Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799
3 Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 | illum Aħbarijiet "NEĦĦEWLNA lil Gaddafi u għamlu sew. Imma ħallewna waħedna, b'pajjiż qed jitfarrak" u "l-Libja huwa pajjiż imkisser, m'hemmx argumenti." Hekk sostnew kemm Osama Ben Zeglem Ben Zaglam u l-eks Ministru tal-Affarijiet Barranin George Vella rispettivament meta kkunttatjati minn din il- gazzetta dwar is-sitwazzjoni fil-pajjiż ġar tagħna. Il-ġimgħa l-oħra din il- gazzetta rrappurtat l-istat ħażin li fih jinsab il-Libja, il-pajjiż illi minnu ġejjin ħafna mill- immigranti Afrikani. "In-nies qed ikunu trattati ta' mogħoż, f 'dawn iċ-ċentri ta' detenzjoni mmexxijin minn gruppi armati li jieħdu l-flus mingħand l-immigranti, biex dawn ikunu jistgħu jaqsmu l-baħar Mediterran," sostna l-eks Ministru Vella li jfakkar kif sal-2017 madwar il-Libja kien hemm mat-30 ċentru ta' detenzjoni. Ifakkar kif fil- każ ta' iktar minn nofshom, il-Kummissarju Għoli tan-Nazzjonijiet Uniti għar- Refuġjati (UNHCR) lanqas biss kellu aċċess għalihom. "L-istejjer f 'dawn iċ-ċentri huma tal-biża'. Stejjer ta' swat, stupru u kull tip ta' abbuż. Dak li jiġri fihom huwa tal-biża'," sostna Vella. Mal-ILLUM jispjega kif minkejja li ċ-ċentri ta' detenzjoni naqqsu, wieħed ma jafx kemm hemm postijiet bħal kantini illi fihom qed jinżammu diversi immigranti. It-trasparenza hija importanti Intant, Vella hawnhekk idawwar ħarstu fuq l-għaqdiet non governattivi (NGOs). Huwa jinsisti illi dawn jinsabu f 'dilemma, għax filwaqt li jkunu qed isalvaw il-ħajjiet tan-nies, min-naħa l-oħra jagħmlu l-ħajja tat-traffikanti aktar faċli għax ikunu qed jassiguraw salvataġġ lill-immigranti. Salvataġġ assigugurat ifisser li aktar immigranti jitħajru jaqsmu l-Mediterran, li jfisser aktar flus għat-traffikanti. Minkejja dan Vella iżda jinsisti li huwa importanti li wieħed jistaqsi minn fejn ġejjin il-flus li permezz tagħhom qed joperaw dawn l-NGOs. Mistoqsi mill-gazzetta ILLUM jekk hux qed jimplika li l-NGOs qed jaħdmu mat-traffikanti jew inkella humiex qed jitħallsu minnhom, Vella sostna li hu qed jistaqsi biss, mhu qed jasal għall-ebda konklużjoni. "X'hemm ħażin f 'li jkunu trasparenti u jgħidu minn fejn qed iġibu l-flus?" jerġa' jistaqsi l-eks Ministru. Pajjiż bla kontrolli... Nhar il-Ħadd li għadda l-gazzetta ILLUM ikkwotat rapport tal-Istitut tal-Paċi tal-Istati Uniti, b'esperjenzi miġburin minn Mark Shaw u Fiona Mangan, li juri kif il-Libja llum saret bejta tad-drogi, bi bliet prinċipali jsiru ċentru ta' traffikar tal-kokaina, eroina u metamfetamina. Ir-rapport jgħid illi s-suq tat-traffikar uman qed jaħdem dejjem iktar viċin, dak tat-traffikar tal-umani b'numru ta' Afrikani tal-Punent saħansitra mġiegħla jġorru ammont ta' drogi. Vella jikkonferma kif is- sitwazzjoni hija waħda xejn feliċi, mhux biss f 'każ ta' drogi msemmijin imma wkoll permezz ta' teħid ta' pirmli. "Il-pirmli Tramal, jintużaw bl- addoċċ, u jingħataw lil dawk li jkunu sejrin għall-ġlied," sostna Vella. Din il-pirmla traqqad l-uġigħ. "Il-pajjiż imkisser," jinsisti Vella. "Pajjiż bla kontrolli fuq il-fruntiera. Hemm min għamel kemm Alla ħalaq flus," jgħid Vella dwar t-traffikar tal-bnedmin mil-Libja, għal darb'oħra f 'argument li huwa riflessjoni tal-artiklu fuq din il- gazzetta l-Ħadd li għadda. Il-proposta li ssir elezzjoni din is-sena tħoll u torbot kollox," sostna Vella. Osama Ben Zeglem Ben Zaglam, Libjan li ilu 23 sena jgħix f 'pajjiżna imma li l-familja tiegħu għadha tgħix Tripli, sostna li l-Libja llum tinsab agħar milli kienet qabel u dan, skontu, huwa tort tal-Gvernijiet Ewropej li ma baqgħux jgħinu lil-Libja. "Pajjiżi mfarrak. Il-Libja maqsuma, nies qed imutu, il-ħin kollu, ma nafux il-flus tagħna fejn qegħdin u bla xogħol, għax jekk trid xogħol mal-gruppi armati biss tista' taħdem," isostni Ben Zaglam, li jitfa' ħafna mill-ħtija fuq il- gvernijiet Ewropej, speċjalment dak Taljan. agcunningham@mediatoday.com.mt Albert Gauci Cunningham 'Min qed jiffinanzjakom?' Vella lill-NGOs fil-Mediterran "Pajjiżi mfarrak. Il-Libja maqsuma, nies qed imutu, il-ħin kollu, ma nafux il-flus tagħna fejn qegħdin u bla xogħol, għax jekk trid xogħol mal-gruppi armati biss tista' taħdem" • L-eks Ministru Vella jiddeskrivi l-Libja bħala 'pajjiż imkisser' • Jgħid li ġellieda qed jingħataw pirmli li jillopjaw l-uġigħ • 'Il-proposta ta' elezzjoni tħoll u torbot'