Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142
6 illum | Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 Aħbarijiet Sylvia Camillieri, kienet iċċertifikata li kellha l-marda tal-Addison, meta fil-fatt minn rapport mediku ftit żmien wara rriżulta li dan ma kienx minnu. Persuna li sfortunatament tbati minn dil-marda, ikollha tibda tieħu l-isteroids sabiex tissostitwixxi l-ormoni neċessarji nieqsa. Fost il-mediċina preskritta lilha kien hemm, Fludrocortisone u Hydrocortisone. Jekk wieħed jaqra l-karta annessa mal-pilloli faċli jara lista kbira ta' effetti sekondarji tal-marda li jibdew minn; pressjoni għolja, telf tal-vista, bidliet fil-burdata u saħansitra anke sentimenti ta' dipressjoni. Iżda Sylvia għamlet żewġ testijiet eleborati, f 'laboratorji lokali kif ukoll barranin. Dan irriżulta mit- tnejn li huma li kellhom riżultat negattiv għall- marda tal-Addison. Sylvia sal-ġurnata tal- lum, għadha għadejja bi 'ġlieda' mal-awtoritajiet ikkonċernati, dan għaliex huma baqgħu qatt m'emendaw ir-rekords mediċi tagħha meta din uriethom evidenza ċara li hi veru ma tbatix mill-marda tal-Addison. L-istorja ta' Sylvia tqajjem furur però Sylvia tibqa' bla ġustizzja, għalissa. Sylvia Ġimgħa wara Sylvia tibqa' fid-dlam BĦALLUM ġimgħa din il-gazzeta żvelat il- każ xokkanti ta' Sylvia Camillieri, l-omm ta' 62 sena li minħabba dijanjosi żbaljata kellha tbati minn bosta problemi ta' saħħa, fosthom dawk ta' saħħa mentali. Ftit ħin wara li ġiet ippubblikata din l-istorja kienu propju t-tfal ta' Sylvia li wrew l-apprezament tagħhom lill-gazzetta ILLUM, hekk kif huma ħassew sodisfazzjon kbir li xi ħadd fl-aħħar sema' l-għajta ta' ommhom, għajta li għal żmien twil kienet injorata saħansitra mill-awtoritajiet. Fuq l-istess tema tul il- ġimgħa li għaddiet, kienu bosta ħbieb, qraba u qarrejja ta' din il-gazzetta li ssimpatizzat ma' Sylvia, b'għexirien ta' kummenti indirizatti lejn l-awtoritajiet sabiex issir ġustizzja magħha. Intant din il-gazzetta waslulha stejjer ġodda, fosthom każ ta' mara, li għal diversi snin kienet iċċertifikata b'marda komuni meta f 'testijiet ftit snin wara rriżulta li kien kanċer li tħalla jikber. F'kummenti mal-ILLUM, Sylvia qalet li baqgħet ma rċeviet l-ebda tip ta' komunikazzjoni għal diskussjoni mill-awtoritajiet ikkonċernati. B'hekk il-punt oriġinali tal-istorja, biex sa fl-aħħar, l-awtoritajiet ikkonċernati jagħmlu emenda fir-rekords mediċi ta' Sylvia se tkompli tiġi mtawla. Fil-ġimgħat li ġejjin din il-gazzetta se tkompli ssegwi, tindaga u tiżvela iktar stejjer dwar dijanjosi żbaljati li qed jaffettwaw ċittadini Maltin u Għawdxin. Xi rraportajna l-ġimgħa l-oħra ?