Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 10 of 31

11 Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet jirrakkontaw il-vjaġġ tad-Dumnikani u l-Belt Valletta sagri u anke vestwarju, impoġġija f 'sekwenza b'tali mod li jirrakkontaw l-istorja. Il-wirja tinfirex ukoll fiż- żewġ oratorji mill-isbaħ li jinsabu f 'dan il-kunvent, jiġifieri dak tal-Frattellanza tar-Rużarju u dak tas- Sagrament. Għad-dilettanti tal-affarijiet sagri, fl-Oratorju tar- Rużarji wieħed isib diversi oġġetti li jintużaw matul is-sena liturġika fil-knisja tad-Dumnikani, fosthom kalċijiet, ir-relikwarju tal- festa u Bambini antiki, li jissimbolizzaw l-appoġġ spiritwali li d-Dumnikani dejjem offrew lill-komunità Beltija, iżda mhux biss. Fil-fatt, fl-istess oratorju wieħed isib ukoll oġġetti, fosthom bewwiesa u anke kurċifiss li kienu jintużaw mill-fratelli tar-Rużarju waqt li kienu jkunu qed jakkumpanjaw lil dawk ikkundannati għall-mewt fl- aħħar sigħat ta' ħajjithom. Id-Dumnikani kienu wkoll viċin ħafna tal-komunità Beltija fi żminijiet diffiċli, fosthom fi żmien il-pesta. Il-wirja tirrakkonta dan billi tesebixxi d-digriet li għolla lill-knisja tad-Dumnikani għad-Dinjità ta' Bażilika u anke l-privileġġ tal-muzzetta li jilbsu l-patrijiet fl- okkażjonijet speċjali. Fil-fatt, dawn iż-żewġ 'privileġġi' kienu ngħataw mill-Vatikan b'rikonoxximent għas-servizz li d-Dumnikani taw fiż- żmien ikrah tal-pesta. L-aktar Dumnikan 'kurjuż'... Forsi wieħed mill-aktar oġġetti interressanti f 'din il-wirja mhuwiex xi kalċi jew xi pittura ta' Preti jew Calì, iżda ktejjeb żgħir li fih talb u l-liturġija bl-Għarbi, xi ħaġa rari jew mhux unika wkoll. Dan kien tal-famuż Padre Ottomano, li l-istorja tiegħu trid wirja waħedha biex tirrakkontaha. Fil-qasir, skont il-Kavallieri tal-Ordni ta' San Ġwann dan kien l-ewwel tifel tas-Sultan Ibrahim, u allura l-eredi tat-tron Ottoman. Dan kien inħataf mill-Ordni ta' San Ġwann flimkien ma' ommu meta ħadu f 'idhom bastiment kbir fl-1644. L-istorja tirrakkonta kif dan it-tfajjel ingħata l-edukazzjoni f 'Malta u spiċċa biex sar Patri Dumnikan. Anke jekk x'aktarx mhux veru kien l-eredi tat-tron, l-Ordni ta' San Ġwann użah bħala propaganda biex juri l-qawwa tiegħu fuq l-Ottomani, tant li kienu saħansitra ppubblikati 'fuljetti' li wieħed minnhom, bi skrizzjoni Franċiża, jinsab għall-wiri fil-kuritur tal- kunvent. Padre Ottamano, li dwar l-istorja tiegħu hawn kotba sħaħ, għex l-aħħar snin tiegħu fil-kunvent tal-Belt. Insomma, kull pass f 'din il-wirja mhux biss jirrakkontalek storja iżda jippreżentalek personaġġi u oġġetti miżmuma b'għożża mid-Dumnikani u f 'kollezzjonijiet nazzjonali u li jirrakkontaw elf ġrajja. Il-wirja qed tkun miftuħa kuljum, inkluż fil-Ħdud u fil-festi mill-10:00am sal- 4:00pm. Id-dħul huwa b'xejn. Oġġetti li kienu tal-personaġġ storiku u kurjuż Padre Ottomano Għad-dilettanti tal- affarijiet sagri, fl- Oratorju tar-Rużarji wieħed isib diversi oġġetti li jintużaw matul is-sena liturġika fil-knisja tad-Dumnikani, fosthom kalċijiet, ir-relikwarju tal- festa u Bambini antiki

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018