Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 3 of 35

Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 F'MALTA bħalissa jinsab għaddej dibattitu sħiħ fuq is-saltna tad-dritt u kif l-istituzzjonijiet tagħna jistgħu jiġġieldu l-korruzzjoni u jwettqu l-ġustizzja li kulħadd jixtieq f 'pajjiż demokratiku. Pajjiż normali u Ewropew. Dan is-sentiment wasal eżatt mat-tħabbira tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-protesti li saru għar-riżenji tal- Kummissarju tal-Pulizija u tal-Avukat Ġenerali. Dibatitti twal fil-Parlament u fuq il- mezzi tax-xandir u ma jonqos l-anqas fil-midja soċjali. X'qed iwassal għal dan is-sentiment fil-pajjiż? Għaliex hawn sezzjoni kbira tal-poplu li qed temmen li kieku kellna istituzzjonijiet b'aktar poteri jew li jiffunzjonaw aħjar, kieku Caruana Galizia għadha ħajja? Jew saltna tad-dritt aktar b'saħħitha? Matul iż-żminijiet f 'Malta ddaħħlu funzjonijiet fl-istituzzjonijiet li huma fundamentali għall-ħarsien tas- saltna tad-dritt u għall-ħarsien tad-drittijiet taċ-ċittadini, iżda f 'bosta ċirkostanzi għadna bi pjanijiet li huma fuq il-karta u li mhux neċessarjament qed jitħaddmu bl-aħjar mod. Is-saltna tad-dritt tirregola l-mod kif jiġi ggvernat pajjiż Is-saltna tad-dritt huwa l-prinċipju legali li biha pajjiż jiġi ggvernat bil- liġijiet u bis-sehem ta' istituzzjonijiet minflok jiġi mmexxi minn persuni individwali jew bi Gvern li jkun dittatorjali. Is-saltna tad-dritt tirregola wkoll l-involviment tal-awtoritajiet fis-soċjetà, l-aktar wieħed ikun il-Gvern li jiġi elett demokratikament. F'dan il-kuntest għalhekk irridu ngħidu li s-saltna tad-dritt hija marbuta intrinsikament mal- pilastri li bihom tiġi definita demokrazija bħalma hija Malta. Id-demokrazija hija magħmula minn tliet pilastri, dawn huma l-leġiżlattiv, l-eżekuttiv u l-ġudikatura. Demokrazija moderna tqis il-midja bħala r-raba' pilastru u l-NGOs bħala l-ħames waħda. Jekk wieħed iħares sew lejn din l-istruttura jara li hemm it-tqassim tar- responsabbilitajiet li huma mħarsa skont il-Kostituzzjoni tal-pajjiż. Din is-sistema ħadet post il-monarkija tradizzjoni, li kien il-ħsieb li hemm don divin li r-Re jmexxi pajjiż, f 'dan il-każ is-sudditi tiegħu. Fl-era tal-'enlightenment', meta l-monarkiji fl-Ewropa bdew jintemmu u rajna l-fjur u l-istrutturi tad-demokraziji, b'mod speċjali bir-rivoluzzjoni Franċiża, beda wkoll il- moviment tas-separazzjoni tal-istat mill-indħil tal- istituzzjonijiet, jew aħjar is-separazzjoni tal-poteri bejn il-pilastri li fuqhom hija mibnija d-demokrazija. Kien l-avukat Franċiż Montesquieu, l-ewwel li tkellem fuq il- bżonn li d-demokrazija tara s-separazzjoni tal-poteri. Dan biex il-Gvernijiet ma jkollhomx involviment dirett jew indħil fil-ħidma tal-pilastri l-oħra bħall-Qorti. L-istituzzjonijiet qegħdin hemm biex ikun hemm separazzjoni akbar tal- poteri Sabiex ikun hawn din is- separazzjoni tal-poteri maż- żmien iddaħħlu f 'Malta numru ta' strutturi biex id-deċiżjonijiet jittieħdu dejjem mill-istrutturi l-aktar l-isfel tal-piramida. Dawn saru minn Gvernijiet differenti fi żminijiet differenti. Eżempju klassiku huma l-Kunsilli Lokali fejn poteri ta' deċiżjonijiet fl-irħula u l-ibliet bdew jittieħdu minn persuni li jiġu eletti min-nies minn persuni residenti fosthom u mhux aktar mill-Ministeri. Illum għandna istituzzjonijiet differenti bħalma huma l-Pulizija, il-Prim Imħallef, l-Avukat Ġenerali, l-Bord tal-Governanza, l-uffiċċju tal-Ombudsman, li maż-żmien sar parti mill-Kostituzzjoni, l-Kummissjoni kontra l-Korruzzjoni, l-Kummissjoni għall-amministrazzjoni tal-Ġustizzja, l-FIAU u oħrajn. Dawn huma kollha istituzzjonijiet li l-mira tagħhom hija li jsir stħarriġ indipendenti tal-operat tal- Gvern, tal-liġijiet, il-ġustizzja u l-ħarsien tad-drittijiet taċ- ċittadini. Fuq din il-bażi dan l-aħħar rajna wkoll it-twaqqif ta' liġijiet bħalma huma l-Att dwar il-Whistleblowers, it- tneħħija tal-libell kriminali kontra l-ġurnalisti u liġijiet oħra għal-libertà tal-espressjoni kontra l-'hate speech' u oħrajn kontra d-diskriminazzjoni bħal fil-konfront ta' persuni LGBTIQ+. Statistika turi li l-perċezzjoni tal- korruzzjoni żdiedet iżda l-OLAF juri li ddaħħal pjan b'saħħtu Allura wieħed jistaqsi għaliex hawn perċezzjoni u moviment li s-saltna tad-dritt f 'Malta hija mhedda u ċ-ċittadin mhux jieħu l-protezzjoni li jrid ġaladarba maż-żminijiet id-daħħlu istituzzjonijiet demokratiċi biex ikun hawn separazzjoni tal-poteri. Mill-istatistika li toħroġ Transparency International dwar l-indiċi tal-perċezzjoni tal-korruzzjoni madwar id- dinja, Malta niżlet għas-47 post. Qabilna hemm pajjiżi bħall- Qatar, Barbados u Cape Verde peró qegħdin qabel pajjiżi Ewropej oħra bħall-Italja u l-Ungerija. Din l-istatistika turi li f 'pajjiżna hawn perċezzjoni tal-korruzzjoni għalkemm hawn strutturi stabbiliti. Din il-fehma jidher li reġgħet issaħħet mal-ħruġ tal-Panama Papers, li wasslu għal bosta protesti kbar f 'pajjiżna. Dan is- sentiment fuq l-istituzzjonijiet kostituzzjonali u demokratiċi reġa' feġġ mal-qtil brutali tal- ġurnalista Daphne Caruana Galizia, aktar milli għal-libertá tal-espressjoni, l-Maltin huma imħasbin fuq il-perċezzjoni tal-korruzzjoni kif jirriżulta wkoll minn statistika bħalma hija l-Eurostat. Għaldaqstant mir-rapport tal-2016 tal-OLAF, li huwa l-uffiċċju Ewropew ta' kontra l-frodi, jirriżulta li Malta hija fost disa' pajjiżi fl-Unjoni Ewropea li daħħlu fis-seħħ strateġija nazzjonali komprensiva kontra l-frodi. Fl- 2016, b'14-il każ Malta kienet it- tieni l-inqas fl-Unjoni Ewropea b'każijiet ta' irregolaritajiet u frodi. Il-bejgħ tal-passaporti rċieva bosta kritika iżda kien sanzjonat mill- Kummissjoni Ewropea Fil-ġranet wara l-qtil ta' Caruana Galizia, il-midja fl- Italja bdiet tassoċċja ta' membri tal-mafja u l-Ndragheta ma' persuni Maltin, il-bejgħ tal-passaporti u l-ftuħ ta' kumpaniji f 'pajjiżi Sud • Wara l-qtil ta' Caruana Galizia l-poplu qed jistaqsi fejn qegħdin dwar is-saltna tad-dritt • Il-poteri tal-governanza għandhom jibqgħu dejjem mifruxa biex ma jkunx hemm kontroll fuq xi istituzzjoni jew oħra Is-Saltna tad-Dritt: Minn jbaldacchino@mediatoday.com.mt Jesmar Baldacchino Dan is-sentiment wasal eżatt mat-tħabbira tal-qtil tal-ġurnalista Daphne Caruana Galizia u l-protesti li saru għar-riżenji tal- Caruana Galizia għadha ħajja? Jew saltna tad-dritt aktar b'saħħitha? Matul iż-żminijiet f 'Malta ddaħħlu funzjonijiet fl-istituzzjonijiet li huma fundamentali għall-ħarsien tas- saltna tad-dritt u għall-ħarsien tad-drittijiet taċ-ċittadini, iżda f 'bosta ċirkostanzi għadna bi pjanijiet li huma fuq il-karta u li mhux neċessarjament qed jitħaddmu bl-aħjar mod. Is-saltna tad-dritt tirregola l-mod kif jiġi ggvernat pajjiż Is-saltna tad-dritt huwa l-prinċipju legali li biha pajjiż jiġi ggvernat bil- liġijiet u bis-sehem ta' istituzzjonijiet minflok jiġi mmexxi minn persuni individwali jew bi Gvern li jkun dittatorjali. Is-saltna tad-dritt tirregola wkoll huma l-leġiżlattiv, l-eżekuttiv u l-ġudikatura. Demokrazija moderna tqis il-midja bħala r-raba' pilastru u l-NGOs bħala l-ħames waħda. Jekk wieħed iħares sew lejn din l-istruttura jara li hemm it-tqassim tar- responsabbilitajiet li huma mħarsa skont il-Kostituzzjoni tal-pajjiż. Din is-sistema ħadet post il-monarkija tradizzjoni, li kien il-ħsieb li hemm don divin li r-Re jmexxi pajjiż, f 'dan il-każ is-sudditi tiegħu. Fl-era tal-'enlightenment', meta l-monarkiji fl-Ewropa bdew jintemmu u rajna l-fjur u l-istrutturi tad-demokraziji, b'mod speċjali bir-rivoluzzjoni Franċiża, beda wkoll il- moviment tas-separazzjoni tal-istat mill-indħil tal- istituzzjonijiet, jew aħjar is-separazzjoni tal-poteri bejn il-pilastri li fuqhom hija mibnija d-demokrazija. Kien l-avukat Franċiż Montesquieu, l-ewwel li tkellem fuq il- bżonn li d-demokrazija tara s-separazzjoni tal-poteri. Dan biex il-Gvernijiet ma jkollhomx involviment dirett jew indħil fil-ħidma tal-pilastri l-oħra bħall-Qorti. L-istituzzjonijiet qegħdin hemm biex ikun hemm separazzjoni akbar tal- poteri Sabiex ikun hawn din is- separazzjoni tal-poteri maż-

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017