Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 6 of 31

7 Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet X'inhuma eżattament is-sanzjonijiet tal-Istati Uniti fuq l-Iran? Għaliex impona dawn il-miżuri? X'kundanna jista' jaff aċja l-biljunarju Iranjan Hasheminejad? l- ILLUM tagħti d-dimensjoni internazzjonali fuq l-istorja tal-ġimgħa.. DIN il-ġimgħa ġriet l-aħbar li ċ-Ċerpersin ta' Pilatus Bank Ali Sadr Hasheminejad ġie arrestat fl-Amerika. Hasheminejad hu dak ir-raġel li deher ħiereġ bil-bagalji mill-Bank Pilatus fil-ħemda tal-lejl wara l-allegazzjonijiet ta' 'Egrant' mill-blogger Daphne Caruana Galizia. Fost is-sitt akkużi kontra Hasheminejad hemm li ħejja skema biex jevadi sanzjonijiet tal-Istati Uniti fil-konfront tal-Iran u li mexxa b'mod illegali $115 miljun imħallsin minn kuntratt fil-Veneżwela, mill-Istati Uniti. Minn dawn ibbenefikaw persuni u entitatjiet Iranjani. Bażikament dawn is-sanzjonijiet huma restrizzjonijiet ekonomiċi fuq kommoditajiet li l-pajjiż ikun jiddependi fuqhom. Idealment, jekk is-sanzjoni tolqot fil-laħam il-ħaj, il-pajjiż suġġett għas-sanzjonijiet jagħmel bidla fil-politika tiegħu jew inkella jsib mod ieħor biex idur magħhom. Ir-relazzjoni fraġli tal- Istati Uniti mar-Repubblika Iżlamika tal-Iran, tmur lura għall-1979 meta faqqgħet il-famuża kwistjoni diplomatika bejn iż-żewġ nazzjonijiet li waslet biex grupp ta' studenti Iranjani li kien jappoġġjaw ir- Rivoluzzjoni Iżlamika Iranjana daħlu fl-ambaxxata tal-Istati Uniti f 'Tehran u żammew ostaġġ 52 Amerikan għal aktar minn 444 jum. Dak iż-żmien l-Istati Uniti kienet iffrizat l-assi tal-gvern Iranjan fl-Istati Uniti. Il-friża tal-assi mbagħad evolviet f ' 'embargo' kummerċjali sakemm ġie ffirmat ftehim mal-Iran fl-1981. Sitt snin wara jiġifieri fl- 1987, l-Istati Uniti reġgħu imponew 'embargo' ġdid fuq prodotti u servizzi Iranjani minħabba li skonthom l-Iran kien qed jappoġġja terroriżmu internazzjonali. Fl-1997 l-Amerikani marru pass oltre u prattikament projbixxew l-attivatijiet kollha ta' kummerċ u investiment mal-Iran minn persuni fl-Istati Uniti. Fis-snin riċenti s-sanzjonijiet tal-Istati Uniti fil-konfront tal-Iran kienu bbażati fuq l-aċċess tal-Iran għat-teknoloġija nukleari. Għall-aktar minn darba, l-Iran iddikjara li jixtieq ikollu l-kapaċità teknoloġika nukleari għal skopijiet paċifiċi b'mod speċjali għall-impjant nukleari. Madankollu, l-istess teknoloġija li tħaddan tista' tiżviluppa aktar forom puri li bihom jinħoloq għodda għal bomba nukleari. Fl-2015 l-Istati Uniti, ir- Renju Unit, Franza, iċ-Ċina, ir-Russja u l-Ġermanja laħqu ftehim mal-Iran biex dan jillimta l-użu tal-programm nukleari tiegħu u b'riżultat ta' hekk jidgħajfu s-sanzjonijiet internazzjonali. Il-ftehim 'Joint Comprehensive Plan of Action' jew kif inhu magħruf aħjar l-Iran Nuclear Deal kien ikritikat minn ħafna fosthom il-45 President Amerikan Donald Trump li kien iddeskrivieh bħala 'l-agħar qbil li qatt intlaħaq.' Wara dan il-qbil, l-Istati Uniti imponew diversi sanzjonijiet ġodda kontra l-Iran li wħud minnhom huma kkundannati ferm mill-Iran hekk kif skonthom huma ksur tal-ftehim li kien ġie ffirmat. Is-Sid tal-Bank Pilatus kien arrestat fuq l-akkużi li pparteċipa fi skema biex jevadi sanzjonijiet u li illegalment mexxa $115 miljun imħallsin minn kuntratt fil-Veneżwela minn sistema finanzjarja fl-Istati Uniti.Huwa qed ikun akkużat illi prova jiffroda lill-Istati Uniti u li jikkommetti ħasil ta' flus. B'kollox, hu jista' jeħel madwar 120 sena ħabs. Ara wkoll paġni 8 u 9 Revoluzzjoni, terroriżmu u s-saħħa nukleari… l-istorja wara s-sanzjonijiet lcarter@mediatoday.com.mt Liam Carter Fl-1997 l-Amerikani marru pass oltre u prattikament projbixxew l-attivatijiet kollha ta' kummerċ u investiment mal-Iran minn persuni fl-Istati Uniti. L-attakk tal-istudenti Iżlamiċi fuq l-Ambaxxata Amerikana f 'Tehran, 1979

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018