Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050
11 Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet 'Il-patrimonju kulturali ma għandux jispiċċa f 'idejn nies mhux professjonisti' WARA li l-ġimgħa li għaddiet l-ILLUM irrappurtat kif il- konservaturi professjonisti ilhom 15-il sena jistennew li jingħataw il-warrant, din il-ġimgħa tkellimna mar- restawratriċi Valentina Lupo, dwar x'differenza se tagħmel il-warrant, ġaladarba persuna, li tkun trid tikkummissjona restawr, għandha kull libertà biex tagħżel li tagħmel dan għand ir-restawraturi professjonali. Valentina Lupo wieġbet kif l-ewwel u qabel kollox, permezz tal-warrant, il- professjoni tagħhom tkun regolarizzata u mħarsa filwaqt li huma jkollhom responsabbilità legali akbar lejn il-konservazzjoni tal- patrimonju kulturali. Kompliet tispjega li bis-saħħa ta' hekk ikun hemm bord li jassigura li l-affarijiet ta' preġju u patrimonju importanti ma jmorrux f 'idejn nies mhux professjonisti. L-Assoċjazzjoni Maltija tal-Konservaturi-Restawraturi Professjonisti qed tipproponi wkoll li apparti hi, fuq dan il-bord ikun hemm rappreżentanza tal-Istat u anke l-Knisja. Wieġbet kumment li għadda wieħed mill-artisti lokali meta saħaq li biex tirrestawra trid tkun artist. Iżda Lupo hi tal- fehma li meta qed isir restawr, min qed jirrestawra, irid jinsa li hu artist u jirrispetta lill- artisti orġinali. Fi kliemha, artist dejjem jagħti l-laqta tiegħu, iżda saħqet li waqt xogħol ta' restawr dan ma għandu qatt isir. Insistiet li kollox għandu jimxi skont l-etika. Dan jinkludi wkoll ħidma li ssir ma' xjentisti u anke storiċi tal-arti li titfa' aktar dawl fuq il- metodi li għandhom jintużaw u d-deċiżjonijiet li għandhom jittieħdu. Spjegat li jekk quddiemha għandha pittura ta' artist, bħalma hu Giuseppe Cali, ma tistax tiddeċiedi li timla' l-vojt jew tbiddel kulur għax hi taħseb li l-pittura tidher isbaħ. L-irtokk għandu jsir kemm jista' jkun b'mod oġġettiv biex ix-xogħol jibqa' dejjem leali lejn l-artist. Apparti minn hekk, l-irtokk isir b'teknika partikolari biex meta wieħed iħares lejn il- pittura mill-viċin, ikun jista' jagħmel distinzjoni bejn dak li hu oriġinali u dak li hu antik. Insistiet li r-restawraturi professjonali ma jridux iwaqqfu x-xogħol ta' dawn l-artisti imma li anke huma jirregolaw ruħhom u jfittxu aktar taħriġ. X'differenza hemm bejn restawr u konservazzjoni? Għal Valentina Lupo, il- kelma konservazzjoni hija sagra. Fi kliemha, mhux biżżejjed li wieħed inaddaf statwa jew pittura, iżda jrid l-ewwel u qabel kollox jifhem xi jkun qed jikkawża l-ħsara u qabel ir-restawr, isir it- trattament kollu meħtieġ. Spjegat il-proċess li jintuża meta tinstab il-moffa fuq pittura. "Mhux biżżejjed tnaddafha, għax din se terġa' tikber. Dan bħal meta għandek ħajt id-dar bil-moffa," spjegat Lupo. Għaldaqstant wieħed irid jistaqsi minn fejn ġejja l-moffa, jekk kienx hemm materjali li ntużaw f 'restawr ieħor u li qed jagħmlu l-ħsara u jekk il-ħsara hux ikkawżata mill- ambjent. "Fi proġett partikolari għamilna 3 snin nistudjaw l-ambjent biss ta' niċċa." Propju għalhekk li r-restawraturi professjonisti jagħmlu enfasi kbira fuq il-konsolidament. Dan ifisser li flok jitneħħa l-antik biex isir il-ġdid, isir il-konsolidament ta' dak li hemm biex il-patrimonju ma jintilifx. Spjegat li dan huwa l-proċess li jintuża meta jkun qed jinqala' saff ta' kulur jew induratura minn fuq is- sapport tal-injam ta' statwa. Hawnhekk, ir-restawratriċi insistiet li jista' jintilef patrimonju antik u ssir ħsara irriversibbli jekk restawr ma jsirx b'mod professjonali. Fil-fatt anke l-materjal li jintuża jkun wieħed speċjalizzati u jinxtara apposta minn barra minn Malta mingħand produtturi ta' materjali speċjalizzati fil- konservazzjoni. Tat l-eżempju tal-verniċ komuni li jista' jinxtara faċilment minn Malta u li fis-sajf isir iweħħel tant li miegħu malajr jaqbad it-trab. Għall-kuntrarju, verniċ apposta għall-konservazzjoni jiprevjeni milli jeħel it-trab miegħu u hekk jipproteġi aktar fit-tul statwa jew pittura mill-elementi. Fuq kollox tkellmet dwar l-edukazzjoni li llum saret parti essenzjali meta jkun qed isir xogħol ta' restawr u konservazzjoni. Spjegat li mhux biżżejjed tirrestawra vara, imma trid teduka lill-voluntiera kif għandhom jibżgħu għaliha meta jkunu qed jarmawha jew joħorġuha min-niċċa. "Għandha patrimonju kbir imma ftit nies ikkwalifikati," saħqet Lupo u kien għalhekk li temmet tisħaq li hemm bżonn tikber aktar il-kuxjenza fost it-tfal u ż-żgħażagħ. Il- Patrimonju tagħna jirrifletti l-identità tagħna bħala Malta fid-dinja. Valentina Lupo titkellem mal-ILLUM dwar l-importanza li restawraturi professjonisti jingħataw il-warrant ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio