Illum previous editions

ILLUM05112017

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/897142

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 35

9 Il-Ħadd 05 ta' Novembru 2017 | illum Aħbarijiet tal-poplu mis-sagristija? Din il-gazzetta tkellmet ukoll ma' Fr.Rene Camillieri qassis u lekċerer fl-Univeristà ta' Malta. Mal-illum Camillieri saħaq li "meta qassis jipparteċipa fix-xena politika b'mod partiġġjan ikun qed jikkomprometti ftit jew wisq il-pożizzjoni tiegħu." Meta qassis jattendi laqgħa politika hu jkun qed jikkomprometti l-awtorità morali jew reliġjuża tiegħu dan meta wieħed jikkunsidra r-realtà politika ta' Malta? Minkejja li issa ilna s-snin li dħalna fl-EU, Malta, kontra dak kollu li lkoll ittamajna, baqgħet ma kibritx mill- polarizzazzjoni politika. Il-politiċi tagħna baqgħu jilagħbu l-logħba li taqbel lilhom. It-tnejn għandhom il-media tagħhom u t-tnejn jużaw il-media biex iżommu l-'hard core' kuntenti. Huwa appuntu dan il-'hard core' li baqa' marbut ma' mudelli ta' politika antika u allura, fejn tidħol il-Knisja, ma' mudell ta' Knisja li xogħolha skonthom hu fis- sagristija. Kemm mir-reazzjoni negattiva fil-konfront ta' qassin voċiferi, li naraw fuq il-midja soċjali hija dovuta, għal fatti storiċi (l-interdett)? U kemm minnha hi dovuta għal mod tribali ta' kif ħafna Maltin jħarsu lejn il-politika? (jekk mhux magħna kontra tagħna) Li għadna tribali hu fatt u għadu evidenti ħafna. Min-naħa l-oħra però rridu nammettu wkoll li qassis għad għandu rwol pubbliku fis-soċjetà Maltija u jibqa' fatt li meta qassis jipparteċipa fix- xena politika b'mod partiġġjan ikun qed jikkomprometti ftit jew wisq il-pożizzjoni tiegħu. Taħseb li s-soċjetà Maltija llum saret iktar liberali fil- ħsieb konsegwenza illi għal ħafna, it-tagħlim soċjali tal- Knisja sar irrelevanti? Kemm jinkwetak dan? Ma naqbilx li t-tagħlim soċjali tal-Knisja sar irrelevanti. Il-Knisja għad għandha messaġġ qawwi li sfortunatament ħafna drabi mhux jasal għax il-Knisja stess, minkejja li għad għandha opportunitajiet kbar, hi fjakka fil-mod kif torganizza ruħha u tittrażmetti dak li hu l-messaġġ tagħha. Li jinkwetani hu, mhux li s-soċjetà Maltija saret liberali, imma li l-Knsija f 'dan il-pajjiż mhix tifhem x'inhu jiġri fil-ħajja tan-nies u baqgħet tagħżel li tibqa' tilgħab bl-istatwi, bil-festi, u biċ- ċerimonji. Infatti l-messaġġ kontinwu li aħna stess qed nagħtu hu li l-Kristjaneżmu kważi jikkonsisti biss f 'dawn iċ-ċerimonji. Allura meta ċerti nies jisimgħu diskors mill-Knisja dwar l-ambjent jew dwar il-korruzzjoni, hemmhekk jiskandalizzaw ruħhom għax għalihom tkun tindaħal fil-politika. F'pajjiżi bħall-Istati Uniti, hi kważi norma li gruppi Kristjani u anke l-Knisja Kattolika tgħid lis-segwaċi tagħha lil minn għandom jivvutaw jew jappoġġjaw. Għalfejn l-attiviżmu politiku ta' gruppi reliġjużi, primarjament l-Knisja Kattolika għadha ddejjaq daqsekk nies lokalment? Allaħares biex nikbru nħarsu lejn il-mudell Amerikan. Ir-reliġjon fl-Amerika f 'dawn l-aħħar 25 sena reġgħet saret fattur importanti fl- elezzjonijiet politiċi. Ir-raġuni hi li l-Isqfijiet Amerikani rriduċew il- kristjaneżmu primarjament f 'battalja kontra l-abort, l-ewtanasja, u kwistjonijiet morali ta' dan it-tip. Fl-istess ħin ftit li xejn ippronunċjaw ruħhom fuq il-piena kapitali jew fuq il-kwistjoni ta' kemm is-soċjetà Amerikana, f 'isem is-sigurtà, qed issir vjolenti jew fuq il-kwistjoni tal- immigrazzjoni. U allura għandek il- fenomenu Trump li wisq probabbli tela' anke bil-vot kattoliku. Fix-xena lokali nifhem li għandna sitwazzjoni iktar delikata. Il-Knisja hawnhekk trid tikber, imma fl-istess ħin ma nistgħux inkunu idealisti. Il-Knisja wara kollox mhux kompitu tagħha, illum il-ġurnata li tiddetta bniedem kif għandu jivvota. L-anqas fis-sittinijiet ma kien, u hemmhekk il-Knisja, kienet x'kienet ir-raġuni, żbaljat bil-kbir. Il-Knisja għandha dejjem x'tgħid, imma trid tibqa' sal-aħħar tirrispetta l-libertà u d-dinjità ta' kull persuna, anke ta' dawk fi ħdanha li ma jkunux jaqblu ma' kull ma tgħallem. Taħseb li l-attiviżmu politiku, ta' nies fil-knisja iservi biex ibiegħed jew iressaq iktar nies lejn il- Knisja? Il-Knisja hija istituzzjoni kbira u importanti fil-pajjiż. Tagħmel ħafna għażliet li jinċidu politikament. Il- Knisja l-anqas ma għandha għalfejn tirkeb karrijiet ta' ħaddieħor. Bħala Knisja jeħtieġ infasslu l-aġenda tagħna abbażi tal-Vanġelu u ta' dak li qed jixprunana dwaru Papa Franġisku u nkunu proattivi bla ma nħarsu lejn wiċċ ħadd. Imma meta nkunu Knisja medhija bl-affarijiet interni tagħha u mbagħad nirreaġixxu biss għal dak li jkun jgħid u jagħmel ħaddieħor, hemmhekk inkunu qed nirkbu karru ta' ħaddieħor u nitilfu l-kredibbiltà. Il-politiċi għandhom l-iskadenzi tal-elezzjonijiet u jridu jorganizzaw ruħhom biex iwasslu l-messaġġ tagħhom, inkella jibqgħu l-art. L-iskadenzi tal-Knisja huma l-ħtiġijiet tan-nies, ta' dawk vulnerabbli u li mhumiex stmati kif ukoll il- ħtiġijiet li aħna nsejħulhom 'spiritwali' li tfisser x'jeħtieġ tassew il-bniedem biex ikun jgħix ta' bniedem. Fr.Rene Camilleri L-ILLUM tkellmet ukoll mal-Professur u Dekan fl-Università ta' Malta Andrew Azzopardi, skontu "t-tagħlim soċjali tal-knisja huwa vera tal-ġenn" Meta qassis jattendi laqgħa politika hu jkun qed jikkomprometti l-awtorità morali/ reliġjuża tiegħu dan meta wieħed jikkunsidra ir- realtà politika ta' Malta? Le, ma naqbilx, anzi nixtieq nara aktar persuni reliġjużi fuq quddiem tan-Netwerk tas- Soċjetà Ċivili. Kemm mir-reazzjoni negattiva fil-konfront ta' qassin voċiferi, li naraw fuq il-midja soċjali hija dovuta, għal fatti storiċi (l-interdett)? U kemm minnha hi dovuta għal mod tribali ta' kif ħafna Maltin iħarsu lejn il-politika? (jekk mhux magħna kontra tagħna) Naħseb li aħna l-Maltin għandna, 'love- hate relationship' mal-knisja u l-kleru. Irriduhom imma kultant jweġġgħuna. Però l-verità hi li għandhom komponent importanti tat- tessuti soċjali tagħhom u anke li kieku npoġġuhom ġo niċċa wkoll nsibu x'ngħidu fuqhom. Naħseb li l-interdett u l-istorja tal-imgħoddi ma tgħinx però naħseb ukoll li bil-mod il- mod, din il-ġrajja qed issir biss rakkont storiku. Taħseb li s-soċjetà Maltija llum saret iktar liberali fil- ħsieb konsegwenza illi għal ħafna, it-tagħlim soċjali tal- Knisja sar irrelevanti? Kemm jinkwetak dan? Naħseb li għax aħna insiru liberali, (li ma naħsibx li l-każ) ma jfissirx li l-knisja ma tibqax importanti. Jien ngħid li l-liġijiet tagħna huma liberali imma l-attitudni tagħna għadha antikwata u konservattiva. F'pajjiżi bħall-Istati Uniti, hi kważi norma li gruppi Kristjani u anke l-Knisja Kattolika tgħid lis-segwaċi tagħha lil min għandhom jivvutaw jew jappoġġjaw. Għalfejn l-attiviżmu politiku ta' gruppi reliġjużi, primarjament il-Knisja Kattolika għadha ddejjaq daqsekk nies lokalment? Jien naħseb, li dan huwa riżultat tal-mentalità tribalistika li għandna. Li dak li jgħid xi ħadd jista' jiġi interpretat kontra tagħna. Taħseb li l-attiviżmu politiku, ta' nies fil-knisja iservi biex ibiegħed jew iressaq iktar nies lejn il-Knisja? It-tagħlim soċjali tal- Knisja huwa vera tal-ġenn u sabiħ. Iffukat fuq l-għan li jkollna komunitajiet effetivi, karitatevoli u sensittivi. Għalija iktar mar-reliġjużi u l-Knisja titkellem fuq temi soċjali aktar tiġbidni lejha. Naħseb li bħalissa l-knisja hi maħnuqa u bi ftit jew xejn vuċi. Andrew Azzopardi

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - ILLUM05112017