Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 27 of 31

illum Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 Sports 28 Andreas Galea u Nicholas Bugelli jkomplu jeċċellaw l-Waterpolo minn Cristian Antony Muscat ANDREAS Galea u Nicholas Bugelli huma żewġ plejers ewlenin tal-waterpolo f 'pajjiżna u li jilagħbu mat-tim nazzjonali. Dan il-ġurnal iltaqa' ma' dawn iż-żewġ plejers fejn tawna iktar dettalji rigward l-iżvilupp tagħhom fil-waterpolo u kif jaraw ċerti andamenti ta' din il-logħba li kulma jmur qed tikber fil- popolarità f 'pajjiżna, speċjalment grazzi għall- ASA. Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il-waterpolo? ANDREAS GALEA Jien bdejt il waterpolo propjament ghax kien jilghab missieri u n-nannu li tani sapport kontinwu u kkonvinċieni biex nibda nittrenja dan l-isport. Minn dakinhar kont naf li l-waterpolo huwa l-isport għalija. NICHOLAS BUGELLI L-imħabba tiegħi għal dan l-isport bdiet meta kont qed inqalleb fuq it-televixin u rajt lill-Italja jilagħbu u minnhemm tħajjart nibda nilgħabu jien ukoll. X'tikkummenta fuq l-aħħar Kampjonat tas-Sajf mat-tim tiegħek? ANDREAS GALEA L-aħħar staġun ma' San Ġiljan kien xejn inqas minn perfett fejn kellna fiduċja fina nfusna bħala tim filwaqt li kellna wieħed milll-aqwa plaejers barranin li qatt rat Malta. NICHOLAS BUGELLI Bħala l-aħħar staġun ħassejt li kien hemm xi ħaġa nieqsa fl-iskwadra li minħabba fiha ma konniex tim u ddispjaċieni ħafna li kelli nieqaf f 'nofs il- Kampjonat minħaba li kont ksirt subgħajja. Ftit tal-ġimgħat ilu bħala tim nazzjonali tal-waterpolo, irnexxielkom tiksbu t-tieni kwalifikazzjoni storika għall-Kampjonati Ewropej. X'qed tistenna minn dawn il-Kampjonati f 'Barcelona? ANDREAS GALEA Li tikkwalifika għall- kompetizzjonijiet bħal dawn hija ħaġa kbira u jiena kburi ħafna li jien parti minn dan it-tim u ma nistax nistenna biex inkun parti minn dan il-Kampjonat Ewropew. Mhux ħa jkunu faċli dawn il-Logħob. Aħna nafu li ħa nilagħbu mal-aqwa forza fil-waterpolo imma aħna lesti li ninżlu nilagħbu kull logħba u ma naqtgħu qalbna qatt. NICHOLAS BUGELLI F'dan il-kampjonat qed nistenna plejers b'saħħithom ħafna imma bis-saħħa tagħhom, aħna l-Maltin nieħdu esperjenza kbira u b'hekk il-waterpolo Malti jkompli jikber. X'tikkummenta fuq ir- riżorsi li fihom tittrenjaw u tilagħbu f Malta? ANDREAS GALEA Mhu ħa ngħid xejn ġdid meta ngħid li fil- waterpolo m'għandniex biżżejjed riżorsi li ħaqqna, ma tistax titfa' 10 timijiet tal- waterpolo, synchro, attivitajiet marittimi ta' SportMalta u diversi skejjel tal-għawm kollha ġo pixxina waħda. Hemm bżonn li nagħtu aktar importanza lejn dan l-isport f 'Malta. NICHOLAS BUGELLI Bħala riżorsi ma tantx jien kuntent għax kull m'għandna pixxina waħda - il-Pixxina Nazzjonali u issa qegħdin jużaw il- pitch tan-Neptunes ukoll. Il-waterpolo Malti qed jikber u rridu nagħtu iktar interess fih billi għallinqas jagħmlu pixxina ta' 50 metru u tkun magħluqa għax huwa mpossibli li 11-il klabb tal-waterpolo jittrenjaw f 'pixxina waħda. X'sagrifiċċji jinvolvi li tkun plejer tal-waterpolo? ANDREAS GALEA Sagrifiċċju kbir speċjalment bħalissa li qed nieħu l-waterpolo full-time u nilgħab ġewwa s-Serbja, tkun 'il bogħod mill- familja u l-ħbieb għal dak l-ammont ta' żmien hija l-ikbar sagrifiċċju filwaqt li qiegħed tittrenja ħames sigħat kuljum li fiżikament u xi kultant mentalment ukoll ikissrek. NICHOLAS BUGELLI Biex tkun plejer tal- waterpolo trid tkun determinat ħafna. Bħala taħriġ ġieli jkollna fis-6 ta' filgħodu qabel l-iskola / xogħol, xita u mhix xorta nibqgħu nittrenjaw sakemm ma jkunx bis-sajjetti. Trid tara kif sa tlaħħaq ma' kollox bl-impenji li jkollna. U dis-sena kellna kampjonat f 'Diċembru u allura iktar ma jkollokx ħin biex tgawdi mal-familja jew issiefer x'imkien. Biex tlaħħaq ma' kollox trid tiġi minnek, li ma tgħidx li mhux sa tlaħħaq. Jiena għadni l-MCAST fejn qed nistudja fl-inġinerija fuq il-karozzi u meta jtuna assignment ma tantx ikolli ħin matul il-ġurnata, allura wara t-taħriġ nibqa' sejjer id-dar u nkomplih minflok norqod. X'tikkummenta fuq l-esperjenza tiegħek tilgħab il-waterpolo barra minn Malta? ANDREAS GALEA Hija esperjenza sabiħa ħafna li qiegħed tieħu l-isport u tagħmlu ħajtek. Tgħinni ħafna bħala plejer u nħoss li kull sena li mort is-Serbja tejbitli l-logħba li nilgħab u li tant hija għal qalbi. NICHOLAS BUGELLI Ta' 17-il sena kont mort Budapest fl-Ungreija nilgħab ma' OSC u nittrenja għal tmien xhur sħaħ. U minnhemm tejjibt il-livell tiegħi ħafna. Imma trid tara wkoll li jekk allaħares qatt tweġġa' u ma tkunx tista' tilgħab iktar, x'se tagħmel bla skola? U jiena dejjem xtaqt noqgħod Malta mal- familja u mat-tfajla. Xi jfisser għalik il-kowċ tat-tim nazzjonali Karl Izzo? ANDREAS GALEA Jien nixtieq nirringrazzja lill-kowċ Karl Izzo li tani l-opportunità. Kont ili taħtu min-Nazzjonal ta' taħt is-16-il sena u issa qiegħed miegħu fit-tim nazzjonali Malti. NICHOLAS BUGELLI Il-kowċ nazzjonali ta' Malta Karl Izzo dejjem ħares lejn il-futur għall- Maltin. Għaddi messaġġ lil dawk it tfal u / jew żgħażagħ li bħalek jixtiequ jagħmlu karriera fil-waterpolo. ANDREAS GALEA Il-messaġġ tiegħi għaż- żgħażagħ huwa biex ma jaqtaw qalbhom qatt. Din ħa tkun triq diffiċli ħafna li jien għadni kif nibda. Ħa jkun hemm ħafna mumenti li ħa taqta' qalbek imma trid tkun b'saħħtek biżżejjed biex tara li wara dawn l-esperjenzi int qed tagħmel xi ħaġa li tħobb u fl-aħħar mill-aħħar is sagrifiċċji li tagħmel jiġu ppremjati. NICHOLAS BUGELLI Bħala messaġġ tiegħi huwa: "Qatt taqta' qalbek mix-xejn u qatt mhu tard biex tibda sport. Tridu tkunu dixxiplinati f 'kull sport għax id-dixxiplina hija oġgett prezzjuż fil-ħajja ta' kull bniedem." Andreas Galea Nicholas Bugelli Ritratti - Wally Galea

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018