Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 32 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 | illum Sports 33 FI tmiem il-ġimgħa li ġħaddiet żewġ timijiet Maltin kienu qed jirrapreżentaw lil Malta fiċ-Champions u Europa League tat- Table Football ġewwa l-Belġju. Nhar is-Sibt ikkompetew f 'rounds preliminarji; it- team ta' Valletta Subbuteo Club rebħu l-grupp b'punti massimi wara li għelbu timijiet mill- Italja, Belġju, Awstrija, Ungerija u Franza. B'hekk huma kkwalifikaw għaċ- Chamapions League. Il-Ħadd komplew il- kompetizzjoni tagħhom fiċ-Champions League u lagħbu mat-tim Awstrijak TFC Mattersburg fejn ġew draw bir-riżultat ta' 1-1 iżda rebħu din il-logħba it-tim ta Valletta Subbuteo Club għax kellhom differenza ta' gowls aħjar. Fil-kwarti tal-finali ltaqgħu mat-tim Taljan Bologna Tigers u sfortunatament tilfu 2-1. Valletta Subbuteo Club spiċċaw fit- tmien post taċ-Champions League. It-tim ta Bormla Subbuteo club is-Sibt ikkompeta ma' timijiet mill-Awstrija, l-Italja, Greċja, Spanja u l-Belġju. It-tim ma ġabx punti biex jikkompeti fiċ-Champions League u b'hekk il-Ħadd ikkompeta fl-Europa League. It-tim ta' Bormla Subbuteo Club spiċċa mal-aħħar 16 meta tilef kontra t-tim Belġjan Rochefort TS 2-1. Bormla Subbuteo Club spiċċaw fid-disa' post tal-Europa League. Iċ-Champions League intrebħet mit-tim Taljan F.Lli Bari Reggio Emilia li magħhom jilgħab il-plejer Malti Massimo Cremona meta huma għelbu lit- tim Taljan ieħor SC Fiamme Azzurre li jilgħab magħhom Hansell Mallia. It-tim CCT Eagles Napoli li jilgħab miegħu l-plejer Malti Angelo Borg ġie kklassifikat fid-disa' post taċ-Champions League. L-Europa League ntrebħet mit-tim Grieg Olympia Subbuteo Club. Riżultati sodisfaċenti ġħall-Maltin t-Table Football f 'kompetizzjonijiet Ewropej Massimo Cremona jerġa' jirbaħ it-Tazza taċ-Champions tat-Table Football ma' F.illi Bari Reggio Emilia FI tmiem il-gimgħa li għaddiet ġewwa Rochefort fil-Belġju, ġiet organizzata l-ikbar kompetizzjoni riservata għall-klabbs tat-Table Football, iċ-Champions League. F.illi Bari Reggio Emilia li magħhom jilgħab Massimo Cremona reġgħu ġew inkurunati Champions Ewropej għas-sitt darba fl- istorja tagħhom, biex b'hekk saru l-iktar klabb li rebaħ din il-kompetizzjoni, waqt li dan kien ukoll it-tielet staġun konsekuttiv li huma rnexxilehom jagħmlu dan. 36 klabb ħa sehem f 'din il-kompetizzjoni, bil-format ikun ta' sitt gruppi b'sitt timijiet f 'kull grupp. Fi Grupp 3, Reggio Emilia rebħu lil Murcia ta' Spanja 4-0, ġew draw ma' Eugies tal-Belgju 1-1, waqt li rebħu l-aħħar tliet logħbiet kontra Dundee tal-iSkozja 4-0, Lincoln Red Imps ta' Ġibiltà 3-0 u Belenese tal-Portugall 4-0 biex rebħu l-Grupp. Fil-fażi tal-eliminazjoni diretta, fl-aħħar 16, Reggio Emilia għelbu lill-Ascoli 3-1, fil-kwarti tal-finali lill-Pisa 2-1 waqt li fis-semi finali lill- Bologna 3-0. Fil-finali, Reggio Emilia rebħu lil Fiamme Azzure Roma 3-1 biex reġgħu ġew inkurunarti Champions Ewropej. Din kienet ukoll it-tielet finali konsekuttiva bejn dawn iż-żewġ klabbs Taljani u t-tielet rebħa konsekuttiva għall-F.illi Bari Reggio Emilia. It-tim kien kompost minn Saverio Bari (captain), Marco Lamberti, Massimiliano Nastasi, Luca Zambello, Massimo Cremona (Malta) u Carlos Flores (Spanja). "Bħala F.illi Bari Reggio Emilia qegħdin niktbu l-istorja tat-table football. Aħna l-uniku klabb li rbaħna din il- kompetizzjoni sitt darbiet u għat-tielet darba konsekuttiva. Aħna tim li iktar ma nirbħu, iktar irridu nirbħu! Fit-triq għall-finali eliminajna lit- timijiet kollha Taljani liema fatt jikkonferma is-saħħa tat-tim. Dan huwa d-disa' staġun konsekuttiv tiegħi ma' F.illi Bari Reggio Emilia. Huma l-familja sportiva tiegħi. Il-president Saverio Bari, jagħmel kollox għalina, biex b'hekk iħallina trankwilli, u nikkonċentraw biss fuq il-logħob," saħaq Massimo Cremona. Il-kompetizzjoni li jmiss hija l-ewwel fażi tal- Kampjonat Taljan li ħa ssir bejn it-18 u d-19 ta' Novembru li ġej ġewwa San Benedetto del Tronto, fl-Italja. Massimo Cremona imkien mat-tim tiegħu F.illi Bari Reggio Emilia ji rħu wara li rebħu ċ-Champions League tat-Table Football Valletta Subbuteo Club

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017