Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 34 of 35

Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 | illum Sports 35 builder li tieħu sehem fil-kategorija tal-'Bikini Fitness'? Ma naħsibx. Tħares lejn l-aħbarjiet tisma' biss futbol. Għaliex? M'għandix idea! Il-futbol huwa sports sabiħ però ma nistax nifhem għaliex il- Bodybuilding mhuwiex rikonoxut mill-media. Sa PROs Maltin għandna però ma jissemmewx. Il-Federazzjoni tagħna ilha snin ittella' atleti jikkompetu barra minn Malta, però qatt ma rajthom jiġu ppublikati. Kif qed tħares lejn il-futur tiegħek bħala body builder li tieħu sehem fil- kategorija tal-'Bikini Fitness'? Permezz ta'gwida mill-Federazzjoni u mill-Kowċ tiegħi, nixtieq inkompli ntejjeb il-figura tiegħi. Hemm ħafna titjib xi jsir u kif spjegajt, dawn ma jsirux minn ftit qabel iżda jridu ż-żmien, jiem, xhur u anke snin. Għaddi messaġġ lil dawk iż- żgħażagħ speċjalment tfajliet li qegħdin jaħsbuha biex jibdew jipprattikaw il-body building, fosthom il-kategorija li int tieħu sehem fiha – dik tal-'Bikini Fitness'. Fittxu ibdew prattikaw il- bodybuilding! Dan huwa vjaġġ mill-isbaħ! Se tikbru mentalment u fiżikament. Se titgħallmu tgħidu le - le għax-xorb eċċessiv, le għall-junk food u ser tibqgħu skantati b'kemm intom sodi! Se jkun hemm mumenti diffiċli fejn ser titilfu xi avvenimenti soċjali għax tkunu għajjenin jew titilfu xi ikla fl-aħħar ġimgħat tal- preparazzjoni għall-kompetizzjoni, għax ma tkunux tistgħu tieklu ikel minn barra. Ma jfissirx li dejjem hekk- le lanqas xejn, però l-aħħar ġimgħat dawk li jissejħu cheat meals ma jkunx hemm. Dan mhuwiex kastig lill-ġisem, iżda premju għax tkun qed tagħti lill-ġismek dak li jrid biss! Jekk ħa titħassru lilkom infuskom – ieqfu - aħsbu fix-xewqa li tridu tikkompetu u l-figura u imxu minn hemm! L-ebda atleta m'għandu għalxiex jitħassar lilu / lilha nnifisha. Din hija għażla. X'tixtieq l-iktar? Jien l-għażla tiegħi għamiltha u meta jiġuni d-dubji dejjem nirrifletti però din il-linja għoġbitni ħafna u lesta nżomm dieta bilanċjata matul is-sena kollha u mhux biss qabel xi kompetizzjoni. Nassigurakom li dak li tħoss fuq il-palk huwa xi ħaġa inspjegabbli - is-sens ta'sodisfazzjon li tkun irnexxielek iżżomm id-dieta u qiegħda fuq il-palk diġà jagħmlek rebbieħ! tani ħajja ġdida' Hija body builder ewlenija f 'pajjiżna li tipparteċipa fil-kategorija tal-'Bikini Fitness'. Il-body building taha ħajja ġdida u kontinwament jgħinha biex tkun persuna aħjar minn kull aspett. Bejn it-22 u l-24 ta' Settembru li għadda, ħadet sehem fl-Arnolds flimkien ma' Hannah Tabone Grech. Mandy Saliba

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017