Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 11 of 31

illum | Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 Intervista 12 LAIRMALTA, il-linja nazzjonali ta' pajjiżna, għal numru ta' snin għaddiet minn burraxka li ħafna ħasbu li mhux se ssalva minnha. Bejn il-kompetizzjoni ħarxa mil- low cost airlines, primarjament Ryanair u Easyjet, kif ukoll ir- realtajiet u anke l-iżbalji li saru fil-kumpanija stess, ħafna ħasbu illi l-ħajja tal-AirMalta kienet waħda qasira. Illum wieħed jista' jgħid li l-previżjonijiet huma xi ftit differenti u hemm ammont ta' ottimiżmu kawt ħafna, illi l-agħar, issa għadda. Anke jekk sal-bieraħ stess tħabbar illi l-kontrolluri se jkunu qed jaraw x'azzjoni jistgħu jieħdu, jidher illi l-Airmalta xorta qed issir għażla viabbli, bi prezzijiet iktar realistiċi u għall-but tal-ħafna. Ekonomikament, l-AirMalta hija parti importanti mis-sinsla tal-pajjiż u kontributur ewlieni għas-suq turistiku. Politikament, tista' tkun l-aktar ħaġa importanti li l-Ministru Konrad Mizzi jkun għamel, wara t-titjib fl-Enemalta. Probabilment għal Mizzi l-AirMalta hija l-opportunità tad-deheb, biex ħafna mill-kritika lejh titmewwet u juri l-aħjar kapaċitajiet tiegħu. Fid-dawl tal-aħħar riżultati pożittivi għal-linja nazzjonali tal- ajru, il-gazzetta ILLUM intervistat liċ-Chairman tal-linja nazzjonali u staqsietu dwar kif inkiseb is- suċċess, x'hemm lest għall-futur u jekk wara kollox il-Ministru Konrad Mizzi għamilx differenza fl-istrateġija ta' din il-kumpanija. L-AirMalta ħabbret żidiet qawwijin fin-numru ta' passiġġieri li użaw is-servizzi tagħha f 'Mejju u Ġunju li għaddew imqabbel mas-sena 2017. Dawn iċ-ċifri kif jikkumparaw man-numri ta' passiġġieri fis-snin ta' qabel? In-numru ta' passiġġieri qiegħed kontinwament jiżdied. Min 1.5 miljun passiġġieri fis-sena finanzjarja 2016/2017 żidna għall-1.7 miljun fis sena ta' wara. Din is-sena qegħdin naraw titjib f 'dawn il-figuri bi tkabbir ta' 42% fix-xahar ta' Ġunju komparat mal- istess perjodu s-sena ta' qabel. Kieku kellek tgħid liema inizjattiva, jew inizjattivi qed ikunu l-aktar importanti biex l-Airmalta tikseb dawn ir- riżultati, liema ssemmi? Għaliex? Bla dubju l-istrateġija tagħna ta' tkabbir qed tiġġenera dawn ir-riżultati. Fl-aħħar sena ftaħna total ta' 21 rotta. Tlieta min dawn huma rotot ma jibdewx minn Malta fejn qed noperaw bejn Katanja u Londra Southend, Calgiari u Londra Southend u bejn Katanja u Vjenna. Biż-żieda ta' dawn ir- rotot ġodda erġajna ftaħna swieq ġodda għal Malta u għall-AirMalta fosthom il-Marokk, il-Portugall u Spanja. Fil-fatt il-kumpanija kienet ilha bosta snin ma topera lejhom. Kabbarna l-flotta wkoll minn tmienja għal 10 ajruplani u anka ġibna ajruplan ġdid fjamant tat-tip Airbus A320neo. Meta ngħidu li l-Airmalta kkontribwiet għan-nofs taż-żidiet tal-passiġġieri li ġejjin Malta, minn liema destinazzjonijiet qed ngħidu li ġejjin dawn it-turisti/ passiġġieri? Dawn ġejjin minn diversi pajjiżi. Kif semmejna din is-sena ftaħna numru ta' rotot ġodda għal total ta' 36 rotta. In-numru ta' seats ġodda li qed noffru huwa ta' aktar minn 30% u għalhekk hu ta' sodisfazzjon kbir għalina li l-AirMalta din is-sena hija l-mutur ewlieni tat- tkabbir ta' turisti lejn u minn Malta. Meta int stqarrejt li l-kumpanija se 'tkompli l-proċess tar- rinovazzjoni tal-flotta' għal xiex kont qed tirreferi? Iktar ajruplani ġodda? Jekk iva, hemm xi żmien partikolari meta se nkunu qed naraw dawn l-ajruplani ġodda? Iva, bdejna proċess ta' tibdil tal-flotta fuq medda ta' snin. Diġà biddilna żewġ ajruplani fl-aħħar sena. Flimkien max-shareholders u mal-bord tad-diretturi ħadna deċiżjoni li sas-sena d-dieħla ser jkollna żewġ ajruplani ġodda wkoll tat-tip Airbus A320neo li ser jieħdu post ajruplani li għandhom 'il fuq minn 13-il sena. Kuntenti ħafna b'dan it-tip ta' ajruplan li bih mhux biss qed inkunu aktar effiċjenti u nnaqqsu tniġġis imma wkoll qed niffrankaw madwar 17% fi fjuwil. Dan l-ajruplan, filwaqt li hu aktar komdu għall-klijenti tagħna, huwa wkoll ħafna aktar silenzjuż. Kif tikkumpara s-sitwazzjoni b'mod ġenerali tal-AirMalta llum ma' dik ta' madwar sitt snin ilu? Il-kumpanija nistgħu ngħidu li qabdet it-triq finali tal-fejqan? Sitt snin ilu l-AirMalta kienet għaddejja minn proċess ta' ristrutturar maqbul mal-Unjoni Ewropea u li kien mibdi taħt amministrazzjoni preċedenti. Dan il-proċess issa għaddejnieh. Illum l-istrateġija tal-AirMalta hija bbażata fuq tkabbir, penetrazzjoni akbar fis-suq u 'customer centricity'. Barra minn hekk qed jsir investiment qawwi fit-tiġdid tal-flotta, l-operat, u fl-informatika sabiex noħolqu viżibilità aktar qawwija għall- kumpanija, aċċessibilità faċli għall- klijenti kif ukoll għas-sales force ta' Malta u ta' barra minn Malta. Fix-xhur li ġejjin nħabbru r-riżultati finanzjarji. Sas-sena l-oħra kien żvelat kif l-kumpanija AirMalta rat tnaqqis ta' 8.1% fis-sehem tas-suq lokali, filwaqt li Ryanair rat żieda ta' 37%. Din ix-xejra dawwartuha? Jekk iva, kif? L-AirMalta se tibqa' l-linja bl-akbar sehem tas-suq lokali? Iva, sena ilu konna qed nesperjenzaw tnaqqis ta' passiġġieri. Illum kif għadna li ħabbarna qed nerġgħu naraw tkabbir sostanzjali għall-AirMalta. Dan għax nemmu li l-futur għall- AirMalta hu t-tkabbir. Għalhekk nedejna diversi rotot ġodda u kabbarna l-flotta. Hekk biss nistgħu nirnexxu. Sar ħafna storbju dwar l-ikel 'on board'. Kemm se tiffranka fi flus il-kumpanija bit-twaqqif tas- servizz li kien jingħata b'xejn? Din mhix kwistjoni ta' flus imma ta' servizz u kwalità. Illum il-klijenti jippreferu l-għażla u l-kwalità u dak hu li ppruvajna nintroduċu. Nemmen li llum, wara li nedejna s-servizz il-ġdid abbord l-AirMalta s-servizz tjieb. Irċevejna ħafna kummenti pożittivi mingħand il-klijenti tagħna u mill-ammont li qed inbigħu jidher li għamilna pass 'il quddiem. Mhux ser nieqfu hawn. Qed naħdmu wkoll fuq titjib fis-servizz tal-Business Class fejn ser inbiddlu wkoll il-menù abbord u ser noffru servizz aħjar f 'din il-klassi. Qed nimmiraw li nniedu dan is-servizz fix-xitwa li ġejja. Dan huwa parti minn proċess kollu ta' 'customer centricity'. Wara li n-negozjati mal-Alitalia kienu waqgħu, il-linja tal-ajru nazzjonali tinsab f 'diskussjonijiet ma' kumpaniji oħrajn biex ikun hemm xi forma ta' privatizzazzjoni tal-kumpanija? Jekk iva, ma' min? Jekk le, għaliex? Għalissa qed niffukaw l-isforzi tagħna kollha sabiex inġibu l-AirMalta fuq saqajha u nifirxu u nkabbru n-network tagħna mal- Mediterran kollu sabiex insiru il-linja tal-ajru tal-Mediterran. Pjan ambizzjuż li nemmnu li huwa neċessarju sabiex inkabbru u nsaħħu l-kumpanija. Fl-2017, kien hemm bidla Ministerjali bil-portafoll tal- AirMalta jaqa' taħt il-Ministru Konrad Mizzi. Liema kienu dawk il-bidliet strateġiċi li għamlet il- kumpanija ma' din il-bidla u xi frott ħalliet? Wara li spiċċaw in-negozjati mal-Alitalia l-kumpanija, kif diġà spjegajt, varat strateġija ta' tkabbir intiż li tgħejnha tieqaf fuq saqajha. Il-Ministru Mizzi jagħti appoġġ sħiħ u attenzjoni partikolari lill- kumpanija AirMalta li taqa' taħt id-dekasteru tiegħu. Minn hawn nixtieq nirringrazzjah tal-fiduċja li wera fija u tas-sostenn kontinwu tiegħu. B'din il-bidla radikali qed naħdmu lejn viżjoni ġdida għal Linja Nazzjonali. Viżjoni li nkabbru l-operat, in-numru ta' passiġġieri, nidħlu fi swieq ġodda u nespandu sabiex kemm il-kumpanijna kif ukoll l-impjegati kollha tagħha jkollhom futur. Il-policy tal-Gvern hi li niżviluppaw l-AirMalta bħala l-linja tal-ajru tal-Mediterran Dan għax nemmu li l-futur għall-AirMalta hu t-tkabbir. Għalhekk nedejna diversi rotot ġodda u kabbarna l-otta. Hekk biss nistgħu nirnexxu Albert Gauci Cunningham agcunningham@mediatoday.com.mt Għalissa l-privatizzazjoni L-għasafar taċ-ċomb li ħafna ħasbu li waslu għall-mewt, jidher li qed jitrejqu ftit, ftit wara snin ta' problemi. Iċ-Chairman tal-AirMalta Charles Mangion intervistat minn din il-gazzetta dwar l-aħħar riżultati pożittivi tal-linja nazzjonali tal-ajru " "

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018