Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 24 of 31

Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 | illum Sports 25 SPORTSillum 60 kandidat jiksbu ċertifikat fl-amministrazzjoni tal-futbol mill-MFA LEWWEL kors dwar l-amministrazzjoni fil-futbol (Certificate in Football Administration), organizzat mill-Malta Football Association, intemm riċentement. Total ta'60 kandidat temmew b'suċċess dan il-kors ta' ħames xhur li kopra numru ta' temi ewlenin relatati mal- amministrazzjoni tal-futbol, u li wassal għall-preżentazzjoni taċ-ċertifikati li saret fil-jiem li għaddew fil-Corinthia Palace Hotel, San Anton. Minn dawn is-60 parteċipant, 28 ħadu sehem ukoll f 'kors kumplimentari li kien jittratta l-amministrazzjoni tan- nurseries. Norman Darmanin Demajo, il-President tal-Malta Football Association, feraħ lill-parteċipanti għall-isforzi tagħhom u l-interess kbir li wrew matul il-korsijiet. "Id-dedikazzjoni li wrejtu matul dawn il-korsijiet hija tabilħaqq ta' min ifaħħarha," qal Darmanin Demajo. "Huwa tajjeb li intom issa ksibtu dan iċ-ċertifikat imma l-aktar parti importanti issa hija li tibdew timplimentaw dak li tgħallimtu matul dawn il-korsijiet." Filwaqt li enfasizza l-importanza tar-rwol tal- amministratur fil-logħba tal-football, Darmanin Demajo qal li l-MFA qed tikkunsidra inċentivi mmirati biex jinkoraġġixxu lill-clubsjimpjegaw amministraturi rikonoxxuti mill-MFA. "Jekk hemm xi ħaġa li tixtiequ tiddiskutu, ħossukom liberi li tiġu u titkellmu magħna," qal Darmanin Demajo. "Il-bibien tagħna huma dejjem miftuħa." Dr Matthew Paris, il- Viċi-President tal-MFA u l-Amministratur tal-Kors, esprima l-gratitudni tiegħu lill-parteċipanti għall-appoġġ u l-koperazzjoni tagħhom. "Dan ma kienx kors iżolat," qal Dr Paris. "Hija l-intenzjoni tagħna li norganizzaw dawn it-tip ta' korsijiet fuq bażi regolari għaliex dan huwa essenzjali għall-futbol Malti." Il-modules li saru matul is- CFA Course inkludew l-istatut u r-regolamenti tal-MFA, il-proċeduri tar-reġistrazzjoni tal-plejers, il-liċenzjar tal- klabbs u l-kwistjonijiet tat-taxxi, il-finanzi, il- matchday operations, il-kompetizzjonijiet, il- komunikazzjoni u l-media, il-marketing, football information systems, l-integrità u r-relazzjoni bejn id-dressing room u l-boardroom. Waħda mis-sessjonijiet tmexxiet minn Thierry Favre, il-Kap tas-sezzjoni tal- Iżvilupp tal-Assoċjazzjonijiet Nazzjonalifi ħdan il-UEFA, li ta ħarsa lejn ix-xogħol tal- UEFA f 'dan il-qasam. Waqt li tkellem f 'isem il- parteċipanti, Jurgen D'Amato qal li l-ħtieġa għall-kors tal- amministraturi tal-futbol ilha tinħass. Filwaqt li rringrazzja lill- MFA li tat lilu u lill-kollegi tiegħu ċ-ċans li jagħmlu dan il-kors, D'Amato ħeġġeġ lill- amministraturi kollha biex ipoġġu l-għarfien miksub tagħhom fil-prattika u biex ikollhom il-kuraġġ li jieħdu deċiżjonijiet diffiċli biex jissalvagwardjaw il-futur tal- clubs tagħhom. Il-persuni kollha li temmew b'suċċess l-ewwel kors dwar l-amministrazzjoni l-futbol Ritratt: Domenic Aquilina / MFA Malta tumilja lil Andorra b'rebħa rekord Malta ................... 89 Andorra ................ 3 minn Cristian Antony Muscat ITTIM Nazzjonali Malti tar-Rugby temm l-impenji tiegħu fil-Grupp ta' kwalifikazzjoni għall- Kampjonat Ewropew tar-Rugby Europe 2018 fil-Grupp Conference South 1 b'rebħa inkredibli ta' 89-3 kontra Andorra. B'hekk il-Maltin temmew il-grupp fl-ewwel post tal- grupp b'erba' rebħiet minn daqstant logħbiet. Permezz ta' din ir-rebħa, it-tim Nazzjonali Malti kkwalifika għall-playoff importanti kontra r-rebbieħ tal-grupp Conference North 1 u kiseb ċans ta' promozzjoni għall-Europe Trophy 2018. Din ir-rebħa impressjonanti ta' kienet ukoll l-ikbar waħda li qatt irreġistra it-tim nazzjonali tar-rugby fl-istorja. Malta kellha bidu mill-aqwa bi tries ta' Benjamin Borg u Daniel Apsee u conversion ta' James O Brien. Daniel Holiday għamel try oħra u b'O'Brien jerġa' jikseb concersion. Andorra wieġbu permezz ta' penalty mogħti minn Carrington. Fil-ftuħ tat-tieni taqsima, il-Maltin komplew fejn ħallew fl-ewwel taqsima, u kisbu try permezz ta' Clayton Cassar u conversion oħra tas-solitu O'Brien. Ftit wara, Christopher Dudman kellu ġirja tajba konkluża b'pass lejn James O'Brien li għamel it-try iżda wara falla l-conversion u l-iskor sar 31-3. Malta kisbet try oħra minn James Kirk u wara l-aqwa plejer tal-partita O'Brien ikkonverta bis-sieq il-ballun minn bejn il-lasti. Minuti wara, lid-debuttant Brandon Dalton temm ġirja tajba bi try oħra li kienet segwita minn try oħra ta' James Kirk u conversion ta' O'Brien għal skor ta' 50-3 favur il-Maltin. Brandon Dalton irreġistra żewġ tries oħra biex għamilhom tliet tries personali u O'Brien kiseb conversion oħra. Malta temmet il-partita bi tries oħra permezz ta' Luke Watts, Matthew Spiteri, Rob Holloway, u Chris Dudman. Ritratt: Christine Borg

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018