Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 4 of 31

5 Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet Ksur sfaċċat tal-liġijiet X'tgħid il-liġi? Skont il-liġi li tirregola l-postijiet tad-divertiment f 'Malta bl-isem ta' "Biex jinżamm il-bon ordni f 'lokalitajiet ta' Divertiment", il-postijiet tad-divertiment bħal, diskoteki, bars u pubs irridu b'mod ċar jistipulaw l-akbar numru ta'persuni li jistgħu jiddaħħlu fil-post. Dan in-numru għandu b'mod ċar jiġi muri fid-daħla ta' dawn it-tip ta' postijiet. Skont din il-liġi meta n-numru ta' persuni f 'dawn it-tip ta' postijiet, jeċċedi l-akbar numru stipulat fil-liċenzja, il-proprjetarju jkun ħati ta' reat u jistgħu jeħlu multa ta' €1,250 għal kull persuna li tinsab żejda ġewwa. Multa ħoxna wkoll f 'każ li jkun hemm minuri fid- diskoteki L-istess multa tapplika f 'każ li persuni ta' taħt l-età ta' 17-il sena li jinstabu ġewwa dawn il-postijiet. Skont il-liġi persuni taħt is-17-il sena jistgħu jidħlu ġewwa biss jekk il-proprjetarju japplika għall-permess biex iħallihom jidħlu. Dan il-permess joħroġ biss fuq il-kundizzjoni li nbejjed, birer u xorb alkoħoliku ma jiġux murija, servuti, mibjugħa jew ikkunsmati f ' dawn il-postijiet. Skont l-istess liġi kull proprjetarju li jonqos milli jħares dawn ir- regolamenti huwa ħati ta' reat u meta jinstab ħati għandu jeħel multa ta' €1,250 għal kull persuna taħt l-età ta' 17-il sena li tinstab ġewwa. Apparti minn hekk, il-proprjetaru jista' wkoll jeħel sospenzjoni tal- liċenzja għall-perjodu ta' sebat ijiem konsekuttivi. Il-liġi u ż-żfin... Skont l-istess liġi msemmija hawn fuq, l-ebda persuna ma tista' b'xi mod jew ieħor tostakola xi naħa mid-'dance floor.' Faċilitajiet sanitarji Fuq nota differenti u pjuttost surreali, skont ir-regolamenti dwar stabbilimenti li jipprovdu l-ikel li taħtha jaqgħu wkoll l-bars u diskoteki, fit-toilets tad-diskoteki rrid jkun hemm xkupilja f 'kull gabinett, sanitizer għall-istelirizzar tas-seat tat-toilet, sapun fuq l-ixkaffa u kif ukoll mera b'dawl adegwat. Ilbies xieraq u t-tipjip ġewwa l-clubs Skont il-liġi ħadd ma jista' jitħalla jidħol f 'post ta' divertiment jew kunċert jekk ma jkunx liebes xieraq għas-sodisfazzjoni tal- proprjetarju. Apparti minn hekk skont l-istess liġi li tħares ukoll fuq it-tipjip, dan ma jistax isir fil-wisgħa riservati għaż-żfin kif ukoll ill-proprjetarju jista' jippermetti li jsir tipjip f 'dal l-ispazju li jkun miftuħ u mhux imsaqqfin. Dawk il-persuni li jiġu misjuba ħatja li jiksru l-projbizzjoni tat-tipjip jeħlu multa ta' €233. jingħalaqlu l-ħanut' – Sindku ta' Tas-Sliema anke l-Awtorità tat-Turiżmu, biex iġib "in-no objection." Iżda, wara li seħħet ir- riforma, sid imur direttament għand l-Awtorità tal-Ippjanar, japplika normali u titweħħel notifika dwar l-iżvilupp, l-istess kif jiġri meta tkun se tinbena dar. Min ikollu xi oġġezzjoni, jikkomunikaha direttament mal-Awtorità tal-Ippjanar. "X'qed jiġri? Transport Malta tkun aljenata b'ħafna affarijiet. Id-Dipartiment tal-artijiet l-istess. Ħadd ma jibgħat l-oġġezzjoni u l-permess jinħareġ," saħaq Chircop. Mhux l-ewwel darba li l-Kunsill ta' Tas-Sliema ikkritika l-mod li bih qed jingħataw il-permessi u anke l-fatt li la l-Awtorità għall-Ambjent u r-Riżorsi u lanqas Transport Malta, ma huma qed jevalwaw dawn l-applikazzjonijiet mill-perspettiva tat-traffiku u l-effett kumulattiv ta' dawn l-applikazzjonijiet. Is-Sindku tkellem dwar dawk iż-żoni li huma kkunsidrati bħala "mixed use" fejn meta wieħed jixtri proprjetà jkun jaf li taħtu jista' jkun hemm ristorant, kafetterija, bar jew kwalunkwe negozju ieħor, iżda bil-kundizzjoni li l-bankina tkun aċċessibbli u jekk għandu garaxx, ma jkun hemm xejn jostakolah. Iżda diversi permessi għall- imwejjed u s-siġġijiet qed ifissru wġigħ ta' ras għal dawn ir-residenti. Semma garraxijiet li spiċċaw b'imwejjed u siġġijiet fuq kull naħa. "Jekk ikollok karozza li tagħmel double parking, tista' tinsa li se tidħol fil-garaxx," qal is-Sindku. "Immaġina lir-residenti jiġru fil-barijiet jistaqsu ta' min hi l-karozza li qed tostakola l-garaxx." Iżda l-problema ma tiqafx mal-parkeġġ, hemm problema oħra. Bħala eżempju, is- Sindku semma każ ta' sid ta' appartament li jkun irid itella' l-għamara. Kieku ma hemmx imwejjed u siġġijiet, il-lifter se joqgħod fil-parkeġġ. Iżda bl-imwejjed u s-siġġijiet il-lifter ikollu joqgħod fit-triq bil-konsegwenza li tispiċċa karreġġjata waħda. L-istess jiġri bil-vannijiet li jwasslu l-prodotti fil-ħwienet. Minkejja li sidien ta' ħwienet, li jingħataw permessi biex jestendu 'l barra bil-bankina, huma obbligati li juża materjal li jista' jitneħħa, Chircop saħaq li ħafna drabi, "mis-seba' jieħu l-id." "L-ewwel jintuża l-injam imbagħad bl-iskuża tal-periklu jeħel pilastru li jidħol ġot-triq u nibqgħu sejrin hekk." Wara li kienu ngħataw diversi permessi, sidien ta' stabbilimenti kienu bdew jintalbu biex iħallsu 'kumpens' ta' darba għall-parkeġġ li jkunu ħadu, l-istess kif jagħmlu żvilupatturi li ma jkunux pprovdew biżżejjed parkeġġi skont il-kobor tal-iżvilupp, permezz tal-Commuted Parking Payment Scheme. Dwar din l-iskema, il- gazzetta ILLUM tkellmet il-ġimgħa li għaddiet, bl-Ombudsman jgħid li l-kumpens għandu jiżdied minn €2,096 għal €4,000. Lura fl-2013, il-Gvern kien waqqaf skema li kien introduċa l-Kunsill ta' Tas- Sliema biex ikun hemm parkeġġ riservat għar-residenti f 'ċertu ħin tal-ġurnata. Dan minkejja li l-Kunsill Lokali kien insista li beda din l-iskema wara li kellu l-permessi mingħand Transport Malta u anke skont l-Avviż Legali tal-2009. Il- Gvern kien daħħal fis-seħħ Avviż Legali ieħor bil-Kunsill ta' Tas-Sliema jisħaq li dan sar speċifikament biex ineħħi d-dritt tiegħu li jimplimenta din l-iskema. L-azzjoni kienet ittieħdet wara li l-Unjin tal-Għalliema (MUT) kienet ordnat lill- għalliema kollha f 'Tas-Sliema biex jirrappurtaw għax-xogħol siegħa tard. L-MUT kienet ilmentat li l-iskema kienet se żżid il-problema tal-parkeġġ għall-għalliema.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018