Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 7 of 31

Aħbarijiet 8 illum | Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 Pilatus: Minn Efimova u Egrant Il-Bank Pilatus mhux illum l-ewwel li smajna bih. Fil-fatt smajna bih ħafna drabi fl -aħħar sena. L-ILLUM tagħti ħarsa lejn dak kollu li ġara u dawk kollha li ssemmew qabel l-arrest taċ-Ċermen tal-Pilatus SA ftit zmien ilu l-Bank Pilatus, ħadd qatt ma kien sema' bih. F'daqqa waħda dan spiċċa f 'nofs bosta kontroversji politiċi u parti minn inkjesta maġisterjali li l-eżitu tagħha, taf tkun assolutament diżastruża għal parti politika jew oħra. Din il-ġimgħa, bl-arrest ta' Ali Sadr Hasheminejad reġgħet qamet diskussjoni sħiħa dwar il-bank Pilatus, l-istejjer li kienu ħarġu dwaru, il-fatti dwaru, il- kontijiet li kien hemm fih u anke eks impjegata tiegħu partikolari; Maria Efimova. L-ILLUM tat ħarsa lejn l-istorja kollha li titratta il-Bank f 'Malta u dak kollu li ntqal u kien irrapportat kemm mill-gazzetta ILLUM kif ukoll minn diversi ġurnali u bloggs oħrajn. Japplika u jiftaħ il- bank Bħal kwazi f 'kull ħaġa oħra li tmiss mal-politika f 'Malta l-fatti għandhom ħabta jkunu oskurati. X'inhuma l-fatti dwar il-ftuħ tal- Pilatus Bank f 'Malta? L-applikazzjoni biex dan il- Bank jiftaħ u jopera f 'Malta beda fl-2012, dak iż-żmien taħt Gvern Nazzjonalista. Il- gazzetta ILLUM kienet fil- fatt żvelat dan lura f 'Mejju tas-sena l-oħra u kienet irrappurtat ukoll li kien il- Ministru tal-Finanzi ta' dak iż-żmien Tonio Fenech li ltaqa' u ħeġġeġ lil Hasheminejad biex jinvesti f 'bank privat bħala parti mill-politika biex is-settur finanzjarju f 'pajjiżna jissaħħaħ. Mas-sit illum. com.mt iżda din il-ġimgħa Fenech ċaħad illi qatt iddiskuta din il-materja maċ-Ċermen tal-Bank Pilatus, għalkemm ma ċaħadx illi f 'xi punt meta kien Ministru ltaqa' mal- istess Ċermen. Dokumenti tal-MFSA, li fil-fatt kienu ppubblikati fuq l-istess illum.com.mt juru li r-reġistrazzjoni tal-Pilatus saret fis-6 ta' Diċembru 2013 u ħarġet il-liċenzja tal-Bank fis-6 ta' Awwissu 2018. Dokument ieħor juri li fil- fatt liċenzja oħra li ngħata l-Bank (Trading Licence) kien fl-2014 u dan biex seta' jopera. Jiġifieri l-fatti juru li l-proċess beda taħt Gvern tal-PN, imma l-liċenzjar u l-operazzjoni seħħ taħt Gvern Laburista. Egrant u bagalji li Hasheminejad ħareġ bihom billejl L-ewwel darba li dan il-bank verament spiċċa fuq il-midja u litteralment fuq fomm kulħadd kien nhar l-20 ta' April 2017. Fil-fatt minuta eżatt qabel it-tmienja ta' filgħaxija Daphne Caruana Galizia ippublikat storja illi fiha kien hemm miktub hekk; "Fil-kċina f 'Pilatus bank hemm 'safe' b'ċerti 'files' u anke dokumenti ta' segretezza estrema. Is-safe kien ikun fl-uffiċċju tal-Kap Eżekuttiv, imma għal xi raġuni tneħħa... f 'dan is-safe hemm dokumenti ta' klijenti Russi u ta' Maltin esposti politikament (PEPs) inkluż John Dalli... u Keith Schembri." Imbagħad Caruana Galizia kienet kompliet billi qalet illi dan is-safe kien fih ukoll dikjarazzjoni li turi illi l-ishma tal-kumpanija fil- Panama Egrant Inc jinsabu f 'isem Michelle Muscat. Minn hemmhekk Malta xegħlet b'diskussjoni, dibattiti, argumenti u kampanja politika sħiħa b'din l-aħbar tkun imxerrda minn kważi 22,000 persuna. F'daqqa waħda l-attenzjoni ta' Malta, intefgħet fuq dak il-bini kbir f 'Ta' Xbiex fejn hemm il-Bank Pilatus. Iktar tard ġurnalisti tal- midja tal-PN kienu marru fil-post fejn għall-ewwel darba deher Ali Sadr Hasheminejad, persuna li sa dakinhar ħadd, qatt ma kien sema' bih. Hu deher ħiereġ b'żewġ bagalji. Minn hemmhekk, qamet diskussjoni sħiħa dwar x'seta' kien hemm f 'dawn iż- żewġ bagalji. Partitarji Nazzjonalisti u bosta magħhom sostnew li Hasheminejad kien qed jittrasporta dawn il-famużi dokumenti mill-Bank Pilatus. Partitarji Laburisti u ħafna magħhom fakkru illi Bank ikollu tranżazzjonijiet li jsiru b'mod elettroniku mhux bil-karti. Il-Bank Pilatus sostna li is-sid tiegħu kien għadu ġej mis-safar. L-għada f 'atmosfera politika tqila u mimlija suspetti, l-PM kien sejjaħ għal inkjesta maġisterjali dwar l-allegazzjoni ta' Caruana Galizia. Max-xandir tal-Istat, l-istess Hasheminejad kien qal illi l-Bank kien offra mal-20 ġurnata f 'filmati CCTV li minnhom l-inkjesta kellha tiddeċiedi jekk fil- fatt infetħux il-bagalji jew itteħdux xi dokumenti mill- Bank. Jinfetaħ libell, libellun kontra Daphne Caruana Galizia Minkejja li kienet irrapportata nhar il- 31 ta' Jannar, ftit wara l-allegazzjonijiet dwar Egrant il-Bank Pilatus fetaħ libell kontra Daphne Caruana Galizia, nhar it-8 ta' Mejju, fil-Qorti Superjuri ta' Maricopa County, fl-istat tal-Ariżona. Il-libell, li sar minn Hasheminejad, kien se jitla' għall-miljuni ta dollari a skapitù ta' Caruana Galizia. Il-Bank Pilatus kien akkuża lil Caruana Galizia illi ġabet ruħha b'mod malizzjuż, opressiv u saħansitra razzist. Punt numru 33 fil-libell jgħid illi Daphne Caruana Galizia qed tkun akkużata illi intenzjonalment "immiżapproprijat u ppubblikat informazzjoni kunfidenzjali, inkluż ismijiet ta' klijenti tal-Bank." Dan il-libell fil-forma ta' SLAPP wassal biex id-Deputat Nazzjonalista Jason Azzopardi jressaq leġislazzjoni biex Malta ma tirrikonoxxix libelli li jsiru barra mill-pajjiż, bil-għan li l-libell minnu nnifsu jkisser lid-dar tal-midja finanzjarjament. Titfaċċa Maria Efimova, eks impjegata ta' Pilatus Imbagħad tfaċċa l-isem Maria Efimova, li din il- ġimgħa wkoll issemmiet fil-midja. Waqt li l-pajjiż kompla għaddej b'dibattitu jaħraq fost botti, risposti u dimostrazzjonijiet, nhar it- 28 ta' April Daphne Caruana Galizia fi blogg ieħor qalet illi din il-Whistleblower kienet telgħet tixhed quddiem il-Maġistrat Aaron Bugeja. Caruana Galizia dakinhar żvelat ukoll li din kienet eks impjegata tal-Bank Pilatus u li damet quddiem il-Maġistrat Bugeja tliet sigħat. Hija qalet ukoll li kienet qed tikteb il-blogg bil-permess tagħha. Is-sit illum.com.mt jiżvela wkoll li din il-mara kienet tkeċċiet mill-Bank f 'Marzu 2016 u qed tiġi mfittxija talli użat fondi mill-bank għal skopijiet privati. Kien żvelat ukoll kif kienet diġà ġiet investigata mill-pulizija u kienet il-Qorti li akkużata bi frodi u rapporti foloz. Min-naħa tagħha, Efimova dejjem sostniet illi hi qatt ma tħallset ta' internship li kienet għamlet mal-Bank Pilatus. Il-Bank ċaħad u sostna illi din kienet allegazzjoni 'falza'. Il-Bank akkużaha wkoll u allega illi fi proċess ta' 'booking' tal-lukanda fil-Ġermanja hi bbukkjat kamra addizzjonali għaliha u tellgħet lill-familja għall- ispejjeż tal-bank. Kien żvelat ukoll kif il-mara kienet biddlet l-avukat tagħha u sussegwentement beda jidher għaliha avukat mill- uffiċċju ta' Ann Fenech. L-għada, Caruana Galizia qalet li mhux veru illi Efimova wettqet reat ta' frodi u spjegat din kienet ħadmet għal tliet xhur għall- Pilatus u qatt ma tħallset, anke jekk kienet imwiegħda li se tirċievi l-paga permezz tal-posta. Caruana Galizia kienet kitbet hekk: "Malli l-Bank sar jaf bir-rapport, huma (il-Bank Pilatus) mill-ewwel fetħu rapport b'ritaljazzjoni kontriha u agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018