Issue link: https://maltatoday.uberflip.com/i/1006799
Aħbarijiet 14 "BILPUBBLIKAZZJONI u d-dħul fis-seħħ illum ta' liġi li testendi l-applikabbiltà tal-għajnuna li tingħata lil min jinħakem mill- vizzju tad-droga, qed iseħħ pass ieħor fil-proċess ta' riforma ta' liġijiet fil-qasam kriminali", qal il-Ministru għall-Ġustizzja, Kultura u Gvern Lokali Owen Bonnici. Abbażi tal-esperjenza miksuba f 'dawn l-aħħar tliet snin minn mindu daħlet fis-seħħ ir-riforma fil- liġijiet tad-droga, l-emendi li daħlu fis-seħħ illum se jsaħħu l-poteri tal-Bord ta' Riabilitazzjoni ta' Persuni li Nqabdu bid-Droga biex dan il-bord ta' esperti jkun jista' jagħti għajnuna aktar effettiva lil dawk li jkunu qed jagħmlu l-almu tagħhom biex joħorġu mill-vizzju tad-droga li jkun daħħalhom fil-kriminalità. Bis-saħħa ta' dawn l-emendi, iktar vittmi tad-droga akkużati b'reati kriminali se jkunu jistgħu jitolbu li jidhru quddiem il-bord ta' riabilitazzjoni. Se jkun ukoll iċċarat li persuni jistgħu jiġu riferiti lil dan il- bord ukoll mill-Qorti fi grad ta' appell u dan wara sentenzi kostituzzjonali f 'dan is-sens. Ta' min jinnota li fil-perjodu Jannar 2017 - Diċembru 2017, total ta' 45 każ ġew riferuti lil dan il-bord. Minn dawn, 10 ġew riferuti għall- Bord tal-Qorti tal-Ġustizzja u 35 ġew riferuti għall-Bord tal- Kummissarju għall-Ġustizzja. Sal-aħħar ta' Diċembru 2017 l-ammont totali ta' 102 persuna ġew riferuti għall- Bord ta' Riabilitazzjoni ta' Persuni li Nqabdu bid-Droga. F'parti oħra tal-pakkett ta' emendi ġie msaħħaħ iktar id-dritt tal-preżunzjoni tal- innoċenza billi ġew regolati aħjar xi stqarrijiet jistgħu u ma jistgħux isiru minn awtoritajiet pubbliċi meta persuna tkun għadha ma ġietx pruvata ħatja. B'hekk se jissaħħaħ ir-rispett tad- drittijiet tal-bniedem f 'dan il-qasam anke fid-dawl ta' direttivi Ewropej. Il-Gvern mhux se jieqaf jimplimenta bidliet għal sistema aħjar tal-ġustizzja. illum | Il-Ħadd 22 ta' Lulju 2018 Il-Gvern idaħħal emendi għal aktar 'għajnuna effettiva' lill-vittmi tad-droga It-tielet delegazzjoni tal-PE se tiġi f 'Malta f 'Settembru li ġej F'SETTEMBRU li ġej se tkun qed tasal f 'Malta t-tielet delegazzjoni li se tkun qed tinvestiga s-saltna tad-dritt f 'Malta. Wara li spiċċa l-mandat tad-delegazzjoni mmexxija minn Ana Gomes, ix-xogħol kollu se jkun qed jgħaddi f 'idejn delegazzjoni tal- Kumitat għal-Libertajiet Ċivili. Filwaqt li l-Kap tad- Delegazzjoni Nazzjonalista David Casa kien membru fid-delegazzjoni ta' Gomes, l-Ewroparlamentari Roberta Metsola se tkun qed tinvestiga lil Malta u l-Islovakkja fid-delegazzjoni mmexxija minn Sophie in 't Veld, li mhux l-ewwel darba li kienet kritika ta' Malta. Id-delegazzjoni se tkun qed iżżur liż-żewġ pajjiżi bejn is- 17 u d-19 ta' Settembru li ġej. Fi stqarrija, maħruġa mill-Uffiċċju tal-Parlament Ewropew f 'Malta ntqal li "l-għan taż-żjara ad hoc tad-delegazzjoni huwa li tara mill-qrib xi żviluppi kien hawn f 'Malta u anke fl-Islovakkja u tkompli x-xogħol ibbażat fuq ir- riżultati tal-missjonijiet preċedenti fiż-żewġ pajjiżi." Il-missjoni kienet irrikmandata mill-grupp ta' monitoraġġ dwar l-istat tad-dritt u l-ġlieda kontra l-korruzzjoni li għadu kif twaqqaf mill-Kumitat għal- Libertajiet Ċivili f 'Ġunju. Il-grupp jindirizza b'mod speċifiku s-sitwazzjoni f 'Malta u fl-Islovakkja. Min-naħa tagħha, Sophie in 't Veld (ALDE, NL), qalet din iż-żjara se tkun qed issir biex ikun żgurat li l-istat tad-dritt qed ikun irrispettat fl-Unjoni Ewropea kollha "Hemm tħassib serju dwar problemi speċifiċi fiż-żewġ pajjiżi, li jaffettwaw l-Unjoni Ewropea kollha kemm hi," ttemm tgħid l-Ewroparlamentari. Id-delegazzjoni ta' Ana Gomes kienet iltaqgħet ma' diversi persuni, fosthom mal-Maġistrat Aaron Bugeja li qed imexxi l-inkjesta dwar Egrant u anke mal-Maġistrat Anthony Vella li kien qed imexxi l-inkjesta dwar il-qtil ta' Daphne Caruana Galizia qabel ma nħatar Imħallef. Minkejja dan, id- delegazzjoni baqgħet qatt ma rnexxielha tiltaqa' mal- Kummissarju tal-Pulizija Lawrence Cutajar u lanqas maċ-Chief of Staff tal-Prim Ministru Keith Schembri.