Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 31 of 31

ILMINISTRU għal Għawdex Justyne Caruana ħabbret li nbeda l-proċess ta' sejħa għall- offerti li għandu jwassal biex il-masġar ta' Ulysses Grove jinbidel f 'park għall-familja kollha. Dan il-proġett se jara li dan il-masġar, li ftit li xejn hu aċċessibbli, jiġi trasformat f 'post ta' rilassament b'enfasi speċjali fuq l-attività fiżika. F'dan il-post se tiġi installata trakka li tista' tintuża kemm għall-mixi, ġiri u anke għar-rota fuq distanza ta' kilometru. Il-Ministru Justyne Caruana qalet li dan se jkun proġett innovattiv għal Għawdex. Hi qalet li dan l-ispazju se jipprovdi lir-residenti Għawdxin valur miżjud, mhux biss għal min jipprattika attività sportiva, iżda wkoll għal min ifittex spazji miftuħa għall- mistrieħ. Il-Ministru Caruana fakkret li dan mhux proġett iżolat imma parti minn kullana ta' proġetti oħra li imbarka fuqhom il-Minsteru għal Għawdex biex jipprovdi spazji miftuħa lill-familji, ewlenin fosthom il-petting farm li bħalissa għaddej ix-xogħol fuqu fil-farm sperimentali, u r-riġenerazzjoni tal-Fanal tal- Ġordan. Il-Ministru għal Għawdex qalet li spazji bħal dawn, li huma neqsin fil-gżira Għawdxija, ikomplu jippromwovu l-aspett tal- inkluzjoni soċjali kif ukoll l-attività fiżika, u dan għaliex dan il-park se joffri spazju adegwat fejn ikunu jistgħu jsiru attivitajiet sportivi. Il-Ministru Caruana spjegat li dan il-post abbandunat se jinbidel, u qalet li fil-proċess ingħatat attenzjoni speċjali lill-ambjent naturali hekk kif ammont żgħir ta' siġar se jiġu allokati mill-ġdid fl-istess masġar filwaqt li se jiġu mħawla numru ieħor ta' siġar indiġeni f 'postijiet oħra tal-imsemmi masġar. Dan il-proġett ġie maqsum fi tliet fażijiet. L-ewwel fażi, liema sejħa għall-offerti diġà ġiet ippubblikata, se tkopri l-proċess ta' livellar u se tisaħħaħ il-bażi fejn se ssir it-trakka u materja oħra relatata. It-tieni fażi se tkopri l-bini ta' entraturi ġodda, it-tiswija ta' dawk preżenti, kif ukoll ir-restawr tal-ħitan tas- sejjieħ. It-tielet u l-aħħar fażi se tara l-installazjoni ta' tgħamir bħal bankijiet u open air gym biex dan il-park tal-familja jibda jitgawda mill-pubbliku inġenerali. Dan il-proġett hu kofinanzjat minn fondi Ewropej. illum | Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 Aħbarijiet 32 Approved and issued by HSBC Bank Malta p.l.c. 116 Archbishop Street, Valletta VLT 1444 which is regulated by the Malta Financial Services Authority. Licensed to conduct investment services business by the Malta Financial Services Authority. www.hsbc.com.mt/fusion (Ref No.100756 – 3/18) Because you're balancing the books and the holiday fund, you can access your business and personal banking in one place Stay in control of your life's work with Lifeview by HSBC Fusion. The combined service for your business and personal life. Find out more at hsbc.com.mt/fusion Together we thrive Jibda l-proċess biex il-masġar ta' Ulysses Grove fix-Xewkija jinbidel f 'park għall-familja

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018