Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN GHADA www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 56 70 23 79 61 90 39 11 Chemimart City Gate Pharmacy, City Gate, Valletta Chemimart International Pharmacy, 650, Triq il-Kbira San Gużepp, Ħamrun Lantern Pharmacy, 46, Misraħ il-Keb- bies, Santa Venera Mackie's Pharmacy, Triq L. Casolani, Ta' Paris, Birkirkara Charing Pharmacy, Triq il-Mimosa, Pietà Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke Chemimart Pharmacy, 4,5,6, Il-Piazzetta, Triq it-Torri, Sliema Iklin Pharmacy, Triq Geronimo Abos, Iklin Mġarr Pharmacy, Triq il-Kbira C/W Triq Vitale, Mġarr El Medina Chemist, Triq il-Maskli, Qawra De Paola Pharmacy, 36, Pjazza Antoine De Paule, Paola Milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kottone- ra, Birgu Hompesch Pharmacy, 207/211, Triq Hompesch, Fgura Beta Pharmacy, 50/52, Triq Santa Marija, Għaxaq Bronja Pharmacy, Sonata, Triq il- Bronja, Żurrieq Spiżerija Ħal-Mula, Triq Dun Salv Ciappara, Żebbuġ Nova Pharmacy, 142, Triq il-Kulleġġ, Rabat Castle Pharmacy, 2, Misraħ l-Indip- endenza, Victoria Għajnsielem Pharmacy, Independence Square, Għajnsielem Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 16˚Ċ L-INQAS: 11˚Ċ TEMP: Pjuttost imsaħħab bil-ħalbiet iżolati tax-xita, li jistgħu jkunu lokalment bir-ragħad u l-buffuri tar-riħ kultant, li jsir ftit imsaħħab f'xi waqtiet VIŻIBILITÀ: Tajba minbarra fil-ħalbiet tax- xita RIĦ: Punent għal-Lbiċ forza 5 lokalment forza 5 għal 6, idur mill-Punent Majjistru sa filgħodu u jsir forza 4 għal 5 mal-lejl BAĦAR: Qawwi li jsir moderat għal qawwi L-OGĦLA: 15˚Ċ L-INQAS: 10˚Ċ TEMP: Il-biċċa l-kbira msaħħab u bil- ħalbiet tax-xita, li jistgħu jkunu lokalment bir-ragħad u l-buffuri tar-riħ kultant, li jsir ftit imsaħħab għal xi ħin ViŻIBILITÀ: Tajba, lokalment moderata RIĦ: Xlokk forza 5, li jsir mill-Punent il-Lbiċ forza 6 jew 7 sa filgħodu, u jsir forza 5 lokalment forza 5 għal 6 mal-ljel BAĦAR Qawwi li jsir lokalment qawwi ħafna għal xi ħin GĦALLAJRUPORT Internazzjonali ta' Malta, is-sajf beda uffiċjalment dalgħodu bil-wasla tal- ewwel titjira minn Bilbao. Bl-inawgurazzjoni ta' din il-konnessjoni ġdida, l-ajruport nieda wkoll l-iskeda tas-sajf tiegħu li toffri aktar minn 100 destinazzjoni u 16-il rotta ġdida għall-istaġun. It-titjiriet lejn Bilbao li qed jiġu operati mil-linja tal-ajru Spanjola Volotea, ser ikunu qed jitilqu mill-Ajruport Internazzjonali ta' Malta kull nhar ta' Sibt, bil-linja tal-ajru żżid il-frekwenza tas-servizz għal żewġ titjiriet fil-ġimgħa f 'Mejju. Iż-żieda ta' Bilbao fl-iskeda tellgħet ir-rotot Spanjoli tal-ajruport għal sebgħa u ser tagħti l-opportunità lill-passiġġieri li jiskopru n-naħa ta' fuq tal-Peniżola Iberika. Bilbao hija mdawra minn żewġ ktajjen ta' muntanji żgħar – Artxandra u Pagasarri, u dan jagħmilha destinazzjoni eċċellenti għal dawk li jsiefru għal skopijiet ta' avventura. Mill-quċċata ta' Mount Artxandra, li tista' tintlaħaq minn funikular li jwasslek sa fuq nett, wieħed jista' jgawdi veduti mill-isbaħ tal-muntanji tal-madwar u x-xmara li tgħaddi mill-belt. Bilbao hija magħrufa wkoll għall-arkitettura spettakolari, bil-mużew Guggenheim ikun wieħed millaktar binjiet ikoniċi tal-belt. Quddiem dan il-mużew, wieħed isib żewġ installazzjonijiet artistiċi li tassew jiġbdu l-għajn – waħda ta' ġeru topjariju u oħra ta' brimba għolja kważi disa' metri. BBK Live huwa festival annwali li jiġi organizzat fuq medda ta' tlett ijiem f 'Lulju fuq Mount Cobeta f 'Bilbao. L-edizzjoni ta' din is-sena ser tinkludi artisti bħal Florence and the Machine, The XX u Gorillaz. L-ajruport ta' Malta jniedi skeda b'100 destinazzjoni bil-wasla tal-ewwel titjira minn Bilbao Impjieg Parzjalment iffinanzjata mill- Unjoni Ewropea taħt il- Fond Socjali Ewropew – Fond Strutturali u ta' Investiment Ewropej 2014-2020 UFFIĊĊJU TAD-DEPUTAT PRIM MINISTRU MINISTERU GĦAS-SAĦĦA Il-Ministeru għas-Saħħa tilqa' applikazzjonijiet għall-pożizzjoni ta' Amministratur tal-Proġett għall-Proġett: "ESF.02.053 - Developing Allied Health Capacity to Sustain Health Care Needs" Amministratur tal-Proġett Kuntratt • Kuntratt ta tlett snin – 40 siegha fil-gimgha. Rekwiżiti tal-eliġibbiltà • Ikun kapaċi jikkomunikaw bil-Lingwa Ingliża; • Fil-pussess ta' kwalifika rikonoxxuta Master's f'Livell 7 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 60 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2008) jew fl-Amministazzjoni Pubblika jew fil-Management jew fil-Health Science jew fis-Social Science jew EU/ International Affairs jew kwalifika professjonali kumparabbli, flimkien ma' sena (1) esperjenza ta' xogħol rilevanti; JEW • Fil-pussess ta' kwalifika Baċċellerat rikonoxxuta f'Livell 6 tal-MQF (suġġett għal minimu ta' 180 ECTS/ECVET krediti jew ekwivalenti fir-rigward ta' programmi li bdew minn Ottubru 2003) jew fl-Amministazzjoni Pubblika jew fil-Management jew fil-Health Science jew fis-Social Science jew EU/ International Affairs jew kwalifika professjonali kumparabbli, flimkien ma' tlett (3) snin esperjenza ta' xogħol rilevanti. Persuni nteressati ghandhon jisotomettu l-applikazzjoni flimkien ma Curriculum Vitae currciculum vitae dettaljat li juru l-kwalifiki u l- esperjenza sa mhux aktar tard min-nofs in-nhar (Central European Time) ta' nhar it-Tnejn 9 ta' April 2018. Applikanti li diġa' qegħdin jaħdmu fis-Servizz Pubbliku ta' Malta jridu jippreżentaw is-Service and Leave Record Form (GP 47); filwaqt li dawk li japplikaw minn barra jridu jippreżentaw Ċertifikat riċenti tal-Kondotta maħruġ mill-Pulizija jew awtorita' oħra kompetenti mhux aktar minn xahar (1) qabel id-data tal-applikazzjoni, u jindikaw jekk qatt kinux impjegati tal-Gvern qabel u jagħtu d-dettalji L-applikazzjonijiet ghandhom jigu ndirizzati lil: Direttorat tar-Resourcing and Employee Relations, Ministeru għas-Saħħa, Palazzo Castellania, 15, Triq Merkanti, Valletta VLT 1171 Website: https://deputyprimeminister.gov.mt Numru tal-fax: +356 22992604 Indirizz elettroniku: recruitment.health@gov.mt Applikazzjonijiet jistgħu ukoll jiġu sottomessi permezz tal-Online Government Recruitment Portal fuq http://recruitment.gov.mt sal-ħin u d-data tal-għeluq ta' din is-sejħa għall-applikazzjonijiet, kif indikat hawn fuq. Aktar dettalji dwar din il pozizzjoni jinsabu fuq il-website http://recruitment.gov.mt u l-Gazetta tal-Gvern puplikata fit 23 rd March 2018. Ir-responsabiltà waħdanija ta' din il-pubblikazzjoni hija tal-awtur. L-Unjoni Ewropeja m'hix responsabbli għal xi użu li jista' isir mill- informazzjoni fil-pubblikazzjoni.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018