewqa qawwija li jikkommetti lilu nniffsu kompletament għal ħaddieħor, u mħabbtu tidher fil-qadi tal- oħrajn. Politiku ta' veru, irid kontinwament jinforma lilu nniffsu b'ċertu ammont ta' abbilità intellettwali. Għaliex se jkollu bżonn jgħaddi l-informazzjoni li rċieva għand l-oħrajn, b' sens komun biżżejjed li jagħmel ġudizzju prudenti li jieħu vot jew ċerti deċiżjonijiet għaqlin. F'kelma waħda irid jadotta azzjonijiet bis-sens. Min jidħol għal dan l-impenn politiku, aktar minn qatt qabel jitlob maturità psikoloġika, jiġifieri karattru sod, personalità integra, affettivita bilanċjata u mingħajr passat imtappan. B'mod konkret, in-nies tistenna minni li nkun ta' eżempju fil-mod ta' kif inġib ruħi, fil-mod ta' kif nesprimi ruħi, b'komunikazzjoni interpersonali, b'sens ta' responsabilita għal dak li nikteb u ngħid. Fattur importanti f ' din l-għażla hija l-motivazzjoni ta' kemm qed inkun ta' spalla għal bnedmin. Din ma tagħmilhiex biex taħrab mill-problemi personali tiegħek, imma għax verament tħossok sħiħ billi tkun fil-veru sens tal-kelma tal-oħrajn. Jekk hemm mottivi egoisti jew moħbija inkonxjament, ma jdumux ma joħorġu fil- beraħ... għax xejn ma jibqa' fid-dlam. Ma tridx taqta' qalbek jekk tħoss li l-maġġoranza tal- politiċi huma 'l bogħod minn din il-filosofija tal-fardal. Taqtax qalbek u tibżax mill- politika għax maż-żmien tispiċċa bħalhom. Dan mhu veru xejn. Daqskemm smajna b'ħażin, imma ta' min ifaħħar l-eżempju ta' bosta. Fuq kollox il-politika mhix xi prodott lest, iżda hi proċess dinamiku. Irrid nikber fil-politika bil-mod, u dan il-progress isir fija minkejja d-difetti u d-djugħfija tiegħi... la darba nkun naf xi rrid f ' ħajti u li m'iniex qiegħed hemm għal gwadann personali, imma li nilbes il-fardal u nservi lil dawk l-aktar li jeħtieġu l-għajnuna tiegħi. Jekk inkun fit-triq tas-sewwa Alla ser jgħinni, anki jekk il-magna tal-partit tagħmillek l-ostakli waqt xi kampanja elettorali. Fuq Alla m'hemm ħadd, inkluż fuq xi magna tal-partit, li erba' intamati jibżgħu minnha. L-Iva ġeneruża, bħala risposta għal dan ir-rigal li rċevejt u li ħassejt, mhux dejjem hija faċli. Xi drabi ssib lil tal-familja jopponulek, u bir-raġun. Għax fil-politika m'hemmx vaganzi u trid tassew tħossok man-nies u tan-nies il-ħin kollu. Jekk hemm bżonn il-fardal ma tneħħih qatt minn fuqek, lanqas jekk jitħammeġ. Għax il-poplu poġġiek hemm biex isservih. Din hija sejħa li tinvolvi riskji, impenji, sfidi, tgħajjir, insulti, gideb... imma meta tagħmilha b'vokazzjoni, għad tpoġġi dal-fardal f ' post prominenti f ' darek biex ifakkrek fil-ħidma politika tiegħek u tħossok kburi li int kont wieħed minn dawk li lbist il-fardal, li l-poplu għażlek minn kandidati oħra għax wera fiduċja fis-servizz tiegħek. Għax imqar il-marki mnaqqxa f 'ponot subgħajk jagħżluk mill-oħrajn... għax fid-dinja veru li waħdek m'intiex, iżda veru wkoll li int uniku u li bħalek ma jeżistix ieħor. Ivan Bartolo huwa Deputat tal-PN IVAN BARTOLO Min jidħol għal dan l-impenn politiku, aktar minn qatt qabel jitlob maturità psikoloġika, jiġifieri karattru sod, personalità integra, affettività bilanċjata u mingħajr passat imtappan Jekk inkun fit- triq tas-sewwa Alla ser jgħinni, anki jekk il- magna tal-partit tagħmillek l-ostakli waqt xi kampanja elettorali. Fuq Alla m'hemm ħadd, inkluż fuq xi magna tal- partit, li erba' intamati jibżgħu minnha Il-politika tal-fardal

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017