Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050
Aħbarijiet 4 illum | Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 Diskoteki ffullati: Ksur RIĊERKA u eżerċizzju li għamlet din il-gazzetta fil-ġimgħat li għaddew stabbilixxiet li numru kbir ta' diskoteki mhumiex konformi mal-liġi attwali fuq diversi binarji, fosthom fuq il-kapaċità ta' kemm jiflaħ nies post tad- divertiment. Dan kien ikkonfermat minn diversi nies li fil-fatt jiffrekwentaw iż-żona kif ukoll sid ta' stabbiliment ewlieni li mal-ILLUM sostna li "din il-liġi ftit jew xejn qed tkun imħarsa riżultat ta' nuqqas ta' infurzar." Suppost, dawn il-postijiet tad-divertiment isegwu l-istruzzjonijiet li l-Awtorità Maltija għat-Turiżmu (MTA), timponi meta toħroġ il-liċenzji sabiex ikunu jistgħu joperaw. Ma' kull liċenzja li toħroġ l-MTA tistipola b'mod ċar l-akbar numru ta' persuni li jistgħu jiddaħħlu fil-post. Skont ir-regolamenti ta' standards tad-diskoteki u bars din il-figura trid titpoġġa fuq plakka fid- dħul tal-istabbiliment. Skont eżerċizzju li għamlet l-ILLUM huma ftit il- postijiet li għandhom din il-plakka fid-dħul tal- istabbiliment. Is-sid ta' stabbiliment f 'Paceville stqarr ma' din il-gazzetta li din is- sitwazzjoni hi kaġun ta' "irresponsabbiltà minn ċertu sidien ta' stabbilimenti f 'Paceville" però insista mill-ewwel ukoll li din is- sitwazzjoni mhix ristretta biss għan-'nightlife'. Imma anke għall-postijiet oħra u avvenimenti li jattiraw il-massa tan-nies, bħal mass meetings politiċi. Hu kompla jispjega kif skontu "ħafna mis-sidien tal-istabbilimenti ma jirrispetawx dawn ir- regolamenti u jipperikolaw lill-klijenti tagħhom. Hemm ħafna sidien li jieħdu l-opportunità u jibqgħu jdaħħlu n-nies sabiex jġibu lura dak li jkunu tilfu f 'ġurnata oħra," temm jgħid b'mod skjett is-sid. lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Sid ta' stabbiliment f 'Paceville jitkellem mal-ILLUM u jgħid li ħafna mil-liġijiet mhux qed ikunu osservati... 'Min jostakola l-passaġġ għandu jingħalaqlu ISSINDKU ta' Tas-Sliema, Anthony Chircop, qal li l-imwejjed u s-siġġijiet barra minn stabbilimenti tal-ikel u x-xorb mhux qed inaqqsu biss il-parkeġġ iżda jekk mhux se jkun hemm infurzar sejru, se jibqgħu jieħdu wkoll art li hi tal-pubbliku. Mal-gazzetta ILLUM, is- Sindku Slimiż ilmenta dwar il-mod kif qed jingħataw il-permessi biex stabbilimenti tal-ikel u x-xorb joħorġu l-imwejjed u s-siġġijiet lil hinn mill-bankina. Minkejja li ħafna drabi wieħed jispiċċa jgerger u jargumenta biss dwar il- parkeġġ, Chircop saħaq li ftit tingħata attenzjoni għall-fatt li wħud mis-sidien ta' dawn l-istabbilimenti qed jieħdu wkoll art li hi tal-pubbliku. Huwa kien qed jirreferi għal dawk l-istabbilimenti li jingħataw il-permess li jestendu l-imwejjed u s-siġġijiet lilhinn mill-bankina u għalhekk ikun hemm passaġġ bejn il-ħanut u l-għamara. Chircop insista li skont il-liġi, dan il-passaġġ ma jistax ikun inqas minn 1.3 metri, bil-għan li min ikun miexi fuq il-bankina, jgħaddi bil-kumdità kollha. Imma staqsa kemm fil-verità qed jiġri hekk. Apparti li jkun hemm sidien li ma jżommux dan l-ispazju, ħafna drabi l-passaġġ ikun ostakolat bil- waiters ħerġin u deħlin bl-ikel u x-xorb. Ħafna stabbilimenti, qed jiddeċiedu wkoll li joħorġu "high-tables" u għalhekk il-klijenti joqogħdu bilwieqfa u ħafna drabi jostakolaw il- passaġġ. "Mur għaddi b'puschair, mur għaddi b'siġġu tar-roti," saħaq is-Sindku. "Immaġina anzjan għaddej jew għaddej bit-tfal u jgħaddi waiter bi tray mimli kikkri tal-kafè... hemm perikli kbar." Kien hawn li insista li għandu jkun hemm aktar infurzar u pieni aktar ħorox għal dawk is-sidien, li fi kliemu, jkunu qed jieħdu art li hi tal-pubbliku. "Min jikser ir-regolamenti għandu jingħalaqlu l-ħanut... dan qed jieħu art li hi tal- pubbliku," insista s-Sindku. Minkejja li jkun hemm spezzjonijiet minn uffiċjali tad-Dipartiment tal-Artijiet, l-istabbilimenti jkunu l-aktar bieżla fi tmiem il-ġimgħa, meta l-uffiċjali ma jkunux xogħol. Għalkemm hemm il-Pulizija, fi kliem is-Sindku, dawn ma jistgħux ikunu hemm il-ħin kollu u kullimkien. Insista li hu mhux kontra n-negozju u lanqas kontra li jkun hemm imwejjed u siġġijiet barra l-istabbilimenti, iżda għandu jkun hemm aktar kuxjenza u s-sidien għandhom ikunu aktar responsabbli. Il-ġimgħa li għaddiet, il- gazzetta ILLUM irrappurtat kif f 'sena waħda biss, matul l-2016, naqsu madwar 200 parkeġġ f 'Tas-Sliema. Uħud minn dawn il-parkeġġi ttieħdu mill-imwejjed u s-siġġijiet, bl-Ombudsman jisħaq li l-Awtorità tal-Ippjanar ma qisitx biżżejjed li dawn il- permessi kienu se jnaqqsu l-parkeġġ. Iżda mal-ILLUM, is-Sindku Slimiż tenna li l-permessi mhux qed iżidu biss il-problema tal- parkeġġ, iżda qed iħallu impatt ukoll fuq it-traffiku u anke fuq l-aċċessibilità ta' proprjetà privata tar-residenti. Semma ż-żona ta' The Strand fejn kollox beda minn sid ta' ħanut li ddeċieda minn jheddu li jestendi l-bankina u joħroġ is-siġġijiet u l-imwejjed. Dan ġie rregolat iżda l-permessi baqgħu jfaqqsu, "għax jekk tajt permess lil wieħed, ikollok tagħti permess lill-ieħor." Ġara li llum, f 'din iż-żona ttieħed il-parkeġġ kollu. Chircop kompla jispjega li għalkemm il-problema tal-imwejjed u s-siġġijiet ilha li bdiet, wara r-riforma li kienet saret, kollox ġie "one stop shop." Qabel, sid ta' stabbiliment li ried joħroġ l-imwejjed u s-siġġijiet, kien imur hu għand dawk kollha kkonċernati, inkluż il-Kunsill, id-Dipartiment tal-Artijiet u Is-Sindku ta' Tas-Sliema jisħaq mal-ILLUM li l-imwejjed u s-siġġijiet barra l-istabbilimenti mhux qed jaff ettwaw biss il-parkeġġi ycioffi@mediatoday.com.mt Yendrick Cio