Illum previous editions

illum 22 July 2018

Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799

Contents of this Issue

Navigation

Page 1 of 31

2 illum | Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 Aħbarijiet SPIŻERIJI MIFTUĦIN ILLUM www.gozochannel.com GOZO FERRIES Ħinijiet tat-tluq Malta u Għawdex 9.00 - 12.00 TEMP GĦADA TEMP ILLUM SUDOKU Imla l-kaxxi vojta bin-numri 1 sa 9 f 'kull kolonna vertikali u orizzontali kif ukoll f 'kull kaxxa 3x3. Is- soluzzjoni tkun ippubblikata nhar il-Ħadd li ġej. Is-soluzzjoni tal-Ħadd li għadda 63 86 79 69 4 85 81 15 Tlugħ Nru. 733 Chemimart Pharmacy, 14, Triq Sant'Anna, Floriana San Raffael Pharmacy, 247, Triq Ħal Qormi, Marsa Pinto Pharmacy, 43, Triq San Bastjan, Qormi Rational Pharmacy, 74/75, Triq il- Wied, Birkirkara D'Argens Pharmacy, 330, Triq D'Argens, Gżira Pembroke Pharmacy, 87, Triq Giuseppe Malfeggiani, Pembroke Brown's Pharmacy, Unit 22, Triq Tigne, Sliema St. Michael Pharmacy, Misraħ tat- Transfigurazzjoni, Lija Medicine Chest Pharmacy, Triq Demitriju Farrugia, Għargħur St. Paul's Bay Pharmacy, 504, Triq il-Kbira, San Pawl il-Baħar Theresa Jo Pharmacy, 3A, Triq Xintill, Tarxien Milia's Pharmacy, 73, Triq il-Kotto- nera, Birgu Milia's Pharmacy, Triq il-Qalet C/W Triq il-Lampuka (previously "San Tumas Pharmacy"), Marsascala Gudja Pharmacy, Triq il-Kappillan c/w Triq William Baker, Gudja Kristianne Pharmacy, Triq iċ-Ċavi, Mqabba Plaza Pharmacy, 86, Triq il-Kbira, Żebbuġ St. Anthony Pharmacy, 18, Triq il- Kbira, Rabat Palm Pharmacy, 2, Triq Palma, Victoria St. John's Pharmacy, 85, Triq l-Indi- pendenza, Xewkija Airport Pharmacy, Ground Floor Arrivals Lounge, MIA Terminal, Luqa Departure Mgarr, Gozo Departure Cirkewwa, Malta L-OGĦLA: 33˚Ċ L-INQAS: 24˚Ċ TEMP: Sabiħ bi sħab għoli VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Varjabbli forza 2 għal 3 li jsir Majjistral forza 6 BAĦAR: Ħafif L-OGĦLA: 35˚Ċ L-INQAS: 25˚Ċ TEMP: Sabiħ VIŻIBILITÀ: Tajba RIĦ: Nofsinhar forza 2 għal 3 li jsir Lbiċ forza 3 BAĦAR Ħafif Investiment għal servizz tat-trasport pubbliku aktar effiċjenti ILMINISTRU għat- Trasport, Infrastruttura u Proġetti Kapitali Ian Borg żar il-bus control room ta' Malta Public Transport f 'Ħal Qormi, fejn l-uffiċjali jsegwu t-traġitti kollha tas-servizz tat-trasport pubbliku u jieħdu l-azzjonijiet neċessarji favur aktar effiċjenza u sigurtà. Ian Borg qal li diġà rajna titjib sostanzjali fis-servizz tat-trasport pubbliku fejn fil-ġurnata tal-lum għandna madwar 50 miljun vjaġġ magħmula mill-passiġġiera fis-sena. Il-Ministru Borg tenna li għalkemm dawn in-numri huma pożittivi, bħala Ministru għat-Trasport, huwa jħares 'il quddiem għal aktar titjib fis- servizz. Huwa kompla jgħid li l-investiment li qed isir minn Malta Public Transport huwa indispensabbli. L-investiment qed isir f 'diversi oqsma, fosthom ir-riżorsi umani u anke fuq it-teknoloġija. Din tal-aħħar hija importanti għaż-żminijiet tal-lum u hija indispensabbli biex wieħed ikun jista' jiggarantixxi servizz aħjar. Fl-okkażjoni tal-lum, il-Ministru kien qiegħed jappoġġja investiment ta' €0.5 miljun mill-operatur sabiex il-bus control room tiegħu ġiet imsaħħa b'għodda aħjar li jtejbu s-servizz b'mod partikolari f 'investiment speċifiku fil-komunikazzjoni ta' bejn il-control centre u x-xufiera. L-uffiċjali li jaħdmu f 'din il-faċilità jkunu qegħdin josservaw l-400 karozza tal-linja fuq il-115-il rotta li għandna f 'pajjiżna, sabiex isegwu jekk din hux qiegħda fil-ħin, u jaraw ukoll jekk ix-xufiera hux qed isegwu r-rotot. Il- controlcentre għandu iktar informazzjoni real time li tippermetti azzjonijiet iktar immedjati u b'saħħithom meta ċ-ċirkostanzi jirrikjedu. Il-Ministru Borg kompla billi qal li fost l-għanijiet ewlenin tiegħu bħala Ministru responsabbli mit-trasport, hemm il-proviżjoni ta' infrastruttura xierqa li tagħti lok għal traffiku aktar mexxej, kwalità tal-arja aħjar, u spazju li jiflaħ jinqasam bejn diversi mezzi alternattivi, sigurtà mtejba fit-toroq tagħna, u li titrawwem modal shift fil- mod kif il-Maltin, l-Għawdxin u dawk li jagħżlu li jiġu jgħixu f 'pajjiżna, jifhmu u jippjanaw it-trasport. Huwa saħaq li sabiex jintlaħaq dan l-aħħar għan, huwa ferm importanti li l-operatur, flimkien mal- gvern, jagħmlu sforzi kbar favur servizz tat-trasport pubbliku effiċjenti u sikur. Il-Ministru qal li diġà sar ħafna, u li għalkemm dan ma jfissirx li wasalna, l-isforzi qegħdin hemm u kontinwament jiżdiedu. Fost dawn huwa semma l-benefiċċju tat-trasport pubbliku b'xejn għaż- żgħażagħ kollha bejn is-16 u l-20 sena matul l-2018 u l-proġett pilota ta' Wi-Fi b'xejn fuq 50 karozza tal-linja 4 xhur ilu u 50 karozza tal-linja oħra fix-xhur li għaddew. Il-Ministru Borg fakkar li Transport Malta għandha wkoll iċ-ċentru tal-kontroll tagħha, li kif kien ħabbar aktar kmieni, issa qiegħed jopera fuq bażi ta' 24/7 u li jiffoka fuq diversi elementi fosthom fuq l-imġiba tal-vetturi fit-toroq tagħna permezz ta' cameras u komunikazzjoni kontinwa ma' uffiċjali tal-infurzar mill-istess awtorità. Bħalissa għaddej ukoll ix-xogħol sabiex jinfetaħ National Traffic Control Centre, li se jkun qiegħed itejjeb il-kwalità ta' dan il-moniteraġġ, regolazzjoni u kontroll. "Qed isir ħafna kemm mill-gvern kif ukoll mill-operatur, imma naħseb li tajjeb ngħidu u nammettu li dejjem jibqgħalna post fejn intejbu", saħaq il-Ministru. Huwa qal kif il-pass li jmiss huwa li nħarsu lejn f 'kemm jesa' t-trasport pubbliku, hekk kif dan spiċċa vittma tas-suċċess tiegħu b'żidiet kbar fil-passiġġieri. "Baqa' xi jsir, iżda ninsab kunfidenti li b'dawn l-isforzi u bl-ispinta li qegħdin nagħtu anke bħala Gvern fis-settur tat-trasport, kif ukoll l-isforzi tal-operatur, se naslu sabiex dan is-servizz li diġà ra titjib minn snin passati, ikompli jittejjeb," qal il-Ministru. Il-Ministru għalaq billi rringrazzja lix-xufiera kollha tat-trasport pubbliku għas-servizz li qegħdin jagħtu filwaqt li wassal anke r-ringrazzjament tiegħu lil dawk in-nies kollha li jużaw dan il-mezz għaliex b'hekk huma wkoll qegħdin jgħinu lill-pajjiż jiġġieled l-isfida tat- traffiku. Min-naħa tiegħu, iċ- Chairman ta' Malta Public Transport Felipe Cosmen qal li l-kamra tal-kontroll tinsab fil-qalba tal-operat tal-kumpanija, u tipprovdi viżibilità tan-network kollu in real time biex tiżgura operat sikur u effiċjenti. Huwa spjega kif fl-aħħar xhur, il-ħaddiema tal-kamra tal-kontroll żdiedu għal 25 persuna. Dawn in-nies huma mħarrġa speċifikament sabiex jikkontrollaw is- servizz u jipprovdu l-appoġġ neċessarju lix-xufiera. Fil-każ ta' incident, il-controllers jagħtu l-ewwel għajnuna u jmexxu s-sitwazzjoni b'mod rimot, inkluż permezz ta' komunikazzjoni ma' servizzi tal-emerġenza u timijiet tekniċi. Il-controllers jiġu assennjati numru ta' rotot miġbura f 'reġjuni, sabiex ikunu aktar iffukati. Huma jużaw numru ta' għodda biex jaqdu dimirijiethom, fosthom mapep, informazzjoni dwar fejn tinsab vettura partikolari, għodda għall-komunikazzjoni, filmati CCTV real time, u informazzjoni relevanti oħra. Bħala parti mit- trasformazzjoni diġitali tal-kumpanija, il-Control Room se tiġi estiża wkoll għax-xufiera kollha permezz ta' tablets li se jagħtuhom aġġornamenti real time dwar is-servizz, inkluż road diversions. Is-Sur Cosmen saħaq li s-sigurtà hija prijorità ewlenija għall- kumpanija u s-sistema ġiet aġġornata sabiex tipprovdi notifikazzjonijiet awtomatiċi ta' veloċità eċċessiva biex tippermetti lill-controllers ikunu aktar effettivi f 'xogħolhom. Dan jikkumplimenta checks tal-veloċità li jsiru fit-triq u li l-kumpanija twettaq regolarment permezz ta' speed cameras mobbli. Dan huwa kollu parti mill-isforz tal-kumpanija biex tkompli tnaqqas l-inċidenti fit-toroq, b'kisba ta' 10% tnaqqis fis- sena minn fuq is-sena ta' qabel mill-2015. "L-impenn tagħna f 'Malta huwa b'saħħtu. Aħna rridu nkunu l-għażla naturali għal individwi li jixtiequ jivvjaġġaw b'mod faċli f 'Malta billi nipprovdu servizz eċċellenti. Irridu lil Malta tkun mexxejja fejn jidħlu trasport u mobbiltà fl- Ewropa. Ninsabu kunfidenti li l-kamra tal-kontroll il- ġdida tagħna se jkollha effett dirett fuq is-servizz tagħna u ninsabu kunfidenti li aktar nies se jkomplu jagħmlu din il-bidla", għalaq Cosmen.

Articles in this issue

Links on this page

Archives of this issue

view archives of Illum previous editions - illum 22 July 2018