Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050
Aħbarijiet 6 illum | Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 KE: 'Rifjut ta' estradizzjoni... huwa vot ta' sfiduċja fl-Istat Membru li ħareġ il-mandat' ...imma l-Qorti Suprema Finlandiża kienet irriutat li testradixxi fil-każ Gataev&Gataeva wara li applikaw għall-ażil MINKEJJA rapport fuq il-midja Ċiprijotta, primarjament fuq is- sit cyprusbusinessmail, li Efimova taf tingħata protezzjoni mill-awtoritajiet Griegi, il-Kummissarju tal-Pulizija Malti Lawrence Cutajar fi tweġibiet lil din il-gazzetta sostna illi l-Greċja hija obbligata li tibgħat lil Maria Efimova lura Malta. "Il-Greċja bħala pajjiż fi ħdan l-Unjoni Ewropea huwa obbligat li jibgħat persuna mfittxija jew aħjar li jkun maħruġ mandat t'arrest Ewropew kontriha," sostna mal-ILLUM Cutajar. Għall- mistoqsija ta' din il-gazzetta hu kompla jgħid ukoll li "hemm impedimenti mniżżla fit-trattat u fil-Liġi domestika. Għaldaqstant meta persuna tinġieb quddiem il-Qorti sabiex tiġi estradita, din il- Qorti trid tara u tivverifika li l-proċeduri qed isiru skont il-liġi." Skont il-Qafas tad-Deċiżjoni tal-Kunsill Ewropew dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew, hemm tliet sitwazzjonijiet mandatorji meta pajjiż għandu kull dritt ma jesegwixxix l-mandat ta' arrest. Dawn huma 1) jekk l-offiża li dwarha hemm l-arrest taqa' bħala waħda li fuqha tingħata amnestija fil-pajjiż illi fih sar l-arrest u fejn dak l-istat għandu l-ġurisdizzjoni li jmexxi prosekuzzjoni dwar tali att 2) Jekk l-offiża li dwarha ħareġ il-mandat tkun diġà għaddiet ġudizzju mill-Qorti tal-pajjiż li ħareġ il-mandat, tkun ingħatat is-sentenza jew is-sentenza ma tistax tkun iktar infurzabbli u 3) f 'każ illi l-persuna inkwistjoni tkun taħt l-età fil-pajjiż fejn kienet arrestata. Maria Efimova, il-mara wara l-allegazzjoni li Ergrant Inc. hija ta' Michelle Muscat, ma taqa' taħt l-ebda waħda minn dawn. L-istess qafas iżda jagħti numru ta' possibilitajiet oħrajn, illi dwarhom pajjiż bħall-Greċja jista' jagħżel li ma jagħtix lill-persuna b'mandat lill-pajjiż li ħareġ il-mandat. Dawn huma 1) Jekk l-att, mhux kriminali fil-pajjiż fejn sar l-arrest 2) meta l-persuna qed tiffaċċja l-istess akkużi fil-pajjiż fejn tinsab arrestata bħal f 'dak minn fejn ħareġ il-mandat 3) Meta tkun diġà saret u ttieħdet deċiżjoni dwar l-att innifsu 4) meta l-każ ikun preskritt u 5) f 'każ li l-mandat ħareġ fuq raġunijiet ta' kustodja u detenzjoni l-proċess jista' ma jsirx jekk il-persuna tkun residenti jew ta' nazzjonalità fejn tinsab arrestata u dak il-pajjiż jiddieċiedi li jipproċedi hu skont il-Liġi Domestika. Minkejja li Efimova jidher li ma taqa' taħt l-ebda waħda minn dawn, il-fatt li hi talbet li tingħata ażil ifisser illi l-każ tagħha diġà għandu preċedent fil-każ tal-Qorti fil-Finlandja illi flimkien mal-pajjiżi Skandinavi tħaddem sistema differenti ta' mandat ta' arrest. Fil-każ ta' Gataev&Gataeva fil-Qorti Suprema tal- Finlandja, dawn it-tnejn kellhom mandat ta' arrest kontrihom mill-Gvern tal-Litwanja. Imma dawn it-tnejn, bħalma indikat li se tagħmel Efimova, kienu applikaw għall-ażil u saħqu illi l-applikazzjoni tagħhom għandha tieħu preċedenza fuq dik tal-estradizzjoni u li mhux se jingħataw smigħ xieraq fil-Litwanja. Il-Qorti tal-Finlandja kienet laqgħet it-talba ta' Gataev&Gataeva fuq il-premessa li għalkemm applikazzjoni għall-ażil ma tissemmiex speċifikment fil-qafas regolatorju dwar il-Mandat ta' Arrest Ewropew bħala bażi għal rifjut ta' estradizzjoni, "din il-proviżjoni legali għandha tinftiehem b'mod wiesa' skont l-istess qafas, b'tali mod li rifjut fuq il-bażi ta' talba għall-ażil għandha tkun possibbli." Il-Kummissjoni Ewropea kienet ċara iżda dwar il- prattika fil-pajjiżi Skandinavi, "rifjut ta' estradizzjoni fuq il- bażi ta' artikli 5(1) (6) tal-EU Extraditon Act (li titħaddem fil-pajjiżi Skandinavi) huwa vot ta' sfiduċja fl-Istat Membru li ħareġ il-mandat ta' arrest u huwa f 'kunflitt dirett mal-prinċipju tar- rikonoxximent reċiproku." Artiklu 5 (6) jgħid li estradizzjoni tista' tkun rifjutata fuq suspett ta' theddid ta' tortura jew trattament degredabbli... jew biża' ta' ksur tad-drittijiet tal-bniedem u/jew liberta tal- espressjoni u assoċjazzjoni. Il-Kummissjoni Ewropea sostniet ukoll illi applikazzjoni tal- ażil bħalma qed titlob Efimova tista' "twassal biss għall-posponiment tal- estradizzjoni," mhux ir-rifjut tiegħu. Efimova bħalissa tinsab fil-Ħabs Korydallos, fejn qed tistenna d-destin tagħha hux se jfisser li tkun estradita lura Malta jew inkella jekk t-talba tal-ażil tagħha tkunx milqugħa fuq bażi li ma taqax mar-rekwiżiti msemmijin hawn fuq, jew billi jkun użat il-każ Gataev&Gataeva bħala preċedent. Numru ta' MEPs qed jappoġġjaw it-talba tagħha ta' ażil, kif qed jagħmlu numru ta' persuni u għaqdiet f 'pajjiżna primarjament in- Netwerk għas-Soċjetà Ċivili, il-familja Caruana Galizia kif ukoll il-blogger Manuel Delia. Il-Ħabs Korydallos fejn tinsab Maria Efimova Il-Kummissajru jgħid li l-Greċja obbligata tibgħat lil Efimova Malta Il-Qorti Suprema tal-Finlandja agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham