Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 22 of 31

23 Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 | illum Saħħa Il-gazzetta ILLUM titkellem ma' wieħed mill-kirurgi ewlenin fid-dentistrija dwar it-trapjanti tas-snien GĦALKEMM hija waħda mill- biżgħat ta' kulħadd, xi darba jew oħra xi sinna jew darsa se titlaq żgur. Biża' akbar jekk din tkun xi sinna minn ta' quddiem. Ħa ssib min jgħidlek biex ma tinkwieta xejn għax illum hawn x'tagħmel. Faċli tmur għand dentist u jagħmillek trapjant. Iżda jekk trid dehra kemm jista' naturali, il-proċess ma jieqafx sas-sinna. Dwar dan l-ILLUM tkellmet ma' Dr Jean Paul Demajo, kirurgu speċjalizzat fid- dentistrija u t-trapjant tas-snien. Demajo spjega li hemm diversi fatturi li għandhom jittieħdu inkonsiderazzjoni biex trapjant ikun suċċess u jkun diffiċli li ssir distinzjoni bejn sinna ta' vera u s-sinna falza. L-ewwel u qabel kollox hemm il-pazjent, l-aspettativi tiegħu, il-baġit li għandu u anke saħħtu. Iżda dan mhux biżżejjed. Spjega li hemm bżonn li jittieħdu inkonsiderazzjoni fatturi oħra, li jinkludu l-forma u d-daqs tas-sinna, il-ħanek u anke l-għadma. Għal min iħobb jieħu r-ritratti, id-daħka, jew inkella dik magħrufa bħala l-ismile-line, hija importanti wkoll. Għalhekk mhux la kemm tgħid "se nagħmel trapjant." Dr Jean Paul Demajo saħaq kif għalkemm uħud minn dawn il-kunsiderazzjonijiet huma ovvji, oħrajn mhumiex. Iżda dan ma jfissirx li mhux importanti. Fost oħrajn, semma l-ismile-line. "Jekk daħka ta' persuna tikxef ħafna mis-sinna jew il-ħanek, se jidhru aktar dettalji u allura jekk it-trampjant ma jsirx kif għandu jsir, id-difetti se jkunu viżibbli. Iżda anke jekk id-difetti se jibqgħu mgħottija, difetti fit- trapjant jistgħu jaffettwaw fatturi oħra, fosthom anke l-indafa." Kompla jispjega kif ir-riżultat estetiku ta' trapjant jiddependi ħafna kemm fuq is-sinna, l-għadma u anke l-parti tal- ħanek li jmiss direttament mas-sinna. Jiddependi wkoll mill-materjal li jintuża u anke mill-kirurgu li se jkun se jagħmel it-trapjant. Dr Demajo spjega ma' din il- gazzetta kif l-għadma hija waħda mill-fatturi l-aktar importanti għax ħafna drabi "t-trapjant jiddependi fuq il-kwantità u l-kwalità tagħha." "L-aqwa għadma hija tagħna stess u jekk ma jkunx hemm biżżejjed, nieħdu minn partijiet oħra fil-ħalq," spjega l-kirurgu. "Jistgħu jinxtraw sostituti imma mhux se jkunu tal-istess kwalità." Demajo kompla jispjega li hemm ukoll tipi differenti ta' ħanek. Aktar mal-ħanek ikun oħxon aktar jagħmilha faċli biex isir it-trampjant. Hawnhekk, min qed jagħmel it-trapjant għandu jagħti attenzjoni partikolari lill- kulur madwar is-sinna u anke 'l-arkitettura tagħha' bil-għan li kemm jista' jkun, il-ħanek u s-snien jidhru kemm jista' jkun naturali. Bħal fil-każ tal-għadam, fejn il- ħanek ikun irqiq jew nieqes ikun hemm bżonn li jiżdied minn bnadi oħra. Anke f 'dan il-każ, ħanek artifiċjali li jista' jinxtara mhux se jkun ta' kwalitá daqs dak naturali. Kien hawn li Dr Demajo saħaq li għalkemm il-proċess huwa wieħed faċli, għal min għandu aspetattivi akbar u jrid ikun ċert li t-trapjant ma jkunx jagħti fil-għajn, ħafna drabi l-proċess huwa ftit itwal u jkun hemm bżonn li jissaħħu jew jiżdiedu l-għadma jew il-ħanek. Kif jgħid il-Malti min jistenna jithenna! F'idejn il-pazjent biex jagħżel jagħmilx sempliċiment sinna falza u 'jgħatti d-dnub' jew inkella jagħżel proċess ftit itwal li jagħtih dehra naturali daqslikieku qatt ma kien xejn. Tlift xi sinna? F'idejk biex tagħżel x'tip ta' trapjant trid ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio Qabel Wara

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018