Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 8 of 31

9 Aħbarijiet Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 | illum il-kalkoli politiċi ta' Muscat u Delia u mhux b'kumbinazzjoni! F'dan il-mument diskors dwar pajjiż kożmopolitan mhux se jinżel tajjeb, ma' ħafna. Anke jekk hija viżjoni li din il-gazzetta u ħafna mill-midja taqbel magħha, il-veduti tal-midja mhux neċessarjament qed tirrifletti l-ħsieb ta' sezzjoni kbira u voċifera tal-poplu. Il-futur tiegħu fl-Unjoni Ewropea Imma naturalment, Muscat qed iħares ukoll lil hinn minn dak li huwa strettament lokali. Jekk huwa veru li qed iħares lejn karriera fl-UE u jekk għadu fiċ-ċans li jeħodha, Muscat irid joqgħod ferm attent li ma jsabbatx wisq saqajh ma' dawk li minnhom se jkun irid, meta jiġi għad-dunque. Jekk l-ambizzjonijiet ta' Muscat għadhom hemm, u probabilment għadhom, il-PM Malti mhux se jkollu l-lussu jsabbat saqajh bħal Salvini, li bil-mod il-mod qed jibni isem ħażin fiċ- ċrieki tal-poter fi Brussell. Dan ifisser li d-dilemma ta' Muscat issir ikbar. Għax jekk il-kalkulazzjonijiet lokali juruh li jekk isabbat saqajh jaqla' aktar ċapċip, filwaqt li jibda jibni fuq l-immaġini fost il-Laburisti li huwa 'Mintoff modern' fil-qasam tad-diplomazija, il-kalkulazzjonijiet Ewropej qed jgħidulu li jkun aħjar li ma jċaqlaqx wisq l-ilmijiet. Adrian Delia: Status ta' spettatur Jekk kwistjoni bħal din tolqot ukoll lill-Gvern, tolqot lill-Oppożizzjoni. Xi ftit jew wisq f 'din il-drama sħiħa fil-Mediterran, Adrian Delia l-Kap tal-PN qed jieħu rwol ta' spettatur, li sa ċerta punt hija mistennija, imma li min-naħa l-oħra ma tantx se tħallilu frott. Minkejja d-diskors kontinwu dwar il-barranin u jekk żieda fil-barranin hix se toffri theddida għall- karatteristiċi tagħna l-Maltin (id-diskors kwazi kollu nhar l-1 ta' Mejju kien fuq dan il-punt), meta qamet din il- kwistjoni donnu Delia baqa' fid-dell tal-Gvern, jaqbel miegħu, ma jistaqsix wisq mistoqsijiet u lanqas iċaqlaq wisq l-ilmijiet. Id-dilemma ta' Delia Imma anke Delia qed jiffaċċja dilemmi. Kieku jaqbad id-diskors li għamel fl-1 ta' Mejju u jgħidu llum, kelma b'kelma, il-probabilità hija li jkollu reazzjoni ħafna iktar negattiva mhux biss mill-NGOs u l-Knisja, imma wkoll minn persuni prominenti fil-PN stess. Dan ifisser illi jekk it-tħassib tiegħu dwar l-immigrazzjoni u/jew il-barranin kien sentiment reali u mhux biss attentat biex il-PN ikollu battalja li jagħmlu differenti mill- Gvern, mela allura Delia kellu jiċċaħħad milli jagħmel gwadann politiku mis-sentimenti tiegħu meta l-aktar li kellu ċans. Probabilment ikkalkula illi t-tħassib tiegħu fuq il-barranin bħalissa mhux se jakkwistalu ċapċip, daqskemm kritika. Jihder għalhekk li Delia se jħalli din il-kwistjoni fuq ħoġor il-Gvern u jħalli lilu jitlef il-voti, mingħajr ma jgħid kelma. Jekk qed jagħmel din il-kalkulazzjoni politika, jista' jkun li qed jagħmel żball. L-ewwel nett għax jista' joħroġ bħala mexxej ineffettiv li la jappella għal dawk li jridu tisbit tas-saqajn u lanqas għal dawk il-ħafna li għalihom, l-ewwel valur qabel kollox huwa l-ħajja tal-bniedem. It-tieni għax jekk qed jaħseb illi l-Gvern jitlef voti jista' u mhux jirbaħ, għandu żball. Muscat jaf jiżżerżaq u jbiddel kif meħtieġ biex iżomm il-popolarità. Jiġifieri s-silenzju mhu garanzija ta' xejn. U fl-aħħar nett il-fatt li Delia sempliċiment qal li se jaqbel mal-Gvern u waqaf hemm wera nuqqas ta' sens tat-tmexxija. Kellu ċans juża din l-okkażjoni biex juri fejn jinsab fuq il-barranin, biex jasserixxi lilu nnifsu u juri fejn inkunu fil-pajjiż fuq l-immigrazzjoni kieku Prim Minstru hemm hu. Minflok qabel mal-Gvern u la ħareġ ifuħ u lanqas jinten. U se jaffettwa r-riżultat tal- elezzjoni tal-2019? Għadu kmieni biex wieħed jasal għal din il-konklużjoni partikolari, imma jekk il-kwistjoni tibqa' tikkarga huwa probabli. Il-Partit Nazzjonalista, diġà qed jesperjenza telf ta' voti kbir ħafna skont stħarriġ tal-Mediatoday u dawk ta' Vince Marmarà, Statistiku u Riċerkatur. Jiġifieri jekk jitlef voti minħabba din il-kwistjoni wkoll ikun qiegħed f 'sitwazzjoni agħar. Wieħed ma jistax jeskludi li jikseb xi voti jekk jadotta pożizzjoni aktar iebsa, għalkemm din iż-żieda tista' tkun newtralizzata b'telf. Bis-sitwazzjoni, ħażina kif inhi, tal-PN ifisser illi probabilment ħafna mill- għeruq tal-PN u dawk li huma kuntenti bit-tmexxija ta' Delia mhux se jkunu avventurużi wisq bil-vot. Mhux se jieħdu ċans! Il-Gvern, naturalment għandu l-aktar x'jitlef. Jekk is-sitwazzjoni tibqa' li hi u Muscat ma jinexxilux isib bilanċ sodisfaċenti bejn l-aspettattiva lokali u dik Ewropea, jista' jkun li jiffaċċja telf ta' voti li jmorru għand partiti żgħar bħall- Patrijotti jew inkella lil Norman Lowell. Il-fatt li stħarriġ qed juri illi l-PL qiegħed minn fuq b'aktar minn 40,000, jista' jfisser li votanti Laburisti fl-aħħar elezzjoni u forsi tal- 2013 ukoll ikunu naqra iktar avventurużi għax jifhmu jew jaħsbu li b'maġġoranza hekk kbira għandhom il-lussu li jivvutaw lil partiti żgħar jew inkella jibqgħu d-dar. Fil-kalkulazzjoni tiegħu Muscat, jista' jara illi jekk jagħlaq il-portijiet kif ġara b'40 immigrant bejn sema u ilma, għax l-Italja u t-Tuneżija għamlu l-istess, politikament għandu iktar x'jirbaħ

Articles in this issue

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018