Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 Intervista 12 B ħal dan iż- żmien sena inkunu -eqqel ta' kampanja elettorali għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew u tal- Kunsilli Lokali. Għal ħafna dan se jkun l-ewwel test politiku tal- Kap tal-Oppożizzjoni Adrian Delia, iżda jidher li l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista hija aktar t-tul. Mal-gazzetta ILLUM, l-Avukat u l-ġurnalista Frank Psaila, li se jkun qed joffri l-kandidatura tiegħu għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew, qal li Adrian Delia ma għandux ikun iġġudikat fuq l-elezzjonijiet tal-2019. Insista li ħadd mhu qed jaqta' qalbu iżda saħaq li Delia daħal biex imexxi l-Partit Nazzjonalista biex jieħdu għall-elezzjoni ġenerali tal-2022. "Il-ġlieda hija diffiċli ħafna. Fadal sena. L-elezzjoni ġenerali għadha friska imma l-ħidma qed issir... il-Partit Nazzjonalista ħaqqu bil-ħidma li qed iwettaq u bil-kuntatt li qed iżomm man-nies li jġib riżultat pożittiv," saħaq Psaila waqt li faħħar il-mod kif fi kliemu, Delia qed jinżel għal- livell tan-nies. Imma jekk id-distakk jibqa' l-istess jew jikber, x'għandu jagħmel Delia? "Nistennew u naraw. Fiduċjuż li jekk il- ħidma tibqa' għaddejja kif inhi ma għandux għalfejn jibqa' l-istess. Jiena nixtiequ jirbaħ imma rridu nkunu realistiċi. It-triq għadha għat-telgħa u l-programm ta' Delia huwa għal ħames snin." Sondaġġi..."għandi dubji kbar" Minkejja li l-ġurnalista għamel referenza għall-fatt li Delia qed jirbaħ is-simpatija ta' Nazzjonalisti li ma kinux qed jappoġġjawh u li qed jitkellem fuq kwistjonijet li jolqtu lin-nies direttament, l-aħħar sondaġġ tal-MaltaToday wera li d-distakk bejn il- Partit Laburista u l-Partit Nazzjonalista, fost dawk li huma deċiżi, tela' għal 90,000 vot. X'jaħseb dwar dan Frank Psaila? Għandu d-dubji tiegħu. Saħaq li żewġ sondaġġi differenti, fi żmien ġimgħa, kienu jvarjaw b'20,000 vot. Sondaġġ wera distakk ta' madwar 50,000 vot u dak tal-MaltaToday wera distakk ta' 90,000 vot. "Jiena għandi dubji kbar... ftit diffiċli li partit politiku jitlef madwar 20,000 vot f 'ġimgħa." Minkejja dan Psaila ammetta li d-distakk għadu hemm u li hemm ħafna nies li għadhom imweġġgħin. Fi kliemu, jiltaqa' ma' nies li jsemmulu każijiet tas-snin 90 meta skontu, il-Partit Nazzjonalista kien fl- aqwa tiegħu. "Hemm attenzjoni partikolari għal dawn il- weġgħat tan-nies." Pilatus: "Il-PN kien qed ipoġġi jdejh fuq il-ferita" Ma stajniex ma nitkellmux ma' Frank Psaila fuq l-aħħar żviluppi li seħħew din il- ġimgħa, fosthom l-arrest tas-sid tal-Bank Pilatus Ali Sadr Hasheminejad, li dwaru l-Partit Nazzjonalista tant tkellem fl-aħħar kampanja elettorali. Saħaq li dawn l-aħħar żviluppi qed juru li "il-Partit Nazzjonalista mhux minnu kien qed ikun negattiv imma kien qed ipoġġi jdejh fuq il- ferita...Kieku kellna nkunu serji din kellha tbiddel ix-xenarju politiku tal-pajjiż," iżda saħaq b'dispjaċir li f 'Malta l-affarijiet jibqgħu sejrin kif inhuma, filwaqt li barra minn Malta tintrefa r-responsabbilità. Fid-dawl ta' dan u anke bħala wiċċ ġdid fil-politika, lil Psaila tkellimna miegħu dwar allegazzjonijet li jkunu involuti fihom nies fil-politika. Staqsejnieh x'għandu jagħmel politiku jekk fuqu ssir l-iċken allegazzjoni. Kien ċar. "L-aħjar mod kif tnaddaf ismek huwa li twarrab għal ftit, tiġġieled il-kawża u jekk jirriżulta li l-allegazzjonijiet kienu foloz terġa' tidħol lura u tingħata raġun." "Mhux dejjem faċli li jsir hekk. Imma meta l-allegazzjonijiet ikunu serji, bħal fil-każ tal-Ministru Konrad Mizzi, taċ-Chief of Staff Keith Schembri u anke tal-Kummissarju tal-Pulizija, li kellu jieħu azzjoni fuq rapport tal-FIAU, il-pożizzjoni ma tibqax tenibbli," saħaq Psaila. "Sfortunatament f 'dan il-pajjiż ħadd ma jerfa' r-responsabbilità politika." "Delia ma kienx fil-politika fi żmien l-allegazzjonijiet" Allura f 'dan id-dawl, Adrian Delia ma kellux iwarrab meta Daphne Caruana Galizia allegat li mal-14-il sena ilu kien fetaħ kont bankarju f 'Jersey fir-Renju Unit u li kien irċieva fih somom kbar ta' flus minn prostituzzjoni f 'Soho? Għal Frank Psaila il-kwistjoni ta' Adrian Delia hija differenti. "Hemm distinzjoni ċara. Meta ntqalu dawn l-affarijiet kollha, Adrian Delia kien jaħdem bħala Avukat. Ma kienx fil- politika. Ma kienx Membru Parlamentari. Ma kien xejn. Konrad Mizzi fetaħ il-kont fil- Panama ftit ġranet wara li sar Ministru." Kien għalhekk li saħaq li r-responsabbilità politika, li kien għadu kemm tkellem dwarha, għandha tintrefa meta wieħed ikun fil-politika u meta tkun ħadd deċiżjonijiet li jagħmlu l-pożizzjoni tiegħek mhux tenibbli. "Nippreferi noqgħod fuq dak li qal Adrian Delia," saħaq Psaila, iżda meta fakkarnieh li anke l-Ministru Chris Cardona ċaħad li żar burdell fil-Ġermanja kif allegat minn Caruana Galizia, reġa' insista li l-allegazzjoni hija li żar il- burdell meta diġà kien Ministru u meta kien waqt żjara uffiċjali tal-Gvern. "Meta tkun għadek ma dħaltx fil-politiku u tkun ħadt ċertu deċiżjonijiet jien ma jidhirlix li għandek twarrab, għax jekk se nagħmlu hekk kulħadd jista' jkollu xi ħaġa jew ikun daħal f 'ċertu deċiżjoni f 'ismu jew f 'isem ħaddieħor," saħaq Psaila. "Qatt ma saret allegazzjoni waħda fuq Adrian Delia fi żmien li ilu Kap tal-Partit Nazzjonalista u Kap tal- Oppożizzjoni." Iżda minkejja dawn l-argumenti, jibqa' l-fatt li dawn l-allegazzjoniet għadhom qed jiġru wara Adrian Delia anke għax waqqa' l-libelli kollha li fetaħ kontra l-ġurnalista Daphne Caruana Galizia. Kien hawn li Frank Psaila ddefenda l-pożizzjoni tal-Kap Nazzjonalista u qal li għamel sew li waqqa' l-libelli. Skontu, il-familja Caruana Galizia ma sabet l-ebda oġġezzjoni dwar dan, għalkemm saħaq li mill-banda l-oħra kienu wrew ix-xewqa li jkomplu jinstemgħu libelli oħra li saru minn Chris Cardona, Keith Schembri u Konrad Mizzi. "Ma jidhirlix li n-nies meta jħarsu lejn Adrian Delia qed jaraw l-istess ħaġa li jaraw f 'Konrad Mizzi. F'Adrian Delia n-nies qed jaraw Kap ta' partit li jitkellem dwar kwistjonijiet li jolqtuhom fil-laħam il-ħaj," saħaq Psaila. "Meta tħares lejn Konrad Mizzi tiftakar f 'Pilatus Bank, fil-kontijiet tal-Panama u f 'mitt miljun skandlu ieħor." "Dwar it-taxxa Delia għandu reġun legali, imma..." Anke meta mistoqsi dwar it-€80,000 f 'taxxa li għandu jħallas Adrian Delia, Frank Psaila qal li bħala avukat jifhem l-ispjegazzjoni li qed jagħti Delia. Spjega li bħala avukat, Delia kien qed jikkontesta penali fuq ħlasijiet tard għall- klijenti tiegħu u l-istess għamel fil-każ tiegħu. "Anke jekk kellu raġun legali, meta tkun fil-politika l-argumenti legali mhux dejjem ikunu aċċettati." Saħaq li bħala Kap tal-Oppożizzjoni, Delia fehem dan u laħaq ftehim biex iħallas il-pendenzi. Minkejja dan, sa issa ħadd ma jaf meta Adrian Delia se jkun qed iħallas dawn it- €80,000. Iżda meta mistoqsi jekk il-kwistjoni tat-taxxi hux qed tnaqqas il-kredibilitá ta' Delia meta jitkellem fuq kwistjonijiet soċjali, Psaila saħaq li n-nies jinkwetahom il-fatt li persuni bħal Deborah Schembri qed tieħu eluf ta' ewro f 'konsulenzi minn fuq it-taxxi tan-nies. "Ma naf ħadd mill-PN li ħa dawn l-oxxenitajiet ta' konsulenzi li qed jieħdu membri ta' dan il-Gvern." Adrian Delia antiteżi ta' Simon Busuttil? Tkellimna aktar fil-fond dwar Nazzjonalisti li għadhom iħarsu lejn Delia bħala l-antiteżi ta' Simon Busuttil u għadhom ma aċċettawx li jappoġġjaw Partit Nazzjonalista mmexxi minnu. Dan juruh ukoll l-aħħar sondaġġi li saru mill- MaltaToday. Frank Psaila dan jirrikonoxxih iżda jfakkar ukoll li anke fl- aħħar elezzjoni ġenerali kien hemm partitarji Nazzjonalisti li kienu xettiċi bit-tmexxija ta' Simon Busuttil. Id-differenza, skont il- ġurnalista, hija fl-istil tat- tmexxija. Skontu, Adrian Delia għandu stil differenti ta' politika mil-mod kif kien imdorri bih il-Partit Nazzjonalista. Saħaq li Delia ma jiddejjaqx jaqbad kwistjonijiet li qed jolqtu n-nies u jitkellem dwarhom u anke jirrevedi deċiżjonijiet meta jara s-sentiment tan-nies, kif għamel fil-każ tal-pensjoni tal- Membri Parlamentari. "Ħadd mid-Deputati qatt ma qalli li mhux kuntent b'Delia" Apparti l-fiduċja li Delia għandu fost in-Nazzjonalisti, staqsejna wkoll lil Frank Psaila dwar jekk jaħsibx li Delia għandu l-fiduċja tal-Grupp Jersey u Soho: 'Nippreferi noqgħod Jiena li naf l-affarijiet minn ġewwa, naf li mhux veru li fil-PN hemm id-dissens li qed ikun irrappurtat fil-midja. " " L-allegazzjonijiet ta' kont f 'Jersey marbut ma' Delia, id-dissens fil-Partit Nazzjon- alista, it-taxxa li l-Kap tal-Oppożizzjoni għadu ma ħallasx, il-barranin u l-kirjiet. Frank Psaila intervistat mill-gazzetta ILLUM ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018