Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 14 of 31

15 Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet Valletta u l-Ġimgħa l-Kbira Għawdex, imma li fil-każ tal- Belt issir b'dedikazzjoni kbira, hija dik relatata mat-tiżjin ta' fjuri friski ma' kull statwa b'mod li jintużaw l-isbaħ fjuri b'kuluri differenti għal kull statwa. Karatteristika oriġinali hija dik marbuta mal-ġarr tal-istatwa ta' Kristu mejjet magħrufa bħala l-Monument li fil-każ tal-Belt tinġarr minn erba' reffiegħa mgħottija bil-faldrappa tal-bellus li tinżel minn mal-bradella tal-urna. Hija persuna oħra apposta li min-naħa ta' barra tiggwida u tagħti l-ordnijiet u d-direzzjonijiet lir-reffiegħa għal waqt l-irfigħ u l-mixi. Tradizzjoni oħra li sfortunatament tmewtet mas-snin kienet dik tal- purċissjonijiet li kienu jsiru kull nhar ta' Ġimgħa matul ir-Randan, bi tħejjija għall-Ġimgħa l-Kbira. L-Arċikonfraternità tas- Santissmu Kurċifiss kienet torganizza purċissjoni nhar ta' Ġimgħa kull darba b'waħda mit-tmien statwi differenti tal- Passjoni. Il-purċissjoni kienet iddur mat-toroq tal-Belt u l-ewwel waħda dejjem kienet tkun dik bl-istatwa ta' Ġesù fl-Ort tal-Ġetsemani. Illum il-ġurnata l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira toħroġ mill-Knisja u tinżel it- turġien li jwassluha sa Strada Sant'Ursola. Minn hemm tgħaddi minn Triq San Kristofru, Triq il-Merkanti, Triq Melita, tinżel minn Triq San Pawl u lura lejn il-Knisja min-niżla tat-taraġ ta' Triq San Ġwann. Din l-aħħar parti, wara l-għejja tad-dawra tal- purċissjoni hija l-ikbar sfida għar-reffiegħa li jkollhom iniżżlu ħafna mill-istatwi fuq l-idejn minħabba l-pendil 'l isfel li jikkawżaw t-turġien. Minkejja x-xogħol u tħejjijiet kollha li fiha, għal ħafna Beltin u mhumiex, li tmur tara l-purċissjoni tal-Ġimgħa l-Kbira tal-Belt qisek mort fuq żjara sal-Art Imqaddsa. Fl-istess Knisja ta' Ġieżu nsibu wkoll devozzjoni kbira lejn Marija Addolorata, magħrufa aħjar bħala d-Duluri, li tintwera l-iktar fil- manifestazzjoni ta' eluf kbar ta' Maltin u Għawdxin li kull sena jmorru l-Belt biex jimxu wara l-istatwa fil-purċissjoni nhar il-festa tagħha. Id-devozzjoni lejn id-Duluri f 'Malta għandha għeruq fil-fond ħafna. Il-Knisja tiċċelebra id-Dulur ta' ommna Marija darbtejn fis-sena, fil-15 ta' Settembru kif ukoll ġimgħa qabel il-jum tal-Ġimgħa li aħna l-Maltin tant tajjeb insejħu bħala l-Kbira. F'dawn il-jiem eluf ta' Maltin iterrqu wara x-xbiha tal-Addolorata bl-akbar qima fil-ġabra tat- talb kif ukoll biex jwettqu l-wegħdi tagħhom. Jingħad li din it-tifkira bdiet fis-seklu 15 f 'Cologne fil-Ġermanja bħala tpattija tal-ereżija ta' John Hus. Fil-bidu tas-seklu sbatax din id-devozzjoni qabdet fi Franza u kienet magħrufa bħala Dominae Pietate. Kien il-Papa Benedittu XIII meta nhar it- 22 ta' April 1725 ordna li din il-festa kellha tkun iċċelebrata mill-Knisja Universali. Minn hawn kompliet tinxtered aktar din il-qima lejn id-Duluri. Fi Spanja, partikolarment fi Granada bdiet tissejjaħ bħala Nuestra Senora de Las Agustas u f 'postijiet oħra kienet magħrufa wkoll bħala Nuestra Senora de Solidad biex tfakkar is-solitudni tal-Madonna. Aktar tard il- Papa Piju VII wettaq riforma fil-kalendarju liturġiku u rreġistra d-data tal-15 ta' Settembru bħala jum it-tifkira ta' Marija Addolorata fl-1814. Id-devozzjoni lejn id-Duluri wasslet ukoll biex f 'Malta bdew jitwaqqfu għadd ta' Fratellanzi madwar l-ibliet u l-irħula tagħna. L-ewwel Konfraternità tad-Duluri twaqqfet f 'Ħal-Għaxaq fl- 1684. Fil-Belt Valletta nsibu li twaqqfet fit-12 ta' April 1765 bl-isem ta' Pia Sodalità Dell'Addolorata.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018