Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 25 of 31

illum Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 Sports 26 Leo Butler jirbaħ id-Demolition tal-Karozzi Żgħar 2018 ILLUM il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 l-Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi se tkompli bit-tiġrijiet tal-Kampjonat Nazzjonali Honda Motocross 2017/2018. Dawn se jikkompetu fir-raba' kompetizzjoni minn dan l-istaġun. Il-Programm fil-korsa tal-ASMK jibda fl-10am. Intant Il-Ħadd 18 ta' Marzu 2018 l-Assoċjazzjoni organizzat is-seba' programm mill-Kampjonat Nazzjonali Autocross 2017/2018 sponsorjat mid-ditta Pasta Poiatti. Għal din il-ġurnata rreġistarw 17-il kompetitur maqsuma f 'żewġ klassijiet u kellna dawn ir-riżultati. Il-Klassi Modified mill- Finali Klassi A ntrebħet minn Vince Farrugia fuq Volkswagen Polo segwit minn Karl Micallef fuq Ford Fiesta u Andrew Pisani fuq Vauxhall Nova. Fir-raba' u l-ħames post daħlu Noel Zammit fuq Fiat Punto u Keith Borg fuq Vauxhall Nova rispettivament. Il-Klassi Modified Finali Klassi B intrebħet minn Ryan Scicluna fuq Ford Fiesta segwit minn Brandon Lee Vassallo fuq Peugoet 205. Fil-Klassi Standard għal darb'oħra rajna lil Deane Farrugia fuq Citroen AX jirbaħ din il-klassi segwit minn Jerom Peplow fuq Kia Avella u Chris Formosa fuq Ford Fiesta. Fir-raba' u l-ħames post spiċċaw Nicovich Chircop fuq Peugoet 106 u Kyle Agius fuq Renault 5. Il-program tal-ġurnata spiċċa bid-Demolition Derby tal-karozzi żgħar (dawk sa 4 metri) fejn f 'din l-edizzjoni rreġistraw 41 kompetitur iżda sal-ġurnata ta' lejlet it-tiġrija ħadu sehem 34 karozza misjuqa minn: Lucas Vassallo, Wayne Mallia, Frank Butler, Matthew Mallia, Charles Falzon, Andy Busuttil, Karl Mizzi, Fernando Cremona, Clayton Gravina, Philip Mangion, Jurgen Azzopardi, Christian Cremona, Daniel Gauci Borda, Edward Zammit, Kyran Mascari, Justin James Grima, Brian Lawrence Mascari, Larkin Butler, Jonathan Abela, Leo Butler, Jonathan Galea, Shaun Pulis, Carmelo Mallia, Matthew Attard, Andre Cassar, Marlon Caruana, Jeff Borg, Joseph Cassar, Oliver Camilleri, Brenton Gilford, Thomas Galea, Massimo Borg, Michael Delia u Joshua Peplow. Il-Kompetituri ħadu sehem fuq diversi mudeli ta karozzi fosthom Maruti, Rover, Lada, Skoda, Peugoet, Hyundai, Volvo, Fiat Polski, Seat, Volkswagen Polo, Ford Fiesta, Fiat Punto, Fiat Marbella, Opel Corsa, Kia Avella, Renualt Clio, Mitsubushi Colt u Mazda 323. Matul din it-taqtigħa li kienet l-aħħar vjaġġ ta' dawn il-karozzi qabel imorru kollha għall-ħadid scrap, dawn daru żewġ dawriet mal-korsa fejn eżatt wara, bdiet mill- ewwel id-Demolition Derby. Għal 40 minuta li damet din id-Demolition rajna dawn is-sewwieqa ta' dawn il-karozzi ta' mhux ikbar minn erba' metri (13-il pied) sa fejn kellhom ħila jwasslu. Il-vettura tibqa' taħdem minkejja l-ħbit volontarju li jsir skont regolamenti stretti waqt it-tiġrija. It- taqtigħa spiċċat bejn Fernado Cremona fuq Peugoet 205 li kien qed jipparteċipa għall- ewwel darba u Leo Butler fuq Lada Samara li għalih din l-edizzjoni kienet il-21 darba. Matul din it-taqtigħa, tal-aħħar ġie determinat ir-rebbieħ u tal-ewwel ir- Runner-Up. Hawn rajna lil Cremona li kellu l-vettura tiegħu għada taħdem ftit aħjar minn dik ta' Butler fejn dan tal-aħħar kellu l-karozza kważi tintefa' l-ħin kollu. Minkejja li Cremona kellu ċans ikbar li jipprova jwaqqaf lil Butler, dan ma seħħx minkejja li saru tentattivi min naħa taz- zewġ sewwieqa biex ikomplu din il-logħba sal-aħħar. Kollox ġie mitmum meta l-magna ta' Cremona waqfet u r-rebbieħ tad-Demolition tal-karozzi ż-żgħar 2018 ġie ddikjarat li huwa Leo Butler fuq Lada Samara. Fernado Cremona spiċċa ir-Runner- up fuq Peugeot 205. L-Assoċjazzjoni avżat li d-Demolition li jmiss hija dik tal-Vannijiet li mistennija ssir waqt attività bil-lejl nhar is-Sibt 28 ta' Lulju 2018. L-Amministrazzjoni tinforma li fil-jiem li ġejjin se joħorġu r-Regoli għal din id- Demolition tal-Vannijiet. Iktar informazzjoni wieħed jista jsibha fis-sit elettroniku tal-Assocjazzjoni www. asmk.org.mt jew fil-paġni Facebook bl-isem A.S.M.K. Malta jew Assoċjazzjoni Sport Muturi u Karozzi. Wieħed jista jagħmel kuntatt bl-email info@asmk.org.mt jew Mowbajl fuq 99425489. Leo Butler rebbieħ tal-Mini-Car Demolition 2018 u Fernado Cremona runner-up Ritratt - Mario Micallef Żewġ weightlifters Maltin jieħdu sehem fil-Kampjonati Nazzjonali Taljani KEMM Yazmin Zammit Stevens kif ukoll Elisia Scicluna qed iħejju għal kompetizzjonijiet ewlenin fil-qrib, jiġifieri l-Logħob tal-Commonwealth u l-Logħob tal-Mediterran fost tournaments u kampjonati oħra. L-atleti kienu akkumpanjati minn coach tat-tim nazzjonali u president tal-MWA, Jesmond Caruana, li kien maghzul wkoll jippreżenta medalji bħala mistieden onorarju waqt il kampjonat. Yazmin Zammit Stevens (69kilo) kienet l-ewwel li ħadet l-pjattaforma f 'dik li kienet waħda mill-aktar kompetizzjonijiet ħorox. Hija spiċċat bi snatch ta '80kilo fit-tieni tentattiv tagħha, fallit il 83kilo fuq it-tielet tagħha. Hija mbagħad kompliet il- clean & Jerk fuq l-aħħar tentattiv tagħha dak ta 98 kilo, wara li fallit bi ftit l-ewwel żewġ tentattivi tagħha. Dan ir-riżultat huwa biss ta '2kilo taħt l-aqwa prestazzjoni li qatt kien hemm f 'Novembru, wara li kienet ilha tirkupra tajjeb ħafna minn korriment. Hija wriet li hija fit-triq it- tajba fit-tħejjijiet finali tagħha għall-Logħob tal- Commonwealth fi żmien biss 6 ġimgħat. Elisia Scicluna (+75kilo) kellha wkoll prestazzjoni rispettabbli fil-ġurnata. Hija spiċċat b'refat ta '75kilo snatch u 94kilo clean & jerk li wkoll rnexxielha taghmel rekord nazzjonali fil-proċess. Hija rnexxielha wkoll tispiċċa fit-tielet post fil-grupp tagħha b'total ta '169kilo li taqbel mal-aqwa prestazzjoni li għamlet fil- Kampjonati ta' Malta biss 4 ġimgħat ilu. Dan kien l-aħħar kampjonati internazzjonali qabel il-Logħob tal- Commonwealth għal Zammit Stevens, u t-tnejn Zammit Stevens u Scicluna se jipparteċipaw f 'kompetizzjoni nazzjonali oħra fi 3 ġimgħat. Mix-Xellug għal-Lemin: Elisia Scicluna, Yazmin Zammit Stevens u Jesmond Caruana

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018