Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050
Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 | illum Intervista 13 noqgħod fuq dak li qal Adrian Delia' Parlamentari Nazzjonalista kollu kemm hu. "Ma għandix dubju li Delia għandu l-fiduċja tal-Grupp Parlamentari...Kollha qed jippruvaw jagħmlu mill-aħjar li jistgħu fiċ-ċirkostanzi taħt it-tmexxija ta' Adrian Delia," saħaq Psaila. Iżda insistejna miegħu jekk dan ifissirx li kulħadd, inkluż Deputati bħal Karol Aquilina, huwa kuntent bit-tmexxija ta' Delia. "Ħadd minnhom qatt ma qalli li mhux kuntent taħt Adrian Delia," insista Psaila. Iżda mhux l-ewwel darba li Delia ma kellux il-Grupp Parlamentari warajh fil- Parlament. Fl-ewwel 'test' li Adrian Delia kellu fil- Parlament, sitt Deputati, fosthom Simon Busuttil, Chris Said u Karol Aquilina, astjenew mill-mozzjoni mressqa mill- Oppożizzjoni biex il-Gvern ibiddel Avviż Legali dwar il-leave speċjali lil min ikun se jagħmel trattament tal-IVF barra minn Malta. "I wouldn't read much into it," wieġeb Psaila. "Aktar ma jkun hemm vot ħieles fuq kwistjonijiet ta' kuxjenza, aktar aħjar... jiena naf li ma hemmx dan id-dissens li qed ikun irrappurtat fil-midja. U kemm kienet għaqlija d-deċiżjoni ta' Simon Busuttil li jibqa' Membru Parlamentari? "Simon Busuttil tela' b'vot b'saħħtu ħafna ma narax għafejn kellu neċċesarjament jirriżenja....huwa bniedem kompetenti, ġenwin u tajjeb u Delia sablu d-dekasteru ideali għalih," wieġeb Psaila. "Qed jagħti l-kontribut tiegħu bħala Membru Parlamentari taħt it- tmexxija ta' Adrian Delia u qed jirrispetta dik is-sitwazzjoni. Jiġifieri hemm relazzjoni tajba bejniethom? Għal din il-mistoqsija Psaila wieġeb billi għamel referenza għal ritratt ta' Adrian Delia waqt li qed jawgura lil Busuttil f 'għeluq sninu. "Il-ħbieb jagħmlu hekk," qal Psaila. Il-PN qed jaqa' fin-nassa tal- populiżmu? Lura għad-deċiżjoni tal- Partit Nazzjonalista li jbiddel il-pożizzjoni tiegħu dwar il-pensjoni tal-Membri Parlamentari, staqsejna lil Frank Psaila jekk il-PN hux qed ikun populist, l-istess kif ħafna drabi jakkuża lill-Gvern. "In- nies ġustament kienu rrabbjati. Il-Partit Nazzjonalista sema' n-nies u ma hemm xejn ħażin f 'li tisma'. Jekk hemm xi ħaġa li l-Partit Nazzjonalista tgħallem, hija li jisma' u fejn hemm bżonn, jirrevedi," wieġeb Psaila. Ġaladarba l-Partit Nazzjonalista ilu jitkellem fuq il-pensjonijiet, ma kinitx tkun għaqlija kieku d-deċiżjoni ħadha qabel? "In-nies fid- djar jinterresahom li l-Partit Nazzjonalista talab lill-Gvern biex tibda diskussjoni dwar ir- riforma fil-pensjonijiet tan-nies u l-Gvern jidher li għadu ma ħa l-ebda azzjoni dwar dan." Iżda staqsejna lil Psaila kemm hu kredibbli l-Partit Nazzjonalista li jitkellem hu dwar il-pensjonijiet meta l-Gvern jiftaħar li għolla l-pensjonijiet għall-ewwel darba f '25 sena. "Il-bażi soċjali ta' ħafna oqsma nħolqu minn Gvernijiet Nazzjonalisti," kien pront iwieġeb Psaila. Imma jibqa' l-fatt li l-pensjonijiet ma żdidux, komplejna nistaqsuh. "Jibqa' l-fatt li taħt amministrazzjonijiet Nazzjonalisti sar investiment kbir fil-livell tal-għixien tal-anzjani. Imma llum iċ- ċirkostanzi qed jinbiddlu, illum il-ħtiġijiet huma ħafna aktar kbar milli kienu qabel... in-nies qed jistennew is-soluzzjonijiet illum u l-Gvern ma jistax jibqa' jġib ruħu daqslikieku qiegħed fl-Oppożizzjoni. Il-PN u l-VGH, il-kirjiet, l-iskart u l-ħaddiema barranin Fil-bidu tal-intervista, ma' Frank Psaila tkellimna dwar it-telfa li ġarrab il-Partit Nazzjonalista u skontu waħda mir-raġunijiet kienet li l-PN iffoka fuq kwistjoni waħda biss meta n-nies xtaqu jisimgħu aktar fuq kwistonijiet li jolqtuhom ta' kuljum. Iżda l-Partit Nazzjonalista tgħallem? Qed jippreżenta ruħu bħala alternattiva għall-Gvern jew qed jikkritika biss? "Żgur mhux qed jikkritika biss," saħaq Psaila waqt li kien pront ifakkar fil-kwistjoni tal-art f 'Bulebel fejn skontu l-Partit Nazzjonalista tkellem maż- Żwieten, appella u l-Gvern kellu jmur lura mid-deċiżjoni li jibni l-fabbriki. Semmejnielu ftit kwistjonijet li dwarhom qed jitkellem il-Partit Nazzjonalista u kif jindirizzawhom il-PN jekk ikun fil-Gvern. X'inhi l-pożizzjoni tal-Partit Nazzjonalista dwar Private- Public Partnership fil-qasam tas-Saħħa? Insista li l-Partit Nazzjonalista mhux kontra l-privat fil-qasam tas-saħħa iżda huwa kontra li "b'daqqa ta' pinna," tliet sptarijiet jgħaddu f 'idejn sid privat li ħadd ma jaf min hu. Fi kliemu n-nies inkwetati dwar dan u semma esperjenzi ta' Għawdxin li skontu, marru biex jinqdew mill-Isptar ta' Għawdex u sabu skrivani li ma jafux jaqraw. Iżda meta mistoqsi jekk il-Partit Nazzjonalista ikunx kuntent b'kumpanija serja li tieħu f 'idha t-tmexxija tal-isptarijiet, Psaila qal biss li l-Partit Nazzjonalista huwa favur li s-servizz tas- saħħa għandu jibqa' b'xejn u li l-Gvern għandu jibqa' jkollu l-aħħar kelma fil-qasam tas- saħħa. X'jagħmel il-Partit Nazzjonalista dwar l-għoli tal-kera? Frank Psaila insista li l-Partit Nazzjonalista ma jridx li jindaħal lis-sid privat, iżda saħaq li ma jistax ikun li sitt min-nies jibqgħu jgħixu "f 'toqba." Saħaq li l-PN qed jgħid li għandu jkun hemm skrutinju tas-suq u dan huwa l-ewwel pass biex jieqfu l-abbużi. Iżda meta tlabnieh jgħaddi proposta aktar konkreta, wieġeb biss li fl-aħħar mill-aħħar l-Partit Nazzjonalista qiegħed fl- Oppożizzjoni u l-azzjoni jrid jeħodha l-Gvern. X'inhi l-viżjoni tal-Partit Nazzjonalista fil-qasam tal- iskart? Waqt li insista li l-PN għandu 'track-record' fil- qasam tal-Iskart, qal li l-Partit Nazzjonalista għadu qed ifassal il-politika ambjentali tiegħu u ċert li fix-xhur li ġejjin se joħroġ bil-proposti tiegħu. "Imma s-soluzzjonijiet illum tridhom mill-Gvern. X'investiment sar fil-Wasteserv? Lejlet l-elezzjoni jidħlu jaħdmu mal- 400 ħaddiem u llum hemm ħaddiema ma għandhomx x'jagħmlu." U dwar il-barranin li ġejjin jaħdmu f 'Malta? Għandu jkun hemm skrutinju. Il-Gvern għandu jagħmel pubblika l-lista sħiħa ta' dawk il-persuni li qed jixtru ċ-ċittadinanza Maltija, saħaq Psaila. "Jiena moħħi mistrieħ li l-persuna li qed tgħix ħdejja hija tal-affari tagħha u mhux fil-mira ta' persuni li jixtiequ jarawha tispiċċa ħażin?" Insista li l-affarijiet iridu jsiru bil-għaqal, jinħolqu setturi li jġibu lejn Malta ħaddiema tal-affari tagħhom, Korp tal-Pulizija li jitmexxa b'serjetà u li jonqsu l-ghettos li fi kliemu qed jinħolqu f 'ċertu lokalitajiet. Frank Psaila u l-Parlament Ewropew... x'jagħmel differenti? Fl-aħħar nett, Frank Psaila kkonferma li se jkun qed joffri l-kandidatura tiegħu għall- elezzjonijiet tal-Parlament Ewropew waqt li faħħar il-ħidma tad-Delegazzjoni Nazzjonalista fil-Parlament Ewropew. Insista li David Casa, Roberta Metsola u Francis Zammit Dimech qed jiddefendu lill-poplu waqt li jikkritikaw lill-Gvern. Insista li huma qed iwettqu ħidma kbira u huwa l-Gvern li qed jipprova jħammiġhom. Mistoqsi x'jagħmel differenti fil-Parlament Ewropew, Frank Psaila qal li jrid jimbotta 'l quddiem kwistjonijiet li dwarhom qed jitkellmu n-nies. Insista li fost oħrajn, jaħdem għal aktar Fondi Ewropej għal Għawdex biex iżid l-investiment tiegħu f 'oqsma bħall-agrikoltura u s-sajd, jaħdem għal Ewropa aktar soċjali, u anke biex Malta ma titpoġġiex fl-istess keffa ta' pajjiżi kbar meta tiddiskuti l-problema tal- immigrazzjoni.