Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 35

illum | Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 Opinjoni 18 I l-Konvenzjoni Kostituzzjonali ilha s-snin fuq l-aġenda politika tal-pajjiż. Tul is-snin il-Kostituzzjoni ta' Malta ġiet imraqqa' diversi drabi, ġeneralment biex jissolvew problemi tal-mument. Wasal iż-żmien li nikkunsidraw il-Kostituzzjoni fit-totalità tagħha, u mhux biċċa biċċa. Il-kostituzzjoni tal-lum teħtieġ dawra sew. Għandna ħtieġa ta' kostituzzjoni li tista' sservina fiż-żminijiet tal-lum. Hu meħtieġ li jkun indirizzat b'mod immedjat ir-rwol tal- eżekuttiv (jiġifieri tal-Gvern) fil-ħatra, il-kompożizzjoni u l-ħidma tal-awtoritajiet u l-istituzzjonijiet b'tali mod u manjiera li dawn ikunu jistgħu jiffunzjonaw sewwa. Mhux kwistjoni li l-eżekuttiv iċedi mill-poteri tiegħu, kif qal riċentement il-Ministru Owen Bonnici meta fil- Parlament kien qed jagħti bidu għad-diskussjoni dwar involviment minimu tal- Parlament fil-ħatriet pubbliċi. Hu iktar każ li l-Parlament jieħu lura l-poteri tiegħu li ċeda jew tilef tul is-snin. Dan hu difett bażiku fil- qasam kostituzzjonali Malti. Malta hi deskritta bħala demokrazija Parlamentari. Fuq il-karta l-Parlament Malti għandu s-setgħa li jiddeċiedi, imma tul is- snin kontinwament evita li jindirizza l-iżbilanċ fil- poter bejn il-Kabinett u l-Parlament. Sakemm ikun indirizzat dan l-iżbilanċ, ftit li xejn nistgħu nimxu 'l quddiem u t-tibdil li jsir ikun essenzjalment wieħed kosmetiku. Il-mod kif isiru l-ħatriet pubbliċi qiegħed taħt il-lenti. Id-dibattitu pubbliku bħalissa qed jiffoka fuq il-ħidma tal-istituzzjonijiet tal-istat. Hu dibattitu li ilu għaddej is- snin, imma riċentement żied fl-intensità tiegħu minħabba dak li seħħ tul dawn l-aħħar snin. Sfortunatament, kif isir ħafna drabi, id-diskussjoni pubblika xi drabi tiżgarra u tiffoka żżejjed fuq il-persuna flok fuq il-kariga. Eżempju ta' dan hi d-diskussjoni kurrenti dwar l-Avukat Ġenerali. Kien ikun ferm iktar għaqli għall-pajjiż kieku flok isiru attakki fuq Dr Peter Grech, l-Avukat Ġenerali, niddiskutu l-funzjoni tal-uffiċċju li jokkupa, u kif r-responsabbiltajiet li l-Parlament għabba bihom lil dan l-uffiċċju tul is-snin dgħajjef ir-rwol kostituzzjonali tiegħu. Proposta dettaljata li diġà saret, imma li tħalliet fuq l-ixkaffa, hi dik tal- Kummissjoni Bonello dwar ir-riforma fil-qasam tal- ġustizzja: dakinhar kien propost li r-responsabbiltà għall-prosekuzzjoni pubblika m'għandhiex tibqa' tal-Avukat Ġenerali imma li għandu jinħoloq uffiċċju separat li jkollu resposabbiltà għal dan. Il-proposta saret imma għadu ma sar xejn dwarha. Naħseb li hu ċar għal kulħadd li l-Parlament mhux ser jiċċaqlaq waħdu u dan għax donnu ma jridx jirfes kallijiet. L-arranġamenti kostituzzjonali li huma l-bażi tal-Kostituzzjoni tal-1964, minkejja t-tibdiliet kollha li saru fil-kostituzzjoni (inklużi dawk li fl-1974 bidlu lil Malta minn Monarkija Kostituzzjonali għal Repubblika) għadhom kollha hemm. Fl-1964, mal- Indipendenza, il-parti l-kbira tal-poteri li kellha r-Reġina u li hi kienet teżerċita permezz tal-Gvernatur għaddew għand il-Prim Ministru, soġġett għas-sorveljanza tejoretika tal-Parlament. Għal iktar minn ħamsin sena l-Parliament ma kienx kapaċi jiċċaqlaq dwar dan. L-ebda Prim Ministru ma kellu l-kuraġġ li jmur quddiem il-Parlament u jagħtih lura l-poteri kollha li f 'demokrazija Parlamentari għandhom ikunu f 'idejn il-Parlament. L-anqas il- Parlament ma ħa inizjattiva dwar dan, għax il-mod kif dan hu kompost jagħmilha impossibli li jkun hemm min jieħu l-inizjattiva mingħajr ma jaqlagħha fuq rasu. Id-daqs kbir tal-Kabinett flimkien mal-ħatra ta' prattikament il-Membri Parlamentari kollha tan- naħa tal-Gvern fuq xi bord inkella b'xi responsabbiltà amministrattiva hu minnu nnifsu dikjarazzjoni ċara li l-Gvern irid jorbot idejn il-membri parlamentari tiegħu biex dawn iżommu ħalqhom magħluq. Dan mhux qed jagħmlu biss il-Gvern tal-lum, imma għamlu wkoll il-Gvern ta' qablu. Dan, fil-fehma tiegħi hu l-qalba tal-argument kollu, li l-Parlament wera biċ-ċar tul is-snin li mhuwiex kapaċi li jindirizza: għandu ħtieġa tas-soċjetà ċivili (dik reali, mhux 4 ismijiet li ma jirrappreżentaw lil ħadd) biex tgħinu u tiggwidah sakemm jaqbad it-triq li twassal biex il-poter politiku jkun f 'postu, f 'idejn il-Parlament. Din hi r-raġuni reali l-għala r-riforma elettorali meħtieġa hi kontinwament injorata: għax hu biss b'Parlament kompost b'mod differenti li l-affarijiet jistgħu jiċċaqalqu. Konvenzjoni Kostituzzjonali: bżonn ta' bidla mill-qiegħ Il-Parlament wera biċ-ċar tul is- snin li mhuwiex kapaċi li jindirizza: għandu ħtieġa tas-soċjetà ċivili (dik reali, mhux 4 ismijiet li ma jirrappreżentaw lil ħadd) biex tgħinnu u tiggwidah sakemm jaqbad it-triq li twassal biex il-poter politiku jkun f 'postu, f 'idejn il-Parlament. Malta hi deskritta bħala demokrazija Parlamentari. Fuq il- karta l-Parlament Malti għandu s-setgħa li jiddeċiedi, imma tul is- snin kontinwament evita li jindirizza l-iżbilanċ fil-poter bejn il-Kabinett u l-Parlament. Sakemm ikun indirizzat dan l-iżbilanċ, ftit li xejn nistgħu nimxu 'l quddiem u t-tibdil li jsir ikun essenzjalment wieħed kosmetiku. CARMEL CACOPARDO carmel.cacopardo@alternattiva.org.mt • http://carmelcacopardo.wordpress.com

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017