Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 35

7 Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017| illum Aħbarijiet ...tkompli minn paġna 1 TAS-SLIEMA qed tiffaċċja racket sħiħ ta' serq mill- bwiet, handbags jew inkella kartieri, skont sorsi fil-Pulizija. Dan it-tip ta' serq, magħruf aħjar bħala 'pickpocketing' qabad rittmu mgħaġġel bis- sorsi jallegw illi bosta minn dawk li qed iwettqu r-reat huma żingari (gypsies), il-maġġoranza tagħhom mil-Lvant tal-Ewropa. Dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta żvelaw kif il- Pulizija fl-għassa ta' Tas- Sliema qed jirċievu medja pjuttost xokkanti ta' 10 rapporti kuljum ta' nies li jintserqulhom oġġetti jew flus minn pickpockets. Dan ifisser li din il-lokalità qed tesperjenza mat-300 serqa ta' dan it-tip kull xahar jew mat-3,600 serqa ta' dan it- tip fis-sena. Dawk li tkellmu mal- ILLUM spjegaw kif dawn iċ- ċifri allarmanti fil-fatt huma riflessjoni ta' din il-lokalità waħda biss, b'żoni oħrajn bħal San Ġiljan/Paceville u Buġibba/Qawra jkunu popolari wkoll ma' dawk li 'xogħlhom' huwa s-serq. Is-sitwazzjoni f 'Tas-Sliema fil-fatt tqajmet għall-ewwel darba għall-atrtenzjoni tal-midja f 'rapport dwar każ kontra żewġ Bulgari fil- Qorti. Fl-Awla tal-Maġistrat Francesco Depasquale l-Ispettur Mark Mercieca kien qal illi l-Għassa ta' Tas- Sliema kienet qed tiffaċċja "influss ta' rapporti dwar pickpocketing." L-Ispettur kien spjega kif dak li qed jiġri f 'Tas Sliema bħalissa "hija 'mewġa ta' serq li qed taffetwa s-serħan tal-moħħ tan-nies." L-Ispettur kien qal ukoll li bħall-akkużati kien hemm ħafna; "Dawn ġew Malta tliet darbiet diġa. Dan huwa negozju." Is-sorsi mill-Korp tal- Pulizija kkonfermaw dan kollu mal-ILLUM u sostnew illi hemm ħafna xenarji li jistgħu jkunu possibbli. "Li nista' ngħidlek huwa li kemm ilhom li nfetħu ċerti rotot tal-ajru lejn pajjiżna, dan it-tip ta' serq żdied bil- kbir. Fil-fatt kemm ili f 'dan ix-xogħol, dejjem nara din is-sitwazzjoni tiggrava." Is-sorsi li tkellmu ma' din il-gazzetta saħqu illi ħafna minn dawn il-persuni jkunu mħarrġin f 'dan it-tip ta' serq u ħafna minnhom ma jibqgħux f 'pajjiżna. Jista' jkun, għalkemm mhux neċessarjament dejjem jiġri hekk, li dawn jaslu pajjiżna permezz ta' titjira f 'ġurnata partikolari u jitilqu mal- ewwel titjira lura lejn pajjiżhom ftit jiem wara biss. Din il-gazzetta hija nfurmata wkoll illi bosta minn dawk li jinqabdu f 'Malta ġieli jkunu riċedivi hekk kif ikunu wettqu serqiet simili barra mill- pajjiż. Is-sorsi li tkellmu mal- ILLUM qalu illi ħafna minn dawk li qed iwettqu dan r-reat ikollhom bejn 20 u 50 sena, filwaqt li hemm żewġ gruppi ta' vittmi li huma l-aktar fil- mira; it-turisti u l-anzjani. Apparti l-każ li qed jissemma f 'dan l-artiklu kien hemm każijiet oħrajn li spiċċaw fuq il-midja. L-akbar każ kien dak li jinvolvi xejn inqas minn 13-il Bulgaru ta' bejn il- 21 u 33 sena u li kompla jinstema' din il-ġimgħa. Il-Bulgari kienu nqabdu b'mowbajls li kienu rrappurtati misruqin. Irriżulta minn filmati miġbuda minn kameras CCTV li saħansitra tfal kienu qed jintużaw f 'dan it-tip ta' serq. Dawk li tkellmu ma' din il-gazzetta stqarrew illi minkejja li s-sitwazzjoni hija allarmanti, din ix- xejra mhix waħda restritta għal Malta biss hekk kif l-istess żingari u għaqdiet ta' kriminali qed jinfiltraw bliet u komunitajiet madwar l-Ewropa u jisirqu minn hemm ukoll.7 Il-pickpocketing żdied bi kważi 500 offiża fl- 2015 meta mqabbel mal- 2014, jew inkella żieda astronomika ta' 32%. Mill-2009 sal-2015 il-każi ta' pickpocketing żdiedu minn 450 għal 2,030. F'rapport il-Kriminologu Saviour Formosa kien qabbel din iż-żieda ma' 'tsunami'. Fil-Parlament il-Ministru tal-Intern Michael Farrugia żvela kif kienu b'kollox 116-il persuna li tressqu fuq akkużi ta' pickpocketing, anke jekk fil-fatt jidħlu d-doppju ta' rapporti kull xahar minn Tas Sliema biss. Minn dawn, 14 kienu Maltin waqt li l-kumplament ġejjin minn diversi pajjiżi, fosthom il-Bulgarija, ir-Rumanija, ir-Russja, l-Ungerija, l-Italja, l-Libja u s-Serbja. Fl-2013 tressqu 23 persuna, bl-istess ammont jitressqu fl-2014. Dsatax-il persuna tressqu fl-2015, 29 fl-2016 u sa Settembru tal-2017 kienu tressqu 22 persuna. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham Pulizija jgħidu li s-sitwazzjoni tas- serq 'iggravat ħafna' ĦATRA TA' TECHNICAL SUPPORT OFFICER (ICT/AV) FIL-KAMRA TAD-DEPUTATI L-Iskrivan tal-Kamra tad-Deputati jilqa' applikazzjonijiet għall-kariga ta' Technical Support Officer (ICT/AV). Dettalji dwar il-kundizzjonijiet, dmirijiet, rekwiżiti ta' eliġibbiltà, għażla u sottomissjoni ta' applikazzjonijiet jinsabu fis-sejħa għall-applikazzjonijiet li tista' titniżżel mis-sit tal-Parlament ta' Malta fl-indirizz li ġej www.parlament.mt jew miġbura mit-Taqsima Finanzi u Amministrazzjoni, Kamra tad-Deputati, Misraħ il-Ħelsien, Il-Belt Valletta VLT 1111. Applikazzjonijiet, flimkien mad-dokumenti relatati jintlaqgħu mill-Kamra tad-Deputati mhux aktar tard minn nofsinhar (CET), il-Ġimgħa, 10 ta' Novembru 2017, jew jistgħu jintbagħtu b'mod elettroniku fuq dcs.parlament@parlament.mt.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017