Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799
illum | Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 Sports 30 Kif bdiet l-imħabba tiegħek lejn il- futbol? Bħal ħafna persuni dilettanti tal-futbol, il-logħba ssir tħobbha awtomatikament. Nistqarr li dak li m'għamiltx bħala plejer minħabba raġunijiet ta' skola, xogħol u familja, irnexxieli nagħmlu bħala kowċ. Ngħid il-verità li bħala plejer ma kontx xi stilla. Għalhekk kelli x-xewqa kbira li xorta nkun involut fil-logħba. B'hekk bdejt nieħu l-kowċing bis- serjetà u llum il-ġurnata ninsab ferm għal qalbi f 'dan ir-rwol. Iżda ejja mmorru lura meta kont tilgħab bħala plejer. X'tiftakar bħala esperjenzi? Bħala karriera bdejt mal-minors ta' St George's li dak iż-żmien kienu jilagħbu fit-tieni diviżjoni. Dak iż-żmien taħt it-tmexxija tal-mibki Peppi Delceppo. Kien propju hu li tani anke ċ-ċans nilbes il-flokk ċelesti ta' raħal twelidi iżda nista' ngħid illi l-karriera tiegħi bħala plejer tal-futbol ma kinetx twila. B'hekk nerġa' ntenni illi n-nuqqas ta' suċċess li kelli bħala futbol milgħub ippruvajt nittrasferih fuq xi ħaġa teknika. Din il-ħaġa verament tatni sodisfazzjon kbir. Bħal qisni dħalt mit- tieqa flok mill-bieb! X'tippreferi li tkun plejer jew kowċ? X'differenza tgħaddi minn irwol għall-ieħor? Nippreferi r-rwol li għandi bħalissa anke jekk irrid inġorr ħafna responsabbilta' u jinvolvi ħafna preparamenti u ppjanar. Meta tkun plejer, int xogħlok tilgħab u daqshekk iżda x-xogħol ta' kowċ imur lil hinn minn dan. Bħala kowċ trid tieħu ħsieb ħafna setturi. Trid tkun ukoll manager u fl-istess ħin tieħu ħsieb li l-finanzi tal- klabb iżommhom fl-aħjar mod anke jekk fil-verità ma tkunx teżorier. Qed ngħid hekk għax il-kowċ normalment jiddeċiedi l-plejers barranin u b'hekk irid jara li bħala budget ma naqbżux il-kwota mistennija. Dan kollu jsir meta lanqas biss ikun beda l-kampjonat. Meta mbagħad jibda l-istaġun, minbarra t-tim tiegħek, tattika, teknika u fiżika, trid tosserva u tistudja lill-avversarji u taddotta l-ahjar pjan sabiex iġġib l-aħjar riżultati possibli. F'dan iż- żmien ix-xogħol jirdoppja jew saħansitra jitripla għax l-istaġun huwa twil u trid tlaħħaq ma' mitt elf ħaġa li tinqala'. Kellimni dwar l-esperjenza tiegħek ma' Fgura United. Naħseb li ma' Fgura kelli xorti għax inzertajt grupp sabiħ u maqgħud ferm. Iżda qabel il-Fgura kelli esperjenza oħra ma' belt twelidi Bormla fejn irnexxielna nitilgħu mit-tieni għall- ewwel diviżjoni. Jekk nerġa' niġi għall- esperjenza tiegħi ma' Fgura United, nista' nistqarr miegħek li dan il-klabb huwa ġawhra fin-Nofsinhar ta' Malta minħabba li hemm kumitat ħabrieki ferm u faċilitajiet ferm sbieħ u tal- ogħla livell. Kellna tim żagħżugħ ferm. L-ewwel sena kienet suċċess għax mit-tieni diviżjoni tlajna skaluna oħra. Fit-tieni sena tiegħi, kulħadd ħaseb li konna ser inbatu ferm fl-ewwel diviżjoni iżda dawn in-nies għarralhom bil- kbir minħabba li tajna sfida denja lil kulħadd u kien hemm mumenti fejn konna wkoll fiż-żona promozzjoni għall-kampjonat Premier. Konna għamilna 16-il logħba mingħajr ma nitilfu. Kien proprju fl-aħħar erba' logħbiet li nqtajna mill-ogħla postijiet. Fit-tielet sena kienet inqas pożittiva, izda nemmen illi wara ċertu żmien ikollok bżonn il-bidla, sew int personali kif ukoll il-klabb. It-tim ikollu bzonn ideat ġodda u kien għalhekk li ma erġajtx ġeddidt il-kuntratt. Nitkellmu dwar l-esperjenza ma' Pietà. Kont temmen illi intom kontu se taslu biex tiksbu l-promozzjoni għall-kampjonat Premier? Biex inkun onest miegħek meta f 'Ġunju ta' qabel beda l-kampjonat tkellimt mal-kumitat, ma kienx l-għan tagħna li niġu promossi. Il-ħsieb kien li nrawmutim żagħżugħ u fl-istess ħin iżommu postnafl-ewwel diviżjoni. Pietà Hotspurs minn dejjem kienu rinomati li għandhom nursery tajba li tipproduċi talenti kbar. Fil-fatt jekk iddur il-klabbs hawn Malta, tinduna li hemm plejers li xi darba kienu jiffurmaw parti mill-akkademja ta' Pietà. U għalhekk jien għedt illi inutli jkollok għalqa li fiha tkabbar il-frott u l-ħaxix jekk umbagħad tmur tixtri dawn l-istess prodotti mingħand tal- ħanut! Dan ifisser li aħna diġà kellna t-talent fit-tim u ma kellna l-ebda intenzjoni nfittxuh xi mkien ieħor. Semmejt iż-żgħażagħ. Xi kultant tispiċċaw itellgħu ċerti talenti iżda mbagħad titilfuhom. Għaliex jiġri dan? Hemm ħafna fatturi. Ħafna drabi l-kowċis u l-midja ġieli jippontaw subgħajhom lejn l-istess plejer u jgħid li għandu karattru diffiċli jew li huwa supperv. Iżda jien ngħidlek illi r-realtà hi li meta plejer jasal fl-età ta' 22 sena u jaf li għandu t-talent tkun ħaġa naturali li jfittex tim iktar rinomat. Bħala kowċ int għandek l-obbligu li jekk għandek plejer ta' 18-il sena li qed iħabbat il-bieb biex jilgħab mhux iġġib barrani u tħallih fuq il-bank iżda ttih iċ-ċans kollu li tista'. B'hekk aħna bħala klabb ma ridniex nagħmlu dan l-iżball iżda ridna nagħtu ċans liż-żgħażagħ tagħna jesprimu dak li jafu u huma stess tawna raġun għax spiċċajna fit-tieni post u ġejna promossi. Sadanittant l-età medja tat-tim hija baxxa ħafna. Int semmejt li xtaqtu li l-ewwel issalvaw imbagħad tistabilixxu ruħkom fl-ewwel diviżjoni. Intom ħadtu aktar minn hekk għax ġejtu promossi. Din hi xi ħaġa inkredibbli! Hi inkredibbli u mhijiex. Jien però ngħid li l-metodu li nedejna kien tajjeb ħafna għax kellek riċetta magħmula bl-akbar reqqa. Iż-żgħażagħ kienu għatxana li jtuna risposta li mhux bilfors irid ikun hemm ħafna barranin biex tirnexxi. Dawn urewni x'tip ta' futbol kapaċi jipproduċu. Konna l-iktar tim konsistenti, l-iktar tim li skurja gowls u flimkien ma' Qormi konna l-iktar tim li rebaħ logħob. Ninsab ixxurtjat li kelli tim verament tajjeb u ħerqan li jikseb suċċess. Semmejt lill-plejers barranin. X'inhi l-opinjoni tiegħek dwar dan is- suġġett meta fil-Premier din is-sena kellna seba' barranin jilagħbu mat- timijiet rispettivi tagħhom? Jekk il-futbol irridu narawh bħala xogħol, allura fid-dmir tagħna li ma tistax iċċaħħad bniedem milli jaħdem. Klabb partikolari ma tistax iċċaħħdu min-numru ta' plejers barranin. Illum il-ġurnata dik hi r-realtà. Madankollu aħna bħala Pietà Hotspurs m'aħniex ser nesaġeraw fin-numru ta' plejers barranin. Nemmen li jekk aħna tajna spinta kbira lil dawn iż-żgħażagħ fl-ewwel diviżjoni, nemmen li jistgħu jagħmluha anke għall-ogħla kampjonat Malti. Jien ngħidlek illi din ser taħdem favurina. Għalkemm sena ilu kien hemm min daħak bija meta għedtilhom li kont ser nilgħab biż- żgħażagħ Maltin, bla dubju li dawn kellhom jirtiraw kliemhom għax ġejna promossi. Fl-istess ħin nemmen ħafna f 'dawn it-tfal li kapaċi juru l-entużjażmu tagħhom anke f 'livell ogħla minn dan li kienu fih. Aħna nemmnu fit-talenti lokali u fuq kollox 'L-għaqda kienet l-ingredjent ewlieni għas-suċċess Cristian Antony Muscat Ramon Zammit - kowċ bravu ta' Pietà Hotspurs li matul l-istaġun li għadda wassal lil dan it-tim qalbieni biex jikseb il-promozzjoni għad-diviżjoni fejn jixraqlu, jiġieri f 'dik Premier mal-elite tal-futbol Malti. "Nixtieq nirringrazzja lill-partitarji li kienu magħna matul l-istaġun kollu. Plejers, kumitat, staff kollu involut u bla dubju anke l-partitarji kienu ta' għajnuna kbira għalina sabiex wasalna s'hemm. Is-sena d-dieħla meta ser inkunu qed nirfsu l-ħaxix ta' Ta' Qali ser inkunu ftit emozzjonati iżda l-fatt li se jkollna lilhom warajna, jagħtina kuraġġ ta' sur! "Fit-tieni sena tiegħi, kulħadd ħaseb li konna ser inbatu ferm fl-ewwel diviżjoni iżda dawn in-nies għarralhom bil-kbir minħabba li tajna sfida denja lil kulħadd u kien hemm mumenti fejn konna wkoll fiż-żona promozzjoni għall-kampjonat Premier. Konna għamilna 16-il logħba mingħajr ma nitilfu."