Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 17 of 31

illum | Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 F il-ħidma tagħna hu kruċjali li nieħdu inizjattivi li ngħollu l-livell ta' dak li l-poplu jkun qed jikkonsma jew jieħu s-servizz tiegħu. Għal ħafna snin konna bħal donnu drajna li dak li jsir, isir biex ngħidu jkun sar. Niftakar anke attività biex timmarka d-dħul tal-ewro f 'pajjiżna kienet ddawret f 'esperjenza dilettanteska għall-Prim Ministru tal-ġurnata. Nemmen li l-Gvern ta' Joseph Muscat għolla l-livelli tas- servizzi li nagħtu lill-poplu b'mod b'saħħtu ħafna – anke għaliex indubjament dan hu l-iktar Gvern skrutinizzat sal-inqas dettall fl-istorja ta' pajjiżna. Din il-ġimgħa fis-setturi tal-ġustizzja u tal-kultura tajna prova ta' dan li qed ngħid. Sezzjoni tal-Kummerċ Flimkien mal-ħabib tiegħi s-Segretarju Parlamentari Silvio Schembri – li inċidentalment hu bniedem li nemmen immensament fil-potenzjal tremend tiegħu – nidejna sezzjoni ġdida fi ħdan il- Qorti Ċivili li tkun iffukata esklussivament dwar il- Kummerċ. Dan sar wara konsultazzjoni vasta mal-istakeholders kollha, mhux l-inqas il-ġudikatura. Fil-fatt mid-9 t'April li ġej se titwaqqaf din is-sezzjoni li se tkun ippreseduta minn żewġ maġistrati speċjalizzati fil-kamp tal-liġi tal-kumpaniji. Mat- twaqqif tas-sezzjoni se ndaħħlu wkoll soluzzjonijiet online għal min jaħdem f 'dan is-settur sabiex dan il-qasam ikollu sistemi ad hoc li jimxu id f 'id mal-ħtiġijiet tas-settur. Dari kellna Qorti tal- Kummerċ li mbagħad kienet ġiet abolita fid-disgħinijiet. Il-ġurisdizzjoni tas-sezzjoni l-ġdida mhijiex se tkun wiesgħa daqs dik tal-Qorti tal-Kummerċ iżda se tkun iffokata iktar dwar kwistjonjiet relatati mal-liġi tal- Kumpaniji. Naturalment bejn id-disgħinijiet u bejn illum ix- xenarju nbidel kompletament u d-dinja tal-kumpaniji tirrikjedi sezzjoni speċjalizzata fuq dawn l-ħwejjeġ kruċjali. Nirringrazzja lill-Prim Imħallef tal-koperazzjoni sħiħa li wera li mingħajrha, naturalment, ma konniex naslu. Il-Premjijiet għall-Arti Fis-settur kulturali wkoll nidejna inizjattivi li għandhom l-għan li jgħollu l-prodott kulturali. Nhar il-Ġimgħa tajna, għall- ewwel darba fl-istorja, l-Art Awards, li huma premijiet lill-artisti. Jekk trid issejħilhom "Oscars" tista' ssejħilhom ukoll hekk! L-idea hi li nippremjaw il-kwalità u ngħollu l-livelli b'mod mill-iktar trasparenti u professjonali. Matul is-serata tajna wkoll żewġ premijiet speċjali – wieħed għall-ħidma biex nesportaw it-talent kulturali Malti u l-ieħor il-lifetime award. Tal-ewwel ġie mogħti lid- disinjatur ta' fama mondjali Francis J. Sultana li nħatar ukoll, riċentement, ambaxxatur kulturali. Francis huwa persuna stupenda Ii għamel isem għalih fl-Ingilterra bħala disinjatur per eċċellenza u kien fundamentali biex għamilna suċċess fil-parteċipazzjoni tagħna tal-Biennale ta' Venezja. Il-lifetime award ingħata lil persuna oħra unika, l-Professur Oliver Friggieri. Lil Oliver bilfors issir tħobbu għaliex huwa umli u qalbu tajba li ma ngħidlekx. Ix-xogħol li għamel fil-qasam artistiku hu uniku u l-kisbiet tiegħu huma mudell għal mijiet ta' żgħażagħ artisti li jixtiequ jieħdu karriera kulturali bħalma għamel hu. Grazzi lil Oliver talli tħobb lil Malta daqstant! Wirt intanġibbli Din il-ġimgħa nidejna l-pass li jmiss biex il-wirt intanġibbli ta' pajjiżna jkun jista' jiġi rikonoxxut fil-livell ta' UNESCO. Wara li rratifikajna l-konvenzjoni dwar il-wirt intanġibbli fl-2017 u ġibna esperta mill-UNESCO, is-Sinjura Maria Calvo, issa stajna nagħmlu l-pass li jmiss – ċioè dak li nwaqqfu Board magħmul minn persuni li għandhom ħiliet varji fil- qasam kulturali biex jagħmlu lista ta' wirt intanġibbli u jkunu jistgħu jagħmlu applikazzjoni lill-UNESCO. L-ewwel applikazzjoni se ssir f 'Marzu li ġej. Ninsab eccitat ħafna biex niktbu l-istorja u nkomplu ngħollu 'l fuq isem pajjiżna u l-wirt kulturali tagħna. Raymond Fight Beck Kemm għoġbitni l-ewwel play ta' Teatru Malta Raymond "Fight" Beck. Ħa nkun onest qatt ma rajt plays ta' dan it-tip. It-tempo kien mexxej ħafna u l-acting brillanti. Ambjentata fiż-Żejtun – pajjiżi – Raymond Fight Beck titkellem dwar Raymond u ħuh Victor u l-imħabba bla qies li għandhom għal xulxin. Il-karattri fil-play huma ħajjin ħafna u jfakkrunu f 'ħafna karattri li naf personalment. Il-kunċett ta' rġiel li jqattgħu ħajjithom il-pjazza – pereżempju – hu wieħed li affaxxinani ħafna għaliex hu veru li fl-irħula jkun hemm nies li mis-sbieħ sa dlam joqogħdu l-pjazza u l-pjazza saret darhom u mingħajrha ma jgħixux. Prosit lil Teatru Malta. Konvint iktar minn qatt qabel bl-għaqal ta' din id-deċiżjoni. Deċiżjoni li bla dubju se tgħolli l-livell tas-settur teatrali Malti. Open Days Issoktajna bl-Open Days fid- diversi siti storiċi li għandna f 'pajjiżna. Għal darb'oħra kienu suċċess. Eluf ta' nies żaru l-Imqabba – fejn hemm ftaħna l-Katakombi uniċi li għandna. Eluf marru wkoll ir-Rabat biex jaraw il-Katakombi u d-Domus Romana u anke l-Kon- Kattidral ta' San Ġwann. Għal darb'oħra għollejna l-kwalità b'mod enormi. Efimova Intqal ħafna affarijiet dwar ir-Russa Marija Efimova li qalet ħafna xorti dwar il-Prim Ministru Joseph Muscat u li issa tat ruħha b'idejha fil- Greċja. Kontra Efimova hemm żewġ arrest warrants – wieħed li nħareġ f 'Malta u l-ieħor li nħareġ f 'Ċipru. F'Malta qed tiffaċċja żewġ akkużi – waħda ta' frodi u l-ieħor ta' aġir illegali fil- konfront ta' żewġ uffiċjali tal- Pulizija, wieħed minnhom eks uffiċjali (Jonathan Ferris). Arrest warrants fl-Ewropa huma regolati bir-reġim tal- European Arrest Warrants u dan hu proċess purament prosekutorjali u ġudizzjarju. Malta hija ġurisdizzjoni li dejjem tirrispetta r-regoli tar- rule of law, inkluż f 'dan il-każ. 18 Opinjoni OWEN BONNICI Ngħollu l-livell Il-Professur Oliver Friggieri jingħata Lifetime Award

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018