Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 19 of 31

illum | Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 M eta ħareġ il-film 'The Passion of the Christ', Mel Gibson ġie kkritikat minn xi wħud minħabba l-krudiltà 'esaġerata' li biha penġa l-passjoni ta' Kristu. Madankollu, l-istampa li tana hi waħda mill-aktar qrib. Infatti Isaija jgħidilna li 'wiċċu kien hekk imħassar li ma kienx donnu ta' raġel, u s-sura tiegħu ma kinitx donnha ta' wlied il-bniedem'. Jgħid ukoll li 'ma kellu l-ebda forma, jew ġmiel, biex inħarsu lejh, u lanqas bixra, biex ninġibdu lejh.' Forsi nazzardaw nikkritikaw il-krudiltà murija fil-film għax qatt ma ltqajna magħha. Ladarba ż-żmien dgħajjef din ir- realtà u bagħatha tistrieħ qalb xi dizzjunarju li jipprova jispjega xi ħaġa hekk kbira f 'erba' kelmiet, jew inkella f 'xi stampi, ritratti jew drammi li qajla jagħtu ħjiel tar-realtà moħbija fl-arti, ftit nistgħu nifhmu minn liema tbatija u torturi jgħaddi bniedem imdendel ma' salib. Iżda s-salib kien biss l-aħħar pass ta' Kristu. Qabel, tawh bil-ħarta fuq wiċċu, beżqulu, irredikolawh u wara fflaġellawh. Waqt il-flaġelazzjoni ġie msawwat diversi drabi bi frosta li fit-trufijiet tagħha kellha mdendel biċċiet ta' ħġieġ, ġebel, għadam u ċomb li jagħmlu ċert li jċartu l-ġilda u 'l ġewwa minnha u jaħslu lill-individwu b'demmu stess! Wara, minkejja li riġlejh lanqas kienu għadhom jifilħu lil ġismu stess, ġie mgħobbi s-salib u waqa' bih aktar minn darba. Jista' jkun li wħud minna jaħsbu li ċ-ċentirjun ġietu ħniena minn Ġesù meta qabbad lil Xmun minn Ċirene biex jgħinu billi jġorrlu s-salib, imma naħseb li aktar ordna hekk għax kien anzjuż biex jara lil Kristu jiġi msallab aktarx milli jitlef il-battalja qabel ma jasal ħdejn is-salib! Kristu wasal fuq il-Golgota u ġie mislub. Għall- kuntrarju ta' kif naraw fid- drammi, il-kruċifissjoni ma ntemmitx malli l-imsiemer daħlu f 'idejh u f 'riġlejh. Hemm kien għadu nofs triq għall-mewt! B'ġismu mitluq, mhux biss beda jkompli jagħfas u jċarrat in-nervituri, imma kien qed joħloq ostaklu għan-nifs. Għalhekk, bla ebda saħħa u bi tbatija, kien ikollu jipprova jitla' ftit 'il fuq biex jirnexxilu jieħu nifs ċkejken b'diffikultà li qajla nistgħu nimmaġinawha. Kull darba li kien jagħmel hekk kien ikollu jħallas prezz għoli; kien ikollu jipprova jżomm it-toqol ta' ġismu kollu fuq musmar minfud f 'riġlejh! Il-meravilja hi li anke f 'dawk il-mumenti ta' agunija, bejn nifs batut u ieħor iktar minnu, Kristu ma ħaseb xejn għalih innifsu. Minflok ma żamm dawk in-nifsijiet prezzjużi, lissen seba' kelmiet ta' mħabba quddiem l-għedewwa tiegħu! X'inhu l-iskop ta' dawn ir- ritratti mill-bidu tat-tbatijiet ta' Kristu sal-kalvarju? Żgur mhux biex nifhmu minn xiex għadda Sidna Ġesù kompletament! Imma tal- inqas jirnexxielna nbillu ftit subgħajna fil-passjoni ta' Kristu. Hekk hemm imnejn naslu napprezzaw aktar l-imħabba kbira t'Alla li għoġbu juriha meta ta l-Iben waħdieni tiegħu, biex kull min jemmen bih ma jintilifx, iżda jkollu l-ħajja ta' dejjem. Marylin Bellizzi Ritratti sal-Kalvarju 20 Rakkont Ktieb b'xejn għalik Minn qalbi nixtieq noffrilek il-vanġelju skont Ġwanni b'xejn. L-evanġelista jistqarr li kiteb dan il-vanġelju biex inti temmen li Ġesù hu l-Kristu, Bin Alla; u biex billi temmen, ikollok il-ħajja f 'ismu. Jekk inti interessat li tirċievi kopja bil-posta, jekk jogħġbok ibgħat ismek u l-indirizz flimkien mal-isem tal-ktieb permezz ta' sms fuq 77290051. Il-meravilja hi li anke f 'dawk il- mumenti ta' agunija, bejn nifs batut u ieħor iktar minnu, Kristu ma ħaseb xejn għalih innifs

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018