Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 35

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 L-GĦAN tal-Knisja Kattolika hu li tistinka biex tifforma komunitajiet ta' dixxipli li jwasslu l-messaġġ ta' Ġesù Kristu, messagġ soċjali imma messaġġ politiku b'saħħtu wkoll. Ma ninsewx li minkejja d-divintà illi biha nqimu lil Ġesù, fi tliet snin li għamel jgħallem għadda messaġġi qawwija u diretti fil-konfront tal-awtoritajiet governattivi u ekkleżjastiċi ta' dak iż-żmien. Fuq gżiritna l-Knisja Kattolika hi direttament relevanti għall-istorja ta' pajjiżna. Dan għaliex tul l-istorja l-knisja kienet responsabbli għall-kisbiet kbar li kisbet Malta. Fl-istess waqt però, responsabbli għall-firdiet li kellhom ifiqu għexirien ta' snin wara. Però dan kien żmien differenti, żmien meta kwistjonijiet fuq lingwa, l-integrazzjoni mar-Renju Unit u d-dħul fl-iskejjel tal- knisja rnexxielhom joħolqu firda f 'pajjiż rellattivament żgħira. Illum il-ġurnata l-ambjent politiko-soċjali ċertament inbidel minn dak tas-60ijiet jew tat- 80ijiet. Għaldaqstant sikwit naraw reazzjonijiet negattivi fil-konfront ta' nies ekklesjastiċi meta jikkumentaw fuq kwistjonijiet politiċi jew anke jattendu avvenimenti politiċi. Fid-dawl ta' dan, il- gazzetta ILLUM tkellmet ma' diversi nies fuq dan is-suġġett. Hi ppruvat tifhem eżatt il-ħsieb wara r-reazzjonijiet negattivi, il-ħsieb wara l-parteċipazzjoni ekklesjastika li twassal għall-istess reazzjonijiet, kif ukoll jekk il- parteċipazzjoni attiva tikkompromettix jew tgħinx l-immaġini tal-Knisja Kattolika u t-tmexxija tagħha f 'Malta. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Il-qassis, il-vuċi politika tal-poplu Hawn min jgħid li post il-qassis huwa fis-sagristija, li xogħlu huwa li jxandar il-vanġelu biss. Imma fir-realtà, xi rwol soċjo-politiku qiegħed u jista' jilgħab qassis? Il-qassis għandu jkun politiku fi kliemu? L-ILLUM tistaqsi... Fost in-nies li tkellmu mal-ILLUM, insibu lil Father Colin Apap, qassis u personaġġ televiżiv magħruf sew. F'kummenti sinċieri Apap, fakkar li skontu "kull darba li l-Knisja rikbet il- karru politiku partiġġjan il-messaġġ ta' Kristu dejjem ġie mwarrab." Meta qassis jattendi laqgħa politika hu jkun qed jikkomprometti l-awtorità morali jew reliġjuża tiegħu dan meta wieħed jikkunsidra r-realtà politika ta' Malta? Qassis, bħal kull ċittadin ieħor, għandu d-dritt li jesprimi ruħu dwar ir- realtà politika li Malta tkun għaddejja minnha. Dan hu dritt fundamentali tal- bniedem, id-dritt għal-libertà tal-ħsieb. Imma x'jiswa li inti tagħtini d-dritt li naħseb li rrid, mingħajr ma tagħtini wkoll id-dritt li nesprimi dak li naħseb. Il-libertà tal-ħsieb u l-libertà tal-espressjoni huma żewġ naħat tal-istess munita. F'pajjiżi totalitarji ssib il-libertà tal-ħsieb, wara kollox ħadd ma jkun jaf x'qed naħseb u ħadd ma jista' jikkontrollali ħsibijieti imma m'hemmx il-libertà tal- espressjoni. Id-dritt li tiddefendi d-drittijiet tal-bniedem huwa obbligu morali ta' kull ċittadin. L-isem ġdid tal-paċi huwa l-ħarsien tad-drittijiet tal-bniedem, speċjalment ta' dawk li huma l-iżjed dgħajfin u bla vuċi.Ovvjament dan kulħadd jaqbel miegħu, sakemm ma tirfisx il-kallu ta' min hu fil-poter. Qassis jew reliġjuż li m'għandux għedewwa jfisser li qed jirrinunzja li jkun xhieda ħajja tal-vanġelu. Anke Kristu ġie msallab propju minn dawk li kienu jqisuh bħala theddida għall- poter tagħhom. L-isqof Brażiljan, Helder Camara kien jgħid: "meta niddefendi lill-fqar jgħidu li jiena qaddis, imma meta nibda nsaqsi liema huma l-kawżi għaliex hawn il- faqar jibdew jgħidu li jien kommunist." L-Isqof ta' San Salvador, Mons Oscar Romero, ġie assassinat waqt li kien qed iqaddes f 'katidral minn skwadra mibgħuta mir- Reġim tal-lemin ta' żmienu. Ġie maqtul huwa flimkien ma' Ġiżwiti, sorijiet u nies oħra li kienu jiddefendu l-fqar. Sakemm hu kien iżomm ħalqu magħluq kienu jgħidu kemm hu konservattiv u tajjeb. Saħansitra l-Isqof Malti li kien nunzju appostoliku f 'San Salvador, kien kiteb ittri kontrih lill- Vatikan biex ineħħuh. Trid tkun lest li tħallas prezz għall- ideat tiegħek. Naħseb il-maġġoranza tan-nies jaċċettaw li qassis jew reliġjuż jgħid tiegħu, anke pubblikament, imma ma jaċċettawx li qassis ikun dejjem ma' Partit kontra l-ieħor, hemmhekk jitlef il- kredibbiltà. Kemm mir-reazzjoni negattiva fil-konfront ta' qassisin voċiferi, li naraw fuq il-midja soċjali hija dovuta, għal fatti storiċi (l-interdett)? U kemm minnha hi dovuta għal mod tribali ta' kif ħafna Maltin iħarsu lejn il-politika? (jekk mhux magħna kontra tagħna) Hemm differenza bejn politika u politika partiġġjana. Hawn Malta ftit huma l-ħassieba ġenwini politiċi, il-valuri u l-prinċipji jgħoddu biss, jew spiss, skont liema partit qed jagħmilhom u lil min qed nappoġġa politikament. Dan ifisser li l-Poplu jkun kapaċi jiddistingwi bejn min hu ġenwin u bejn min juża l-"valuri" jew il-"ġid komuni" skont l-aġenda politika partiġġjana. Dan hu ta' periklu kbir, kompromess bħal dan, ifisser li ma nistax nibqa' niġi emmnut meta nitkellem dwar Alla, Ġesù Kristu, u l-Knisja. Revel Barker, ġurnalist Ingliż li ilu rtirat f 'Għawdex għal bosta snin u midħla sew tar-realtà politika Maltija, jikteb: "F'Malta l-maġġoranza tan- nies m'għandhomx opinjoni, imma għandhom partiti." Issa meta qassis jidħol f 'din il-loġika allura l-'valuri' li jgħid li jrid jiddefendi jfisser qed jesprimi ma' liema karru politiku jitla' jxejjer il-bnadar. Meta dan isir għal żmien twil, f 'diversi amministrazzjonijiet differenti, u jibqa' jgħid favur partit u kontra l-ieħor allura l-'maskra' tiċċarrat. Taħseb li s-soċjetà Maltija llum saret iktar liberali fil-ħsieb konsegwenza illi għal ħafna, it-tagħlim soċjali tal-Knisja sar irrelevanti? Kemm jinkwetak dan? Ħafna, inklużi n-'nies tal- knisja'. Dawn ma tantx jafu liema huwa t-tagħlim soċjali tal-Knisja. Ħaġa li lanqas biss taf biha, hija rrilevanti jekk hix rilevanti jew le. F'pajjiżi bħall-Istati Uniti, hi kważi norma li gruppi Kristjani u anke l-Knisja Kattolika tgħid lis-segwaċi tagħha lil min għandhom jivvutaw jew jappoġġjaw. Għalfejn l-attiviżmu politiku ta' gruppi reliġjużi, primarjament il-Knisja Kattolika għadha ddejjaq daqsekk nies lokalment? Il-Knisja ġiet imwaqqfa mill-Fundatur tagħha Ġesù Kristu biex twassal l-Aħbar it-Tajba u mhux biex tgħid lin-nies kif jivvutaw u lil min. Kull darba li l-Knisja rikbet il-karru politiku partiġġjan il-messaġġ ta' Kristu dejjem ġie mwarrab. Fl-Italja, biex nagħtu eżempju viċin tagħna, il-Knisja Taljana, jew iktar eżatt, il-Konferenza tal- Isqfijiet Taljani (CEI) kienet tagħti l-appoġġ sħiħ tagħha lid-Democrazia Cristiana (DC), u tgħabbiet bit-tixħim, korruzzjoni li l-politiċi 'tagħha' ġew akkużati li wkoll instabu ħatja fil-Qrati. Kellha tagħlaq ħalqha biex ma tagħtix vantaġġ politiku lill- 'avversarji' politiċi tagħha. Hawn Malta hemm il- periklu li jiġri l-istess. Ma tistax tkun kredibbli meta tikkundanna apertament akkużi ta' korruzzjoni li jkunu ġejjin minn Partit iżda meta l-Partit l-ieħor jiġi akkużat bl-istess trasgressjoni morali żżomm ħalqek magħluq għax 'jużawk' l-'avversarji' politiċi tal-Partit li tħaddan. Taħseb li l-attiviżmu politiku, ta' nies fil-Knisja jservi biex ibiegħed jew iressaq iktar nies lejn il- Knisja? L-attiviżmu politiku huwa tajjeb ħafna. Jekk dan ibegħedx jew irressaqx iktar jew le nies lejn il-Knisja jiddependi minn bosta fatturi li jmorru iktar 'il bogħod miċ-ċirkustanzi attwali. Fr.Colin Apap

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017