Illum previous editions

illum 25 March 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/958050

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Il-Ħadd 25 ta' Marzu 2018 | illum Aħbarijiet Egrant sa' Ċermen f 'baħar ta' inkwiet akkużawha li kienet qed tuża l-flus tal-bank biex issiefer mal-familja... żammewha f 'ċella minn filgħodu sa filgħaxija..." U l-Bank Pilatus min kien jużah? Min huma l-allegati klijenti? Hemm diversi stejjer dwar il-klijenti jew l-allegati klijenti tal-Bank Pilatus. Naraw min huma: It-tfal ta' Aliyev: Nhar it-23 ta' April, jiġifieri qabel ma bdiet l-istorja kollha dwar Egrant, fuq il-blogg tagħha Daphne Caruana Galizia kienet allegat illi skont sorsi li kellmuha tnejn, minn madwar tliet klijenti kbar tal-bank, huma Heydar Aliyev u Leyla Aliyeva. Iben u bint Ilham Aliyev. Hija kienet qalet ukoll li l-akbar klijent huwa Kamaladdin Heydarov, Ministru fl-Ażerbajġan. Il-familja Aliyev, hija waħda li għandha ġid u poter kbir ħafna. Mart Ilham Aliyev hija sidt fondazzjoni li kellha kontroll sħiħ ta' AtaHolding. Il-bniet ta' Aliyev kienu jikkontrollaw kumpanija inkorporata fil-Panama u tnejn oħrajn fil-British Virgin Islands. L-Ażerbajġan ftit kellha rabta ma' Malta għajr għal iktar kmieni fl-ewwel leġislatura ta' Gvern Laburista illi matulha kien iffirmat ftehim mal-ġgant tal-enerġija mill-Ażerbajġan SOCAR, li kien ifisser il-bini tal- Power Station il-ġdida li taħdem bil-gass f 'Delimara. Iktar kmieni kienet saret laqgħa bejn Aliyev u Muscat fi żjara li ma kinitx miftuħa għall- midja. L-argument li dan il-bank jiddependi minn numru żgħir ta' nies u mill-Ażerbajġan kien ikkonfermat mid- Deputat Chairman tal- Bord tal-Gvernaturi tal-FIAU Anthony Buttigieg. Mistoqsi minn numru ta' MEPs li ġew Malta huwa kien qal hekk; "...ninsabu konxji li l-Bank Pilatus għandu kontijiet direttament jew indirettament ta' persuni mill-Ażerbajġan, kif ukoll depożiti sinjifikati minn persuni mill-Ażerbajġan. Fuq il-bażi ta' dan qed nagħmlu aktar verifiki." John Dalli: L-istess rapport tal-MEPs ippubblikat iktar kmieni din is-sena żvela kif l-eks Ministru Nazzjonalist, eks Kummissarju Ewropew u eks Konsulent tal- PM Joseph Muscat seta' kellu kont f 'dan il-Bank. Fil-fatt l-FIAU, kienet ikkonfermat, illi "hu (Dalli) jista' jkollu kont mal-bank (Pilatus), bħala resident ta' nazzjonalità Maltija." Dalli kien ikkonferma li kellu dan il-kont mas- sit LovinMalta iżda ġie rrappurtat jgħid ukoll li ilu li ngħalaq dan il-kont. Josè Eduardo Paulino: Nhar l-24 ta' April Daphne Caruana Galizia kien kitbet blogg illi fih qalet li iben id-Dittatur tal-Angola Josè Eduardo Dos Santos, Josè Eduardo Paulino huwa klijent ta' dan il-bank ukoll. Hija kienet kitbet li kmieni fl-2016 avukati Portugiżi kienu għamlu arranġamenti mal-Bank Pilatus għal kont ta' kumpanija fil-Portugall. Caruana Galizia kienet qalet ukoll li ftit ġimgħat wara żewġ rappreżentanti tal-kumpanija kienu ġew Malta fejn allegatament kellhom laqgħa mal-Bank Pilatus u li fiha infurmaw lil bank li l-ishma tal- kumpanija Portugiża issa għaddew għand id-dittatur Dos Santos. "Minflok għalqu l-kont, il-Kap Ezekuttiv tal-Bank qallhom li mhux problema." Brian Tonna u Keith Schembri: Fl-eqqel tal- allegazzjonijiet dwar Egrant u ftit biss qabel ma tħabbret id-data tal-elezzjoni l-eks Kap tal-Oppożizzjoni Simon Busuttil kien organizza konferenza tal- aħbarijiet illi matulha kien għamel allegazzjonijiet serji dwar Brian Tonna u Kieth Schembri, li dawn it-tnejn ċaħdu bil-qawwi. L-allegazzjoni kienet li Brian Tonna rċieva €166,831 fi ħlasijiet ta' riferiment mill-bejgħ tal-passaporti (Individual Investor Programme). Hu allega li għandu provi li juru illi Tonna rċieva dawn il-flus fil-kont li għandu f 'Pilatus għall- kumpanija fil-British Virgin Islands u li kien sar, allegatament, trasferiment ta' €100,000 minn dawn liċ-Chief of Staff tal- Prim Ministru, f 'kont li dan għandu/kellu fil- Bank Pilatus. Kemm Tonna kif ukoll Schembri ċaħdu u bdew proċeduri ta' libell. Schembri sejjaħ dawk ta' Busuttil; "parti minn kampanja ta' gideb". Negarin Sadr: Għal darb'oħra kient Daphne Caruana Galizia fi blogg miktub nhar il-21 ta' April li allegat illi f 'Marzu 2016 il-Bank Pilatus irċieva struzzjonijiet biex jinfetaħ kont għal Negarin Sadr, oħt Ali Sadr Hasheminaja. Hija qalet illi allegatament mal- $1 miljun għaddew bħala self lil Negarin minn dan il-kont. Kompliet issostni wkoll illi kif allegatament kien hemm struzzjoni oħra li $400,000 jgħaddu mill-kont ta' Nagarin Sadr għal ta' mara li għandha negozju f 'New York. Caruana Galizia kienet allegat li din hija Michelle Buttigieg. Buttigieg hija ħabiba ta' Michelle Muscat. Il-gazzetta Maltatoday nhar it-22 ta' Jannar ta' din is-sena żvelat kif il- Maġistrat Aaron Bugeja kien qed ifittex assistenza forensika mir-Renju Unit dwar din l-allegazzjoni partikolari. 130 b'€300 miljun: Naturalment din l-informazzjoni hija dik pubblika s'issa. L-FIAU stess qalet li l-Bank Pilatus għandu mal-130 klijent b'depożiti ta' €300 miljun. David Casa jitlob għar-revoka... L-MEP Nazzjonalista David Casa talab lill- Bank Ċentrali Ewropew (ECB) biex jintervjeni u tiġi revokata l-liċenzja tal-Bank Pilatus. L-MEP Nazzjonalista appella lill-ECB biex juża l-poteri disponibbli biex tiġi revokata l-liċenzja lill- bank, speċjalment wara li l-Parlament Ewropew approva r-riżoluzzjoni dwar is-saltna tad-dritt f 'Malta. Filwaqt li qatt ma kien hemm dan it-tip ta' preċedent, David Casa qal li l-Bord tas-Superviżjoni tal-Bank Ċentrali Ewropew għandu jagħmel użu mill-Mekkaniżmu tas- Superviżjoni u jintervjeni. ...L-arrest taċ-Ċerman Hasheminejad L-aħħar żviluppi fil- każ tal-Bank Pilatus seħħew din il-ġimgħa meta Hasheminejad kien arrestat fl-Istati Uniti fuq sitt akkużi serji li jistgħu jarawh iqatta' l-bqija ta' ħajtu l-ħabs jekk jinstab ħati. Huwa kien arrestat fuq l-akkuża ta' konfoffa biex ikun frodat l-Istati Uniti għandha piena massima ta' ħames snin. L-akkuża dwar konfoffa li jikser l-IEEPA li għandha piena massima ta' 20 sena, dik ta' frodi tal-bank, b'piena massima ta' 30 sena, l-akkuża ta' konfoffa biex isir frodi tal-Bank, b'piena massima ta' 30 sena, dik ta' ħasil ta' flus b'piena massima ta' 20 sena u dik ta' konfoffa biex isir ħasil ta' flus, b'piena massima ta' 20 sena. L-akkuża ddur ma' żewġ kumpaniji li Hasheminejad qed jingħad li ħoloq biex iservu ta' front u għalhekk jgħatti l-fatt li parti mill- flus li kienu deħlin f 'dawn il-kumpaniji kienu qed imorru għand kumpaniji jew persuni Iranjani, kontra l-liġi tal-Istati Uniti.

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 25 March 2018