Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 15 of 31

illum | Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 16 Opinjoni Kitba satirika li twasslek biex tifhem li kulħadd l-istess u l-kelb poodle mhux daqstant injorant għax jaf x'inhu għaddej! Benjamin Ara jiena qatt ma nimmisja l-programm BENJAMIN ta' Ben Camille. Tgħidli xejn, m'hemm xejn aħjar minn dan il-programm jekk ikollok problema tal- ippurgar. Għax qatt ma rajt programm daqshekk mimli ksuħat u nejk daqs BENJAMIN. U dik Karina minn il- kazzone hi. Jiena vera pastaż imma mnejn sa fejn fuq TVM tuża kliem bħal Madonna u niġi nitnejjek. Fil-promo tal-programm jgħidu li Ben Camilleri hu 'heartthrob'. Dawn bis-serjetà? Mela vera hawn il-ġuħ? Tsipras u l-poodle Isma', isma', smajt li Tsipras il-Prim Ministru tal-Greċja kien qed jiċċekkja l-emails meta ra email ta' dak, x'jismu… qisu ballun, ajma dak li ħ*xa t-trasport pubbliku, u madoffi kif insejt ismu. Jaħasra dak li għamilha ta' poodle għall- ministru Gatt. Iva, dak li ma jaħdimx… uffa, u ejja għandu daqna u żaqq tal-ħ*ra. Ostra insejt…. Iva, iva… Alan, u le dak kuġinuh. Iva, ftakart, għandu l-istess kunjom bħal dak li Defni kienet għajret korrott. Orrajt, issa ftakart: MANWEL, imma bl-U. Insomma dan Tsipras fetaħ l-email ta' Manuel fejn għamillu plejtu fuq dik ir-Russa tal- Pilatus u f 'daqqa waħda hekk kif fetaħ l-email bdew telgħin ħafna siti pornografiċi. Ostra x'għarakuża, issa bejnietna Tsipras għoġbu film partikolari li kien jismu, Έχετε ια γρήγορη όταν περιένετε στο Arriva! Jien tlabt xi ħadd jagħmilli traduzzjoni għax l-uniku Grieg li niftakar kien meta kont nuża l-Arriva. Ommi ma, x'għarakuża, il-film kien jismu: "Ħu waħda ta' malajr meta tkun qed tistenna fuq l-Arriva!" Jason Jiena Jason Micallef naħseb għandu problema bil-mafkar ta' Defni. Għax l-aħħar darba kont nieżel Triq ir-Repubblika u kelli xemgħa f 'idejja ħabat fija u beda jgħajjat miegħi. "Fejn sejjer? Tgħidlix li sejjer titfa' xema fuq il-mafkar ta' dik? Missek tistħi a faċċol." Kont ser niftaħ ħalqi imma kompla… "Ja purċinell, injorant u baħnan, kif anki int? Imbasta toqgħod tixxala f 'St Patricks. Iblah." U mbgħad għedtlu li jien devot kbir ta' San Duminku, u sejjer nixgħel xemgħa. "Orrajt," qalli, "… l-aqwa mhux lil San Pawl." Din hija rokna satirika minn korrispondent speċjali Drian u Juncker Issa ma rridx inkun antipatiku, imma jgħidu hemm ħafna xebh bejn Drian u Juncker. It-tnejn irġiel, it-tnejn mhumiex verġni u t-tnejn iħobbu jixorbu kemm, kemm. Hekk hu. Ma hemm xejn ħażin li tixrob ftit tafx. Infatti f 'kumment esklussiv mal-Poodle, Drian qal: "Jien inħobb nixrob tliet jew erba' grokkijiet qabel ma nitkellem il-Ħadd. B'hekk ma nkunx naf x'jiena ngħid u jekk qed naqa' għan-nejk. Jekk taraw xi ħaġa interessanti ibagħtuhieli. Jekk taraw lil xi ħadd interessanti ibagħtuli ritratt bil-mowbajl. Ibagħtu lil illum@mediatoday.com.mt isejjaħ … Il-poodle Bomba tal- ħin jisimha Pilatus I l-kwistjoni tal-bank Pilatus Bank għandha l-potenzjal li tkun il-kawża ta' ħsara li tmur lil hinn minn dik lir-reputazzjoni tal- pajjiż. Iktar kmieni din il-ġimgħa kien żvelat li ċ-Chairman tal-Bank Pilatus Ali Sadr Hasheminejad bħala riżultat ta' investigazzjonijiet li kienu ilhom għaddejjin madwar sitt snin kien arrestat fl-Istati Uniti tal- Amerika u akkużat li pprova jdur mas-sanzjonijiet Amerikani kontra l-Iran billi uża banek Amerikani ħalli jittrasferixxi miljuni ta' dollari mill-Veneżwela b'mod li ħeba l-konnessjoni Iranjana. Ġejna infurmati li dawn l-akkużi, jekk ippruvati, jistgħu jwasslu sa massimu ta' 125 sena l-ħabs. F'temp ta' ftit sigħat, nhar il-Ħamis, hekk kif ħarġet l-aħbar, l-Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarji (MFSA) neħħiet lil Ali Sadr Hasheminejad mit- tmexxija tal-bank Pilatus, inkluż li ssospendiet d-drittijiet kollha tiegħu fuq il-bank u mbagħad ipproċediet biex ħatret amministratur bl-inkarigu li jmexxi l-bank u jieħu ħsieb l-assi kollha tiegħu. Dan sar wara li MFSA tat direzzjoni li l-bank ma kellux jiddisponi minn, jillikwida, jittrasferixxi jew b'xi mod imiss l-assi u l-flus tal-klijenti tal-bank. Issa sirna nafu wkoll li x-xahar li għadda l-Awtorità Ewropea dwar il-Banek (European Banking Authority) kienet ordnat li tinbeda investigazzjoni preliminari dwar is- supervizjoni tal-bank Pilatus mill-Awtorità Maltija tas-Servizzi Finanzjarja u b'mod partikolari dwar il-verifiki li kellhom isiru in konnesjsoni mal-kapital inizzjali ta' €8 miljuni li Ali Sadr Hasheminejad uża biex waqqaf il-bank. Damu ftit jaħsbuha! Bosta minna jiftakru lil Ali Sadr Hasheminejad ħiereġ mill-uffiċini ta' Pilatus f 'Ta' Xbiex tard filgħaxija, jum fost l-oħrajn, bil-kameras tat-TV jiġru warajh u bil-ġurnalisti jfajru l-mistoqsijiet. Kienu qed jistaqsu jekk fil- bagalji li kellu kienx hemm xi dokumenti tal-bank konnessi mal-kontroversja dwar min kienu s-sidien ta' Egrant inkella dwar it- trasferimenti ta' flejjes minn uħud mill-kontijiet tal-bank. Ir-Repubblika tal- Ażerbajġan ilha ftit turi interess f 'kooperazzjoni ma' Malta. Ta' interess f 'dan is-sens kienet stqarrija ta' 127 kelma li ħarġet lejn tmiem Diċembru tal- 2014 li ħabbret li kien ġie ffirmat ftehim bejn Konrad Mizzi, dakinhar Ministru tal-Enerġija ta' Malta u l-kontro-parti tiegħu Natiq Aliyev kif ukoll ftehim ieħor mal-kumpanija statali taż-żejt tar-Repubblika tal- Azerbaijan (SOCAR). La l-istampa Maltja ma kienet hemm u l-anqas ma kien hemm uffiċjali pubbliċi jassistu lid-delegazzjoni Maltija mmexxija mill-Prim Ministru Joseph Muscat. Dakinhar kulħadd kien staqsa "għaliex?" F'dan l-isfond ma nafx liema hu dak il-pajjiż li jista' jżomm ir-reputazzjoni tiegħu intatta! Bħalissa għaddejjin diversi investigazzjonijiet, ilkoll bil-pass ta' nemla. F'xi ħin, nittama li mhux 'il bogħod, kapaċi naraw il-biċċiet jingħaqdu fi stampa waħda li tkun ċara u li tinftiehem minn kulħadd. Kull investgazzjoni mitmuma, kull rapport konkluż tnaqqas it-tul tal-miċċa ta' din il-bomba tal-ħin. Nittama biss li meta din il-bomba tal-ħin tieħu teqred biss lil dawk li ħolquha jew lil dawk li qagħdu jitbissmu lil dawk li ħolquha. Sfortunatament il-ħsara tinfirex. L-awtur li hu Perit hu ċ-Chairman ta' Alternattiva Demokratika. carmel. cacopardo@alternattiva. org.mt , http:// carmelcacopardo.wordpress. com CARMEL CACOPARDO

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018