Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050
Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 | illum 21 L-Oroskopju Aquarius mill-20 ta' Jannar sat-18 ta' Frar Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta' Aries għal Aquarius dan il-perjodu se joffrilek opportunità pożittiva immens f 'kull sitwazzjoni li għal dawn il-ġimgħat int se tiltaqa' imma jekk dejjem int temmen fik innifsek aktar, int kontra kollox tkun kapaċi tegħleb kull ostaklu li jiġi. Dan huwa żmien fl-astroloġija li għalik sabiex int tagħraf aktar il-kontroll tiegħek innifsek. Namaste Kuluri favoriti ma' Aquarius huma dawn: blu u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 29, 30 u 31 L-istilla li ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Gemini Aquarius huma magħrufin bħala persuni ta' komunikazzjoni pożittiva Pisces mid-19 ta' Frar sal-20 ta' Marzu Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta' Aries għal Pisces int trid toqgħod ftit aktar attent minn dak li forsi s-soltu ma kontx tati dik l-importanza mixtieqa trid tagħraf li qiegħed kantuniera bod minn Taurus u minħabba hekk trid toqgħod ftit aktar attent. Aħjar tkun ftit aktar imħejji u ovvjament tagħti ftit aktar attenzjoni sabiex int tkun tista' tissaħħaħ aktar. Namaste. Kuluri favoriti ma' Pisces huma dawn: aħdar u isfar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħ Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30 L-istilla li ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Libra Pisces huma magħrufin bħala persuni ta' moral effettiv ħafna. Aries mill-21 ta' Marzu sad-19 ta' April Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta' Aries għall- istess Aries, għalik dan ser ikun ifisser li trid trattab aktar ir-ras iebsa li int taf ikollok minn mument għall-ieħor dan għaliex taħt dan iż-żodijaku aktar minn qabel ser ikun effettiv ċertu ebusija fik u dan jaf ikun ta' ħafna xkiel kemm mil-lat ta' karriera wisq aktar jekk int għandek relazzjoni. Namaste. Kuluri favoriti ma' Aries huma dawn: aħmar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 29, 30 u 31 L-istilla li ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Capricorn Aries huma magħrufin għat-twebbis ta' rashom Taurus mill-20 ta' April sal-20 ta' Mejju Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta' Aries għal Taurus ser ifisser xi ftit ta' taqbida sabiex tagħraf aktar timxi b'moħħok milli b'qalbek. Għal dawn il-ftit ġimgħat qalbek ħalliha ġol-kexxun! Sabiex int tkun tista' timxi fuq dak li taħseb bil-għaqal bil-moħħ u jekk int jirnexxielek tagħmel dan se tasal f 'aktar sitwazzjonijiet pożittivi milli kieku kont tuża l-qalb. Namaste Kuluri favoriti ma' Taurus huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tnejn Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 28, 29 u 30 L-istilla li ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Virgo Taurus huma magħrufin għall-immaġinazzjoni tagħhom Gemini mill-21 ta' Mejju sal-20 ta' Ġunju Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta' Aries għal Gemini huwa l-waqt li se joffrilek toroq miftuħa ta' opportunitajiet kemm fil-karriera tiegħek u anke jekk int għandek relazzjoni. Però bħalissa l-aktar li qiegħda tispikka hija l-linja tal-karriera fejn hemm ħafna tibdil pożittiv għalik però int trid tkun moħħok ferm iffokat sabiex tkompli tibrilla.Namaste. Kuluri favoriti ma' Gemini huma dawn: isfar u oranġjo L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 29 u 31 L-istilla li ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Sagittarius Gemini huma magħrufin għall-motivazzjoni tagħhom Cancer mill-21 ta' Ġunju sat-22 ta' Lulju Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta' Aries għal Cancer dan ifisser li se tiċċaqlaq aktar lejn l-istabbilità ta' dak li int qiegħda tiffoka fuqu. Issa int se tkun iffokat fuq dak li hemm madwarek aktar mis-soltu u dan jawgura tajjeb sabiex dak li int tixtieq jibda jagħtik is-sodisfazzjon tant meħtieġ. Però trid tagħraf li żżomm bilanċ mat-tkomplija tal-ħajja ta' madwarek. Namaste. Kuluri favoriti ma' Cancer huma dawn: isfar u blu L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 30 u 31. L-istilla li ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Aquarius Cancer huma magħrufin għad-direzzjoni pożittiva tagħhom Leo mit-23 ta' Lulju sat-22 ta' Awwissu Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta' Aries għal Leo se jgħinek tagħraf aktar l-abbiltà tiegħek fejn ma tantx għandek f 'dak il-perjodu tagħraf timxi fuq il- pariri ta' ħaddieħor. Li tisma' parir dejjem huwa ta' linja gwida imma asal s'hemm. Issai int għandek tkun b'saħħtek biżżejjed sabiex tasal għal konklużjonijiet kważi mingħajr ebda pariri ta' ħadd. Namaste. Kuluri favoriti ma' Leo huma dawn: oranġjo u lewn id-deheb L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30 L-istilla li ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Scorpio Leo huma magħrufin kemm huma nies ta' fehma soda Virgo mit-23 ta' Awwissu sat-22 ta' Settembru Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta' Aries għal Virgo ser ikun mument aktar stabbli minn dak li jkun is-soltu u hekk kif int tagħraf dan il-perjodu ta' stabbiltà agħraf aħtaf din l-opportunità sabiex tagħraf timxi aħjar kemm fil-karriera jew fil-ħidma li topera. Tagħraf aktar sabiex issib spazju għalik fejn anke tagħmel l-eżerċizzju li għandek bżonn. Namaste Kuluri favoriti ma' Virgo huma dawn: isfar u kannella L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Erbgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 28, 29 u 31 L-istilla li ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Pisces Virgo huma magħrufin li jimxu mal-mument Libra mit-23 ta' Settembru sat-22 ta' Ottubru Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta' Aries għal Libra ser ikun mument li fih tagħraf aktar il- bżonnijiet personali tiegħek l-aktar dawk li jolqtu direttament lilek. Għalhekk ikun tajjeb li dan il-perjodu ddur dawra madwarek sabiex meta jasal mument ta' aktar perfezzjoni fil-karriera int tkun aktar imħejji. Aktar ma tkun imħejji aktar tagħraf tilqa' dawn il-pressjonijiet. Namaste. Kuluri favoriti ma' Libra huma dawn: blu u aħdar L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ġimgħa Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 30 L-istilla li ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Taurus Libra huma magħrufin għat-tmexxija intensiva tagħhom. Scorpio mit-23 ta' Ottubru sat-21 ta' Novembru Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta' Aries għal Scorpio huwa perjodu li fih trid toqgħod ferm attent kif tagħraf tiddeċiedi f 'okkażjonijiet li ġejjin fil-viċin. Dan huwa perjodu delikat għalik. Din is- sitwazzjoni taf ukoll toħloq ċertu nervi ġewwa fik. Għalhekk int trid tagħraf iżżomm kawt kemm tista sabiex ma tagħmilx deċiżjonijiet mgħaġġla. Namaste Kuluri favoriti ma' Scorpio huma dawn: iswed u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tat-Tlieta Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 27, 29, 30 u 31 L-istilla li ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Aries Scorpio huma magħrufin għat-tfassil dettaljat tagħhom Sagittarius mit-22 ta' Novembru sal-21 ta' Diċembru Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta' Aries għal Sagittarius se jkun perjodu li se jkun xi ftit imfixkel għalik bejn dak li int kellek fl-imħabba tal-passat għal dik li għandek fil-preżent. Dawn il-ħsibijiet jafu joħolqu fik ftit ta' konfużjoni għalhekk int għandek tiffoka biss fuq dak li int għaddej minnu fil-preżent għax jekk se titfa' l-ħsibijiet lura għall- passat taf tiftaħ ferita. Namaste. Kuluri favoriti ma' Sagittarius huma dawn: isfar u roża L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tal-Ħamis Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 25, 27, 29 u 30 L-istilla li ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Cancer Sagittarius huma magħrufin għas-sensittività tagħhom Capricorn mit-22 ta' Diċembru sad-19 ta' Jannar Issa li beda ż-żodijaku taħt l-istilla ta' Aries għal Capricorn dan se joħloq xi ftit tensjoni madwarek mis-soltu. Dan l-aktar li ħa jaffettwak hwua kemm mal-ħbieb tiegħek imma jaf ikun aktar f 'relazzjoni li int għandek. Taf tkun ħafna aktar f 'nervi u bħal qisu tara kollox ġej ħażin. Imma agħraf din il-gwida ħalli tagħraf tikumbatti u b'hekk int tissaħħaħ. Namaste. Kuluri favoriti ma' Capricorn huma dawn: aħmar u vjola L-aktar jum ideali għalik għal din il-ġimgħa huwa dak tas-Sibt Id-dati li għal din il-ġimgħa huma ideali għalik: 26, 28, 29 u 31 L-istilla li ta' għajnuna siewja għalik ġejja minn Leo Capricorn huma magħrufin għall-gwida li joffru L-Oroskopju li jibda mill-Ħadd 25 ta' Marzu sas-Sibt l-1 ta' April PaulJon joffri diversi servizzi ta' gwida permezz tal- oroskopju, tfissir tal-ħolm, bilanċ ta' enerġija pożittiva fid-dar jew negozju tiegħek u bosta servizzi oħrajn. Biex tikseb aktar tagħrif tista' tidħol fuq il-paġna ta' Facebook ta' PaulJon Aquilina jew ċempel mit-Tnejn sas-Sibt bejn 09.00 a.m u 21.00 p.m. fuq 99013600 jew 79495804. Tista' żżur il-websajt www.pauljon13.com Nigwidak għal ħajja aħjar. Namaste. Trid issir taf lil PaulJon aktar mill-viċin? Ħafna jaħsbu li l-oroskopju jibda mill- istilla ta' Aquarius imma dan mhux il-fatt, iżda l-kalendarju taż-żodijau jibda propju mill-istilla ta' Aries u dan nibda ninforma aktar għaliex fil-perjodu ta' Aries tkun fiż- żodijaku tagħha li huwa sad-19 t'April. L-istilel bħal Taurus, Cancer, Virgo, Pisces u Sagittarius f 'dawn il-ġimgħat għandhom jaraw żmien pożittiv u dak li kien jidher diffiċli issa jista' jibda jintlaħaq u jaraw li jistgħu javvanzaw aktar f 'dak li hemm madwarhom. Ta' kurżità kbira li l-istilla Aries tibda mal- bidu tal-istaġun tar-rebbiegħa u dan huwa fattur importanti ħafna għal dawk Arjani! Imwassal lilkom minn PaulJon www.pauljon13.com Mistoqsija: Il-kalendarju taż-żodijaku minn fejn jibda? Capricorn, Aquarius jew Aries? Ewwel 7 risposti tajbin jirbħu xahar b'xejn il-gazzetta ILLUM bil-posta b'kollox Ibagħtu t-tweġiba b'Sms fuq 99013600 Namaste Jibda ż-żodijaku ta' Aries Kompetizzjoni