Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050
Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 | illum Sports 27 Ritratt - Dominic Borg Kollox lest għall-24 edizzjoni tal-Pembroke- Swieqi Road Races WAQT konferenza stampa li saret fil- jiem li għaddew fl- istabbiliment Eurosport ta' Birkirkara, ingħataw l-aħħar dettalji mill- president ta' Pembroke Athleta Club, Victor Camilleri, rigward l-24 edizzjoni tal-Pembroke - Swieqi Road Races, li bħal dejjem se tkun qed tinżamm taħt l-awspiċi tal-Assoċjazzjoni Maltija tal-Atletika. Din se tkun qed tiġi organizzata nhar il-Ħadd 8 t'April fejn huwa mistenni li jipparteċipaw fiha mijiet ta' atleti. Din l-edizzjoni se tkun qed tinkludi tiġrija ta' 10km, oħra ta' 5km, mixja msejħa walkathon ta' 7km u fun run għat-tfal. It- tiġrija ta' 10km tista' tkun sfida tal-korsa, li tkopri kemm il-ftuħ tax-xagħri u arja tal-baħaar kif ukoll żoni urbani. It-tiġrija ta' 5km hija ntiża għal dawk li forsi għadhom ġodda għall-ġiri fit-tul waqt li l-walkathon issir bit-tama li tħajjar in-nies ikunu iktar attivi, allura aktar sani u kapaċi jgawdu aktar il-ħajja. Waqt li jkunu għaddejjin dawn l-avvenimenti fil- klabb ta' Pembroke Athleta u fil-madwar ikunu qed iseħħu attivitajiet tal-massa li jnisslu ferħ fost dawk kollha li jipparteċipaw. Fost dawn l-attivitajiet se tkun qed tiġi organizzata fun run intiża biex il-ġenituri flimkien mat-tfal tagħhom jieħdu pjaċir jagħmlu ġirja flimkien. Din il-Fun Run hija twila biss 1200 metru u tibda fl-10.30am wara li nofsiegħa qabel tkun saret l-aħħar tellieqa kompetittiva tal-ġurnata fl-10am, dik ta' 3km u li għaliha jidħlu f 'żewġ taqsimiet, tfal li jkollhom 12 u 13-il sena u oħrajn akbar bejn l-14 u l-15-il sena. Fit-tlielaq fit-tul, l-atleti jistgħu jirbħu numru ta' premijiet fid-diversi kategoriji li jvarjaw bejn vouchers, trofej, midalji u ċertifikati. Barra minnhekk, il-Kunsill Lokali tas-Swieqi se jippremja lill-ewwel atleta maskili u l-ewwel atleta femminili rebbiħin minn din il-lokalità. Kulma wieħed irid jagħmel biex jieħu sehem f 'dawn it-tlielaq huwa li jimla l-formoli tal- applikazzjoni li jinsabu f 'kull club tal-atletika, jew mill-Uffiċini tal- Kunsilli Lokali ta' Pembroke u tas-Swieqi, mill-club ta' Pembroke Athleta u minn bosta skejjel. Dan filwaqt li tista' ssir applikazzjoni bi ħlas online, billi wieħed jidħol fis-sit elettroniku www.pembrokeathleta. com. Kif wieħed jista' jimmaġina, l-organizzaturi ta' avveniment bħal dan li fih jipparteċipaw aktar minn 1200 persuna, jagħmlu żgur li jittieħdu l-aqwa mezzi ta' sigurtà. Għaldaqstant, Victor Camilleri, irringrazzja bis- sħiħ lill-Gwardjani lokali pprovduti mill-Kunsill Lokali ta' Pembroke u dak tas-Swieqi, kif ukoll lill-Korp tal-Pulizija. Dan filwaqt li jgħinu f 'dawn it-tlielaq se jkun hemm ukoll staff mediku, staff mir-Red Cross kif ukoll ħafna ġeituri u nies oħrajn li jservu bħala marshals matul it-tlielaq. Victor Camilleri u Rita Sare' jindirizzaw lill-media preżenti Maurice Formosa jissiġilla t-tielet rebħa konsekuttiva fit-tielet tellieqa tal-BDO Malta Cross Country National Point Series ILPARK tal-Majjistral laqa' 'l fuq minn sittin ċiklist fit- tielet tellieqa tal-BDO Malta Cross Country National Point Series tal-2018. Il-korsa li kienet esposta għar-riħ li għamel matul il- ġurnata tal-Ħadd, hija wkoll meqjusa bħala waħda mill- iktar teknika taċ-ċirkwit lokali tal-Mountain Biking. Hija wkoll mgħarufa għan-numru ta' panċers li jesperjenzaw iċ-ċiklisti, li tgħamila tellieqa kemm xejn frustranti għal xi wħud. Maurice Formosa (The Cyclist) siġġilla it-tielet rebħa konsekuttiva biex jiddefendi l-ewwel post li għandu fil- kategorija Elite. Mill-bidu, kien Formosa li stabilixxa il-pass, minn Mark Bonnici (Pro Action Volata Team), Patrick Scicluna (Mosta AF Sign Studio CC) u David Anchu Kogl. Scicluna għamel attakk assertiv biex jgħaddi kemm lil Bonnici kif ukoll lil Kogl fit-tieni dawra u żamm il-pass tiegħu biex jiżgura t-tieni post wara Formosa. Anchu Kogl jieħu t-tielet post. Marie Claire Aquilina kompliet tikkonferma il-posizzjoni tagħħa bħala l-aqwa ċiklista Maltija, fejn hi tiddomina kemm fit- tlielaq fit-toroq kif ukoll offroad. Minkejja le kellħa xi problemi żgħar fil-bidu tat-telliea, hija rrnexxila issib postha fuq quddiem meta rrnexxila taqbez lil Katerina Javaspaviete u Danica Bonello Spiteri. Il-favoriti tal-podju Lara Buttigieg u Claudine Gatt, kaġun ta' diversi problemi fuq ir-rotta ġurnata kemm xejn diżappuntanti. Fil-Kategorija Open, Francesco Sultana mexxa il-pass tat-tellieqa biex jirreġistra t-tieni rebħa tiegħu tas-Serje. Sultana kien segwit minn Martin Bonnici u Edward Rens b'inqas minn minuta u nofs tisseparhom. Ir-rebħa ta' Sultana ratu jitla' sa l-quċċata tal- Klassifikazzjoni Ġenerali. Ack Hili, li kien fuq quddiemm sofra panċer fl-aħħar dawra, izda minkejja dan, hu baqa jissielet sabiex jispiċċa it- tellieqa jżomm it-tieni post fil-klassifika ġenerali. Il-podju tal-Masters 40+ tal-Irġiel kien magħmul minn Paul Zarb, Enrico Brandamante u Domenic Cutajar filwaqt li dak tal- Masters 50+ kien magħmul minn Brian Magri u Gaetano Catania. Clive Chetcuti, Clayton Xuereb u Daniel Vella ħadu posthom fuq il-podju Juniors/T aħt it-18. It-tellieqa laqgħet ukoll tmin ċiklisti Taħt it-12 u Taħt 15il-sena, li ma qatgħux qalbhom mir-riħ li kien żied sostanzjalment meta bdew it-tiġrija tagħhom. Wara it-tellieqa, iċ-ċiklisti ġew mogħtija medalja ta'parteċipazzjoni. "Ir-Rotta tal-Majjistral hija dejjem meqjusa bħala waħda mill-iktar iebsin fis- Serje, fejn rreġistraw l-aktar ħsarat tekniċi u ċ-ċiklisti li jispiċċaw jieqfu. Minkejja dan, din hija rotta popolari. Illum aħna erġajna lqajna fostna lura grupp ta'ċiklisti mill-Latvja li rritornaw lejn Malta u t-tlielaq tagħna wara li ħadu sehem ukoll is-sena l-oħra", spjega Pierre Zammit Endrich, President, Malta Mountain Bike Association. Il-Cross Country National Point Series hija sponsorjata minn BDO Malta u appoġġjata minn PASH The Healthy Option, SIS (Carm. & Co. Ltd.), H2only (Island Beverages Ltd.), Camilleri Marine Ltd., AF Sign Studio, The Cyclist, Wheel Wizard, Magri Cycles u MTB Malta. It-tellieqa li jmiss tal-BDO Malta Cross Country National Point Series ser ssir nhar il-Ħadd 29 ta 'April. Aktar tagħrif jinstab fuq http:// www.maltamountainbike.org. mt/. Uħud mill-partċeipanti li ħadu sehem t-tielet tellieqa tal-BDO Malta Cross Country National Point Series