Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 30 of 31

Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 | illum Sports 31 l-oħra, għall-klabb li miegħu nilgħab kien unur mistħoqq. Nemmem li għandna l-aqwa tim fid-dinja. Matul is-sena li għaddiet erġajtu ġejtu inkurunati Champions Ewropej. Tina iktar dettalji. Bħala F.Ili Bari Reggio Emilia qegħdin niktbu l-istorja tat-table football. Aħna l-uniku klabb li rbaħna din il-kompetizzjoni sitt darbiet u għat-tielet darba konsekuttiva. Aħna tim li iktar ma nirbħu, iktar irridu nirbħu! Fit-triq għall-finali eliminajna lit- timijiet kollha Taljani liema fatt jikkonferma is-saħħa tat- tim. Dan kien id-disa' staġun konsekuttiv tiegħi ma' F.Ili Bari Reggio Emilia. Huma l-familja sportiva tiegħi. Il-president Saverio Bari, jagħmel kollox għalina, biex b'hekk iħallina trankwilli, u nikkonċentraw biss fuq il-logħob. Kif tqis il-livell tat-table football f 'Malta meta kkumparat ma' dak tal-Italja? Il-livell tat-table football ġewwa Malta huwa kbir komparat mal-ftit plejers li fadal nilagħbu. Però huwa fatt li fl-opinjoni tieghi, hawn Malta bqajna bl-istess plejers għal ħafna snin. Issa hemm proġett mill-Malta Table Football Sports Association biex nintroduċu table football fl-iskejjel u nisperaw fil- pożitiv minn din l-inizjattiva. Irrakkonta l-esperjenza tiegħek fin-Nofs Maratona ta' Malta ta' din is-sena. Din għalija kienet l-ewwel esperjenza fin-Nofs Maratona ta' Malta li għanda distanza ta' 21.1km. Irnexxieli nagħmilhaf 'ħin ta' 1.54.17 b'passta' 5.23min/km. Sodisfatt ħafna b'dan il- ħin meta tqis li bdejt niġri biss tliet xhur ilu. Qed inkompli naħdem biex intejjeb il-ħin. Issa li qed nieħu pjaċir niġri, propju llum il-Ħadd 25 ta' Marzu sejjer nagħmel in-Nofs Maratona ta' Liverpool ġewwa l-Ingilterra. Irrakkonta l-esperjenza tiegħek meta rbaħt l-unur tal-iSportiv tas-Sena lura fl-2010. L-esperjenza meta rbaħt l-iSportMalta Award fl-2010, kienet sabiħa mmens. Qisu lbieraħ! F'dik is-sena wkoll it-tim Malti tat-Table Football li jien kont nifforma parti minnu, rebaħ l-unur tat-Tim tas-Sena wara li konna rbaħna t-Tazza tad-Dinja ġewwa l-Ġermanja, waqt li rbaħna wkoll l-Unur tal-Uffiċjal tas- Sena. Naħseb li dik kienet sena staordinarja għall-Malta Table Football Sports Association. Huwa frott ta' dak li tkun għamilt matul is-snin ta' qabel. Trid tifhem kemm-il sagrifiċċju u kemm-il siegħa tkun għamilt tipprattika. Dakk kien mument tad-deheb għalina! Fl-aħħar iżda mhux l-inqas, kif qed tħares lejn il-futur tiegħek fit-table football? Il-futur dejjem iżommni motivat. L-isport huwa parti minn ħajti. Itini sodisfazzjon kbir, joffrili sfidi ġodda kif ukoll grupp ta' ħbieb ġodda. Ritratti: James Bianchi ukoll għax fih tikkompeti biex tirbaħ' Huwa wieħed mill-aqwa plejers li qatt ipproduċa t-table football f 'pajjiżna. Jipprattika wkoll l-isquash u l-atletika. Rebaħ dak kollu li għandu x'jori t-table football kemm f 'pajjiżna kif ukoll barra minn Malta. Massimo Cremona "Il-livell tat-table football ġewwa Malta huwa kbir komparat mal-ftit plejers li fadal nilagħbu. Però huwa fatt li fl-opinjoni tieghi, hawn Malta bqajna bl-istess plejers għal ħafna snin."

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018