Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050
10 illum | Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 "JEKK pajjiżna ma jilħaqx il-miri tiegħu tar-riċiklaġġ u nuqqas ta' skart se nkunu qed nitilfu opportunità ekonomika u ambjentali. Hemm bżonn ta' aktar inizjattivi, infurzar akbar u parteċipazzjoni sħiħa taċ-ċittadini". Qalet dan il-Membru Parlamentari Ewropew Miriam Dalli waqt żjara li għamlet fil-faċilità ta' WEEE Malta u GreenMT fl-Imqabba. WEEE Malta hija kumpanija responsabbli minn immaniġjar ta' skart elettriku jew elettroniku li jaħdem b'batteriji jew elettriku filwaqt li Green MT hija responsabbli mill-immaniġjar ta' skart tal- ippakiġjar. Dalli saħqet li rridu nibdew nħarsu lejn l-iskart bħala riżors li jista' jikkontribwixxi għall-ekonomija ta' pajjiżna billi anke jħaddem diversi Maltin u Għawdxin fis-settur. Miriam Dalli qalet li l-immaniġjar tal-iskart mhux settur li rridu nindirizzaw waħdu f ' vakum imma huwa qasam li jrid jkunu indirizzat mill-aspett ekonomiku, impjiegi industrija u ambjent bħala katina waħda. Fuq kollox, tenniet Dalli d-dmir ta' kull wieħed u waħda minnha hu li jiddisponi u jirriċikla mill- iskart, inkluż dak elettriku u elettroniku b'mod legali u responsabbli. Dalli spjegat li l-ekonomija ċirkulari tista' twassal għal tkabbir f 'niċeċ ġodda iżda biex dan isir hemm bżonn investiment dirett fir-riċerka u l-innovazzjoni. Dalli rrikonoxxiet l-importanza ta' djalogu mal- istakeholders fis-settur sabiex il-leġislazjoni li tgħaddi minn Brussel tkun fl-aħħar mill- aħħar tirrifletti l-bżonnijiet tal-industrija, tal-pajjiż u taċ- ċittadini. Essenzjali wkoll li l-liġijiet ikunu emendati b'mod li jindirizzaw in-nuqqasijiet f 'pajjiżna u infurzati biex jitwaqqfu prattiċi irresponsabbli u li jmorru kontra l-ispirtu tal-liġi. Dalli appellat għal aktar edukazzjoni u kuxjenza dwar is-suġġett u ħeġġet lill-familji biex jagħmlu l-parti żgħira tagħhom u jirriċiklaw l-iskart fid-djar tagħhom. Għal din iż-żjara kien hemm preżenti ċ-Chairman ta' WEEE Malta Marcel Mizzi, is-CEO ta' WEE Malta u Green MT Joe Attard, ic- COO ta' WEEE Malta Sergio Mallia, is-COO ta' Green MT Marcella Agius u l-impjegati ta' dawn il-kumpaniji. Aħbarijiet ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Mingħand Kajfa għal għand Pilatu dwar il-ħaddiema tal-Aġenzija Sapport Minkejja li l-ftehim kollettiv għall-ħaddiema tal-Aġenzija Sapport skada fl -2016, la l-Gvern u lanqas l-Aġenzija ma wieġbu mistoqsijiet tal-ILLUM u tefgħu l-ballun f 'saqajn id-DOI Sejħa għal Espressjoni ta' Interess Il-Parlament ta' Malta qed jitlob proposti għal xoghol ta' Konsulenza sabiex tkun assigurata Konformità tal-Provvista tal-Ilma mal-Istandards Lokali ta' Saħħa. Il-Parlament ta' Malta jilqa' Espressjonijiet ta' Interess mingħand kumpaniji stabbiliti li joffru konsultazzjoni u li għandhom l-esperjenza neċessarja u r-riżorsi biex jidħlu għal dan il-kompitu. Fl-ewwel stadju, il-kumpaniji interessati għandhom jikkomunikaw mal-Parlament ta' Malta permezz tal-indirizz elettroniku hawn taħt indikat, sa mhux aktar tard minn nofsinhar (CET) tas-27 ta' Marzu 2018, sabiex jikkonfermaw l-interess tagħhom li jidħlu għal dan ix-xogħol. Kull korrispondenza għandha tkun indirizzata kif indikat hawn taħt: Kap tat-Taqsima Finanzi u Amministrazzjoni Kamra tad-Deputati Parlament ta' Malta Pjazza Ħelsien Il-Belt Valletta VLT 1111 Email: dcs.parlament@parlament.mt Tel: (+356) 25596352 Iktar informazzjoni rigward din is-Sejħa għal Espressjoni ta' Interess tista' titniżżel mis-sit www.parlament.mt SUBBASTA numru 9/2017 B'digriet mogħti mill-Qorti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni superjuri, sezzjoni Ġenerali, fi s-6 ta' Marzu, 2018 fl -atti tas-subbasta numru 9/2017 fl -ismijiet "APs Bank Limited vs Joseph spiteri et" iffi ssat il-jum tat-Tnejn, is-16 ta' April, 2018, fl -10.00 a.m., għall-Bejgħ bl-Irkant li għandu jsir fl -edifi ċju tal-Qorti ta' Għawdex, Misraħ il-Kati- dral, IrRabat, Għawdex, tal-fondi hawn taħt deskrit- ti: 1. Maisonette numru 6, Olive Gardens, Triq sruġ, IxXagħra, Għawdex; valur ta' €208,000. 2. Apparta- menti numru 18, 22 u 23 formanti parti minn blokk ta' appartamenti bl-isem Olive Gardens, Triq sruġ, IxXagħra, Għawdex, liema blokk ta' appartamenti jikkonfi na mill-Punent mal-imsemmija Triq sruġ, mit-Tramuntana ma' beni tas-suċċessuri fi t-titlu ta' Bailiff Properties Limited, mil-Lvant ma' beni tal- Gvern ta' Malta u min-Nofsinhar ma' passaġġ jew irjieħ verjuri; valur ta' €55,000 (appartament numru 18), u €238,000 (appartament numru 22 u 23). L-imsemmija proprjetà tappartieni lil Joseph spiteri, direttur, bin Francis u l-mejta Carmen née Zammit, imwieled Tal-Pietà, Malta, karta tal-identità numru 303259M u lil martu Maria Genesia sive Marnese spiteri, bint Joseph Camilleri u Antonia née But- tigieg, imwielda x-Xagħra, Għawdex, karta tal- identità numru 45860G, it-tnejn residenti ix-Xagħra, Għawdex, u dan kif dikjarat fl -atti tas-subbasta fuq imsemmija u se tinbiegħ bħalma ġiet deskritta u stmata mill-AIC David Cilia fi r-relazzjoni tiegħu maħlufa fi t-18 ta' settembru, 2017. Reġistru tal-Qra- ti tal-Maġistrati (Għawdex), Ġurisdizzjoni superjuri, sezzjoni Ġenerali Illum is-6 ta' Marzu, 2018 DAN- IEL sACCO Għar-Reġistratur, Qrati u Tribunali (Għawdex)