Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 13 of 31

14 illum | Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 Valletta ŻMIEN ir-Randan u l-Ġimgħa Mqaddsa fil- Belt Kaptali żgur li huwa marbut sew mal-Knisja tal-Patrijiet Franġiskani Minuri, magħrufa aħjar bħala Ta' Ġieżu. Mal-bidu ta' dan iż-żmien qaddis tas- sena, dritt wara li jintemmu ċ-ċelebrazzjonijiet tal- Karnival, fis-skiet u l-paċi li wieħed isib fil-Knisja ta' Santa Marija ta' Ġesù, fit-turġien ta' Triq San Ġwann, 'l isfel minn Triq San Pawl, jibdew mill-ewwel it-tħejjijiet għaż-żmien liturġiku tal-knisja li jfakkar l-ikbar ġrajjiet fl-istorja tas-salvazzjoni – l-Passjoni u l-Mewt tal-Mulej. Din il-knisja Beltija tibqa' msemmija u magħrufa għal tliet elementi marbuta ma' dawn iċ-ċelebrazzjonijiet – is-Salib mirakuluż, l-istatwa tad-Duluri u l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira. L-istatwi li jfakkru l-misteri tat-tbatija ta' Sidna Ġesù jintrefgħu fl-Oratorju li jinsab biswit il-kunvent tal-Patrijiet Minuri u waħda differenti kull ġimgħa, tittieħed fil-Knisja msemmija u titqiegħed taħt in-nava skont l-ordni tal- ġrajja tal-Passjoni tal-Mulej. It-tħejjijiet għall-Ġimgħa l-Kbira jibdew propju mill- ġurnata tal-Erbgħa tal-Irmied - Ras ir-Randan. Żgur li l-attrazzjoni ewlenija ġo dan is-santwarju huwa l-kurċifiss impressjonanti u mirakuluż li ġie skolpit mill- Franġiskan Sqalli Fra Umile Pintorno fl-1630. Dan il- Kurċifiss ġibed lejh devozzjoni kbira u qawwija mhux biss tal- Maltin imma anke ta' barranin li jżuru l-knisja. Huwa wkoll dan l-istess kurċifiss li ta l-isem lill-Arċikonfraternità li tieħu ħsieb l-artal tiegħu u dak kollu li huwa relatat maċ- ċelebrazzjonijiet tal-Passjoni tal-Mulej. Minbarra li torganizza l-purċissjonijiet tad-Duluri u tal-Ġimgħa l-Kbira, l-istess Arċikonfraternità tas-Santissmu Kurċifiss tieħu ħsieb ukoll torganizza kull sena l-festa tal-Eżaltazzjoni tas-Salib Imqaddes nhar il- Ħadd wara l-14 ta' Settembru. Din il-fratellanza titmexxa minn tliet kummissarji li flimkien ma' għadd ta' fratelli u membri jieħdu ħsieb li minn sena għal oħra ċ-ċelebrazzjonijiet tal-Ġimgħa Mqaddsa jiġu organizzati b'serjetà u b'dedikazzjoni. Huma madwar 400 ruħ li jieħdu sehem fil-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira fil- Belt, li wara dik tar-Rabat, organizzata minn Knisja mmexxija mill-istess patrijiet Franġsikani, hija waħda mill- eqdem f 'Malta. Għalkemm il- ġrajja tal-Passjoni hija waħda marbta mad-djieqa u n-niket, il-purċissjoni Beltija hija wkoll waħda ħajja b'manifestazzjoni ta' kostumi bibliċi kkuluriti li jalternaw bejn l-istatwi artistiċi li juru xeni mit-tbatija u l-mewt tal-Mulej. Uħud mill-istatwi li ġew skolpiti minn statwarji magħrufa bħal Saverio Laferla u Pietru Pawl Azzopardi, imorru lura għas- snin bejn l-1730 u l-1830. Għal 140 sena, sa mis- sena 1878, din il-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tkun akkumpanjata mat-triq mill- banda tas-Soċjetà Filarmonika Nazzjonali La Vallette. Il- banda hija infatti sinonima ma' dan l-appuntament annwali fil-Kapitali. Il-mibki kittieb u storiku Franġiskan, Patri George Aquilina kien sab xi dokumenti dwar din il-purċissjoni li kienu juru li l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira minn Ta' Ġieżu fil- Belt, diġà kellha xi forma ta' sehem mużikali fiha sa mis- sena 1673. Filwaqt li l-Banda La Vallette iddoqq siltiet li jikkonsistu f 'marċi funebri, il-Brigata tas-Subien u Bniet Salesjani jħabbtu t-tamborlini tagħhom u jdoqqu l-fifra biex jikkreaw ir-ritmu ta' marċ b'pass meqjus u joħolqu atmosfera solenni denja għal din il- purċissjoni. Fl-antik, l-istatwi tal-Ġimgħa l-Kbira fil-Belt kienu jinġarru fuq l-ispallejn tal-barklora u l-uffiċċjali tad-dwana, li kienu fost l-aqwa benefatturi tal- Arċikonfraternita tas-Ssmu Kurċifiss, b'kontribuzzjonijiet ta' somom kbar ta' flus għall- ispejjeż tal-purċissjoni tal- Ġimgħa l-Kbira. Fatt kurjuż u interessanti relatat mal-purċissjoni tal-Belt hija li r-reffiegħa tal-istatwi jieqfu bihom biss meta jaslu f 'salib it-toroq u qatt fil-mixja ta' bejn triq u oħra. Fil-każ tal-Belt dan huwa possibbli peress li t-toroq kollha huma bi dritt xulxin. Tradizzjoni oħra li hija marbuta ma' ħafna purċissjonijiet simili f 'Malta u Ir-rabta bejn il-Belt Valletta CLIFFORD GALEA

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018