Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050
illum | Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 Sports 30 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn it- table football? Bdejt nilgħab it-Table Football, minn mindu kont żgħir id-dar mal-familja, peress li kienet tixbah il-logħba tal-futbol. Fis-sena 1988 kont irbaħt il-Kampjonat tal-iskola, Saint Albert the Great College, u niftakar li kif wasalt id-dar, nara rapport fuq il-gazzetta li ħa ssir kompetizzjoni, tal-juniors u seniors, li minn jirbaħhom immur jirrapreżenta lil Malta għat-tazza Ewropea ġewwa l-Belġju. Niftakar li lanqas biss kont għaddejt mill-grupp tiegħi. Dik kienet l-ewwel kompetizzjoni nazzjonali tiegħi. Minnhemm dħalt nikkompeti fil-Kampjonat Nazzjonali tat-Table Football. Irrakkonta l-esperjenza tiegħek fl- Italja u l-fatt li jkollok tivjaġġa ħafna lejn dan il-pajjiż. L-ewwel esperjenza tiegħi ġewwa l-Italja kienet mal-klabb ta' Catania fis-Serie B, fis-sena 2004, niftakar li hemm kont irbaħt il-logħob kollu tiegħi individwalment. Sena wara kelli staġun il-Belġju ma' Temploux (2005), erġajt irritornajt l-Italja fis-Serie A ma' F.Lli Bari Reggio Emilia (2006), u wara staġun, ingħaqadt ma' Perugia għal żewġ staġuni oħra sa Ġunju 2008. Minn Ġunju 2008 sal-ġurnata tal-lum erġajt ingħaqadt ma' F.Lli Bari Reggio Emilia. Dan huwa d-disa' staġun konsekuttiv ma' dan il-klabb, fejn irbaħt kull unur li joffri t-table football fix-xena internazzjonali. Fost l-oħrajn ħames Champions Leagues, fl-aħħar tliet staġuni konsekuttivi, 18-il Major, 5 Kampjonati tas-Serie A, u 3 Coppa Italia. Individwalment, kont numru wieħed fir-rankings Mondjali. Kelli żewġ finali fit-Tazza tad-Dinja Open fl-2006 u fl- 2011, waqt li kelli wkoll finali Mondjali oħra fil-kategorija tal-Veterani fl-2016. Il-vjaġġi li nagħmlu, huma parti mill-ħajja ta' kuljum, drajt u nħobb insiefer, għalkemm meta mmorru għall-kompetizzjonijiet, ftit ikollna ċans induru. X'sagrifiċċji jinvolvi t-table football? Bħal kull sport ieħor, biex tirnexxi trid tipprattika. Trid issib il-ħin biex tittrenja. Naħseb l-ikbar sagrifiċċju jagħmluh tal-familja u n-nies viċin tiegħek, għax ħafna drabi, fil- 'weekends' tkun imsiefer biex tilgħab. X'tikkummenta fuq il-fatt li bosta ma jqisux it-table football bħala sport? Sport għalija huwa meta xi ħadd jikkompeti biex jirbaħ. Kulħadd għandu l-opinjoni tiegħu, u jien nirrispetta lil kulħadd. Irrakkonta l-esperjenza tiegħek fl- atletika u fl-isquash. Barra t-table football, jien nilgħab ukoll l-isquash u bdejt ukoll l-atletika fejn qiegħed mal-Mellieħa Athletic Club. L-esperjenza tiegħi fl-isquash hija tajba, fejn nilgħab fil-Kampjonat nazzjonali. L-organizzazzjoni hija tajba. Huwa sport li trid aġilità mentali u jirrikjedi ħafna movimenti kordinati. Il-ġiri bdejtu f 'Novembru tal-2017. Tista' tgħid bdejtu bis-saħħa tat-tifel tiegħi Michael, li mmur miegħu kull nhar ta' Sibt San Alwiġi biex jittrenja l-atletika. Minn hemm ġietni l-ħajra għall-ġiri. Ħabib tiegħi Andrew Grech li huwa l-aqwa atleta Malti daħħalni mal- klabb tal-Mellieħa fejn qiegħed taħt il-gwida tal-kowċ Olandiż Has Kesra, li bil-pjan u l-motivazzjoni tiegħu qed nieħu pjaċir niġri. Ftit tas-snin ilu rbaħt iċ-Champions League mat-tim li miegħu jilgħab fl-Italja, F.Ili Bari Reggio Emila. X'kien fisser ir-rebħ ta' din it-tieni Champions League fil-karriera tiegħek u t-tielet waħda fl-istorja ta' F.Ili Bari Reggio Emila? Hija dejjem xi ħaġa sabiħa li tkun fuq in-naħa rebbieħa. Il-kompetizzjoni kienet ferm bilanċjata mill-kwarti- finali 'l quddiem, hekk kif urew ir-riżultatai fejn kien permezz ta' differnza ta' gowls aħjar u l-golden goal li ksibna dan l-unur prestiġjuż. Dak kien is-sitt staġun konsekuttiv tiegħi ma' F.illi Bari Reggio Emilia li huwa t-tim li jirrapreżenta l-familja tal-isport tiegħi, fejn flimkien irbaħna kull unur maġġuri kemm fix-xena internazzjonali kif ukoll f 'dik Taljana. Ma nistax ma nsemmix lill-captain tat- tim Saverio Bari li kien Viċi-Champion Mondjali u Champion tal-Italja, li dejjem jagħmel minn kollox biex iżomm lill-plejers kollha kuntenti u dan jirrifletti fir-riżultati miksuba. Hija diffiċli għal kull min jilgħab kontrih. Insemmi wkoll lill-plejer Spanjol, Carlos Flores li huwa l-aqwa plejer individwali li kważi dejjem jirbaħ waqt li jtik garanzija totali. Kemm-il darba jibda bħala riserva, jidħol fit-tieni taqsima fejn it-tim ikollu bżonn u jdawwar ir-riżultat. Kien hu li skorja l-Golden Goal deċisiv fil-finali taċ- Champions League. Ma nistax ninsa wkoll lil Marco Lamberti, plejer b'esperjenza vasta, tattikament tajjeb, u bla dubju l-inqas plejer ikkwotat fit-tim però mhux faċli jiġi megħlub, kif ukoll lill-plejer Emanule Licheri, li f 'dak l-istaġun kien akkwist ġdid fit-tim tagħna, plejer validissimu li kompla jsaħħaħ lit-tim. Fit-tim kien hemm ukoll Luca Cappellaci li kien indispost. Din kienet ir-raba' finali tiegħi fiċ-Champions League fejn kont tlift l-ewwel żewġ finali ma' F.illi Bari Reggio Emilia fl-2005 u ma' Perugia fl- 2006. Bla dubju l-Italja hija d-Dinja tat- Table Football, fejn il-kompetizzjoni hija kbira u dejjem trid turi l-aħjar tiegħek biex tibqa' tilgħab fit-tim! Il-livell huwa għoli ħafna u fiċ- Champions League, l-aħħar erba' timijiet kienu kollha Taljani: F.Ili Bari Reggio Emila, Pisa, Fiamme Azzure u Napoli. Dan l-unur li rbaħt ifisser ħafna għalija personali għax kien reġa' tani motivazzjoni ġdida fil-karriera tieghi fit-table football. Min-naħa 'It-Table Football huwa Sport ukoll Cristian Antony Muscat Massimo Cremona - wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa t-table football f 'pajjiżna u li barra minn dan l-isport, jipprattika wkoll l-isquash u l-atletika "Il-futur dejjem iżommni motivat. L-isport huwa parti minn ħajti. Itini sodisfazzjon kbir, joffrili sfidi ġodda kif ukoll grupp ta' ħbieb ġodda."