Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050
Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 | illum Sports 29 Ritratt - Aidan Bonnici Yoga, tlielaq, lectures u ħafna iktar mill-Fgura United FC Nursery LARKIN Bonnici, amministratur fi ħdan in-nursery tal-Fgura, jemmen li din in-nursery qed tinqala mil-mentalita ta' sempliciment 'skola tal-futbol' u li qed tinbidel f 'organizzazzjoni li tipprovdi edukazzjoni holistika lil-membri tagħha, fejn il-futbol hu biss parti mis-servizz offrut. Għall dawn l-ahhar tlett snin, wieħed mil-riwoli ta' Larkin fin-Nursery hu dak li jieħu hsieb il-gruppi ta' tfal mwielda bejn 2013 u 2010. "L-ewwel ħaġa li għamilt kienet li saqsejt lili nnifsi mistoqsija bażika: Kieku jien missier, indaħħal lil ibni jew binti t'età żgħira f 'din in-nursery? Minn mindu intensifikajna l-ħidma, bi pjaċir ngħid li kemm il-kwantità kif ukoll il-kwalità tat-tfal żdiedet bil-bosta. Dan hu grazzi wkoll għall-kowċis bħal Terence John, Joswen u Venice li lkoll laqgħu t-talba tiegħi u ssieħbu fin-nursery tagħna, flimkien mal-kowċis l-oħrajn kollha li minn hawn nirringrazzja pubblikament ". Larkin kompla jgħid li l-koperazzjoni tal-ġenituri hi wkoll kruċjali, "Qatt ma naf mumenti fejn tlabt l-għajnuna mil-ġenituri u ma sibtx koperazzjoni". Din il- gazzetta ħadet l-opportunita u saqsiet diversi mistoqsijiet lil ftit mill-iżgħar protagonisti ta' din in-nursery. Għaliex tħobb il-futbol? Kaiden qalilna li "meta nilgħab jew nitrenja l-futbol inħossni ferħan ħafna u dejjem inkun qed nistenna l-ġranet li jmissna t-trejning jew logħba". Sven kompla billi qalilna li "l-futbol jġiegħlni nħossni bħall- plejers tal-Milan". Josef wera l-ambizzjoni kollha tiegħu hekk kif qalilna li "għax joġobni u nixtieq inkun plejer tajjeb u famuż". Xi tħobb l-iktar fin-nursery tal-Fgura? Daniel qalilna li jieħu gost meta jmorru jilgħabu kontra t-timijiet oħrajn. Luca u Josef it tnejn qalulna li jħobbu lill- kowċis u lil sħabom. Craig u Tarquin qalulna li jħobbu jiskurjaw ħafna gowls, filwaqt li Adam qalilna li jieħu gost jattendi l-water games. X'inhi l-iktar attivita, mħux marbuta mal-futbol, li ħadt gost tagħmel fin- nursery? Filwaqt li Shayden u Mason qalu: "Il-Yoga u l-apple-eating", Enzo qalilna li "ħa gost ħafna fil-party tal-Karnival għax il-coaches libsu ta' Superheros". Ellai deher jaqbel miegħu. Matthew qalilna, "Ħadt ħafna gost meta morna għat-tellieqa". Hawn Larkin spjegalna li s-sena l-oħra n-nursery kienet ipparteċipat f '1km Race organizzata mil-MDH. B'ton determinat, Luke qalilna li ħa gost jagħmel il-"homework" għax kien jinvolvi ħafna tpinġija. X'tgħallimt s'issa mil- futbol? Waqt li Ethan qalilna li għamel ħbieb ġodda, Josef qalilna li tgħallem jagħmel sagrifiċċji għal-sħabu. Aleandro qalilna li tgħallem jippassja filwaqt li Gabryl qalilna li tgħallem jiskurja. Denston qalilna li tgħallem jilgħab Fish and Sharks mal- ġenituri. Hawnhekk Larkin spjegalna kif diversi drabi l-ġenituri jiġu "mġiegħla" jinżlu fil-grawnd u jilagħbu diversi logħob ma' tfal. Ġieli għamilt xi ħaġa u ġelt lil-coach jirrabja? B'tonn innoċenti, Shayden qalilna "Meta niċċassa!" B'wiċċ ftit iktar determinat, Mason wieġeb "iva…meta niġġieled mat-tfal". B' ton konvinċenti, Kaiden u Daniel qalulna li qatt ma ġiegħlu lill-kowċ jirrabja. Luca mar oltre u qal: "Jien dejjem bravu noqgħod ħlief meta ħaddiehor jaqbad miegħi." X'inhi l-iktar ħaġa li jħobb jgħidlek il-kowċ? Hawnhekk Daniel u Jake qalulna li l-kowċ jgħidlu biex joqod iktar attent. Mason, Aiden u Joshua qalu li l-coach jħobb jgħidilhom bravi. Shayden qalilna "niekol healthy" filwaqt li b'ton ħelu, grupp sostanzjali ta' tfal irrakkontaw kif meta joqgħodu bravi, l-kowċ jħobb jgħidilhom li huma "l-Kings tal-Fgura!". Larkin sahhaq li "Dan ix-xoghol hu kollu possibli grazzi għall-ħidma kontinwa ta' sħabi membri fil-kumitat, kowċis u ġenituri fost l-oħrajn. In-nursery hi l-'baby' taghna, u bħal kull 'ġenitur'aħna kommessi li niddedikaw l-energija kollha possibli biex dan il-'baby' jikber b'saħħtu u fl-aħjar ambjent possibli". B'appell ġenwin Larkin qal li hemm bżonn li l-awtoritajiet jintensifikaw l-għajnuna tagħhom lejn l-amministraturi tan- nurseries. "In-nurseries huma l-qalb tal-futbol Malti, u bħal kull ħaġa oħra, meta tieqaf il-qalb, tieqaf il-ħajja." Uħud mill-membri ta' Fgura United FC Nursery Radja Nainggolan jingħata l-premju għall-aħjar plejer Romanista mir-Roma Club Malta għall-istaġun 2016-2017 RADJA Nainggolan ingħata l-premju għall-aħjar plejer Romanista mir-Roma Club Malta għall-istaġun 2016-2017. Il-Belġjan irringrazzja lill-president Ray Sant flimkien mad-delegazzjoni Maltija. Sant faħħar il-prestazzjonijiet eċċellenti li kellu fl-istaġun preċedenti u saħaq li bla dubju ta' xejn kien jixraqlu dan il-premju. Ir-rappreżentanza Maltija ħassitha onorata u privileġġjata tassisti għall-ħin twil is- sessjonijiet ta' taħriġ tal-benjamini tagħha, wisq aktar meta fost dawn il-plejers kien hemm il-Malti promettenti Conor Borg. Il-Kumitat ta' Roma Club Malta f 'isem il-membri msieħba kollha rringrazzja lid- diriġent tal-AS Roma Alexander Sapega li kien determinanti biex din il-ħolma tal- partitarji Romanisti Maltin issir realtà. Delegazzjoni ta' Roma Club Malta ma' Radja Nainggolan